Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32023D0068

Deċiżjoni (UE) 2023/68 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja, il-Belġju, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Lussemburgu, Spanja u l-Greċja wara diżastri naturali li seħħew f’dawn il-pajjiżi matul l-2021

ĠU L 7, 10.1.2023, p. 25–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2023/68/oj

10.1.2023   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 7/25


DEĊIŻJONI (UE) 2023/68 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL

tal-14 ta’ Diċembru 2022

dwar il-mobilizzazzjoni tal-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea biex tingħata assistenza lill-Ġermanja, il-Belġju, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Lussemburgu, Spanja u l-Greċja wara diżastri naturali li seħħew f’dawn il-pajjiżi matul l-2021

IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidraw ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2012/2002 tal-11 ta’ Novembru 2002 li jistabbilixxi l-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) tiegħu,

Wara li kkunsidraw il-Ftehim Interistituzzjonali tas-16 ta’ Diċembru 2020 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea u l-Kummissