Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0098

    Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2023/98 tad-9 ta’ Jannar 2023 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward ta’ standards armonizzati għat-tagħmir tal-kontroll tal-bozoz, għal-luminarji, għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura, u għat-tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2023/207

    ĠU L 8, 11.1.2023, p. 16–20 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 12/12/2023; Impliċitament imħassar minn 32023D2723

    ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2023/98/oj

    11.1.2023   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 8/16


    DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2023/98

    tad-9 ta’ Jannar 2023

    li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 fir-rigward ta’ standards armonizzati għat-tagħmir tal-kontroll tal-bozoz, għal-luminarji, għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura, u għat-tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1025/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Ottubru 2012 dwar l-Istandardizzazzjoni Ewropea, li jemenda d-Direttivi tal-Kunsill 89/686/KEE u 93/15/KEE u d-Direttivi 94/9/KE, 94/25/KE, 95/16/KE, 97/23/KE, 98/34/KE, 2004/22/KE, 2007/23/KE, 2009/23/KE u 2009/105/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kunsill 87/95/KEE u d-Deċiżjoni Nru 1673/2006/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 10(6) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    F’konformità mal-Artikolu 12 tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), it-tagħmir elettriku konformi ma’ standards armonizzati jew ma’ partijiet minnhom, li r-referenzi tagħhom ikunu ġew ippubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, irid ikun preżunt konformi mal-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 ta’ dik id-Direttiva u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva, koperti b’dawk l-istandards armonizzati jew partijiet minnhom.

    (2)

    Bl-ittra M/511 tat-8 ta’ Novembru 2012, il-Kummissjoni talbet lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni (CEN), lill-Kumitat Ewropew għall-Istandardizzazzjoni Elettroteknika (CENELEC) u lill-Istitut Ewropew tal-Istandards tat-Telekomunikazzjoni (ETSI) biex jipprovdu l-ewwel lista sħiħa tat-titoli tal-istandards armonizzati u jwettqu abbozzar, reviżjoni u tlestija ta’ standards armonizzati, għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE (“it-talba”). L-objettivi tas-sikurezza msemmija fl-Artikolu 3 tad-Direttiva 2014/35/UE u stabbiliti fl-Anness I ta’ dik id-Direttiva ma nbidlux minn meta saret it-talba lis-CEN, lis-CENELEC u lill-ETSI.

    (3)

    Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC abbozzaw l-istandard armonizzat EN IEC 61010-2-012:2022 u l-emenda tiegħu EN IEC 61010-2-012:2022/A11:2022, għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura.

    (4)

    Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew l-istandard armonizzat EN 60598-2-22:2014, kif emendat bl-EN 60598-2-22:2014/A1:2020 u kkoreġut bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2015, bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05 u bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09, għal-luminarji tat-tidwil ta’ emerġenza, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 (3). Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat EN IEC 60598-2-22:2022.

    (5)

    Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC irrevedew ukoll l-istandards armonizzati li ġejjin, li r-referenzi tagħhom ġew ippubblikati mill-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni (4): EN 61557-12:2008, għat-tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-prestazzjoni; u EN 60598-1:2015, kif emendat bl-EN 60598-1:2015/A1:2018 u kkoreġut bl-EN 60598-1:2015/AC:2015, EN 60598-1:2015/AC:2016 u EN 60598-1:2015/AC:2017-05, għal-luminarji. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandards armonizzati li ġejjin: EN IEC 61557-12:2022; u EN IEC 60598-1:2021 u l-emenda tiegħu EN IEC 60598-1:2021/A11:2022.

    (6)

    Abbażi tat-talba, is-CEN u s-CENELEC emendaw l-istandard armonizzat EN 61347-2-7:2012, kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019, għat-tagħmir tal-kontroll tal-bozoz, li r-referenzi tiegħu ġew ippubblikati mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956. Dan wassal għall-adozzjoni tal-istandard armonizzat emendatorju EN 61347-2-7:2012/A2:2022.

    (7)

    Il-Kummissjoni, flimkien mas-CEN u s-CENELEC, ivvalutat jekk dawk l-istandards armonizzati u l-emendi tagħhom jikkonformawx mat-talba.

    (8)

    L-istandards armonizzati li ġejjin jissodisfaw l-objettivi tas-sikurezza li għandhom l-għan li jkopru u li huma stabbiliti fid-Direttiva 2014/35/UE: EN IEC 61010-2-012:2022, kif emendat bl-EN IEC 61010-2-012:2022/A11:2022; EN IEC 61557-12:2022; EN IEC 60598-1:2021, kif emendat bl-EN IEC 60598-1:2021/A11:2022; EN IEC 60598-2-22:2022; u EN 61347-2-7:2012, kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019 u bl-EN 61347-2-7:2012/A2:2022. Għalhekk jixraq li r-referenzi ta’ dawk l-istandards u tal-emendi tagħhom jiġu ppubblikati f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    (9)

    L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jipprevedi r-referenzi tal-istandards armonizzati li jikkonferixxu preżunzjoni ta’ konformità mad-Direttiva 2014/35/UE. Biex ikun żgurat li r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE jkunu elenkati f’att wieħed, ir-referenzi ta’ dawk l-istandards jenħtieġ li jiġu inklużi f’dak l-Anness.

    (10)

    Għalhekk jeħtieġ jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 60598-2-22:2014 u EN 61347-2-7:2012, flimkien mar-referenzi ta’ kull standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikati fis-Serje L ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti jew emendati. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jitħassru mill-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956.

    (11)

    Jeħtieġ ukoll jiġu rtirati r-referenzi tal-istandards armonizzati EN 61557-12:2008 u EN 60598-1:2015, flimkien mar-referenzi ta’ kull standard emendatorju jew ta’ korrezzjoni tagħhom ippubblikat fis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, peress li dawn ġew riveduti. L-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jelenka r-referenzi tal-istandards armonizzati abbozzati b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE li ġew irtirati mis-Serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk jixraq li dawk ir-referenzi jiddaħħlu f’dak l-Anness.

    (12)

    Biex il-manifatturi jkollhom żmien biżżejjed biex jadattaw it-tagħmir elettriku tagħhom kopert bl-istandards armonizzati: EN 61557-12:2008; EN 60598-1:2015, kif emendat bl-EN 60598-1:2015/A1:2018 u kkoreġut bl-EN 60598-1:2015/AC:2015, EN 60598-1:2015/AC:2016 u EN 60598-1:2015/AC:2017-05; EN 60598-2-22:2014 kif emendat bl-EN 60598-2-22:2014/A1:2020 u kkoreġut bl-EN 60598-2-22:2014/AC:2015, EN 60598-2-22:2014/AC:2016-05 u EN 60598-2-22:2014/AC:2016-09; u EN 61347-2-7:2012 kif emendat bl-EN 61347-2-7:2012/A1:2019, l-irtirar tar-referenzi ta’ dawk l-istandards armonizzati jeħtieġ jiġi diferit.

    (13)

    Għalhekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

    (14)

    Il-konformità ma’ standard armonizzat tikkonferixxi preżunzjoni ta’ konformità mar-rekwiżiti essenzjali korrispondenti, inkluż l-objettivi tas-sikurezza, stabbiliti fil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni dwar l-armonizzazzjoni, mid-data tal-pubblikazzjoni tar-referenza ta’ tali standard f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Għalhekk, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha,

    ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:

    Artikolu 1

    Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni;

    (b)

    l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni.

    Artikolu 2

    Din id-Deċiżjoni tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Il-punt (1) tal-Anness I għandu japplika mill-11 ta’ Lulju 2024.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Jannar 2023.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 316, 14.11.2012, p. 12.

    (2)  Id-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Frar 2014 dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU L 96, 29.3.2014, p. 357).

    (3)  Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/1956 tas-26 ta’ Novembru 2019 dwar l-istandards armonizzati għat-tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-vultaġġ, li ġiet abbozzata b’appoġġ għad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 306, 27.11.2019, p. 26).

    (4)  Il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni fil-qafas tal-implimentazzjoni tad-Direttiva 2014/35/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri relattivament għat-tqegħid fis-suq ta’ tagħmir elettriku ddisinjat għall-użu fi ħdan ċerti limiti tal-voltaġġ (ĠU C 326, 14.9.2018, p. 4).


    ANNESS I

    L-Anness I tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    jitħassru r-ringieli 14a u 54;

    (2)

    ir-ringieli li ġejjin jiddaħħlu f’ordni sekwenzjali:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    “14b.

    EN IEC 60598-2-22:2022

    Luminarji - il-Parti 2-22: Rekwiżiti partikolari - Luminarji tat-tidwil ta’ emerġenza”

    “54a.

    EN 61347-2-7:2012

    Tagħmir tal-kontroll tal-bozoz - il-Parti 2-7: Rekwiżiti partikolari għat-tagħmir tal-kontroll elettroniku bil-batterija tat-tidwil ta’ emerġenza (awtonomu)

    EN 61347-2-7:2012/A1:2019

    EN 61347-2-7:2012/A2:2022”;

    (3)

    jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    “128.

    EN IEC 60598-1:2021

    Luminarji - il-Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

    EN IEC 60598-1:2021/A11:2022

    129.

    EN IEC 61010-2-012:2022

    Rekwiżiti tat-sikurezza għal apparat elettriku għal kejl, kontroll u użu fil-laboratorju - il-Parti 2-012: Rekwiżiti partikolari għat-tagħmir tal-ittestjar klimatiku u ambjentali u tagħmir ieħor tal-kundizzjonament tat-temperatura

    EN IEC 61010-2-012:2022/A11:2022

    130.

    EN IEC 61557-12:2022

    Sikurezza elettrika fis-sistemi tad-distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000  V AC u 1 500  V DC - Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi - il-Parti 12: Tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija (PMD)”.


    ANNESS II

    Fl-Anness II tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/1956, jiżdiedu r-ringieli li ġejjin:

    Nru

    Referenza tal-istandard

    Data tal-irtirar

    “118.

    EN 60598-1:2015

    Luminarji - il-Parti 1: Rekwiżiti ġenerali u testijiet

    EN 60598-1:2015/AC:2015

    EN 60598-1:2015/AC:2016

    EN 60598-1:2015/AC:2017-05

    EN 60598-1:2015/A1:2018

    il-11 ta’ Lulju 2024

    119.

    EN 61557-12:2008

    Sikurezza elettrika fis-sistemi tad-distribuzzjoni ta’ vultaġġ baxx sa 1 000  V AC u 1 500  V DC - Tagħmir għal ittestjar, kejl jew monitoraġġ tal-miżuri protettivi - il-Parti 12: Tagħmir tal-kejl u l-monitoraġġ tal-enerġija (PMD)

    il-11 ta’ Lulju 2024”


    Top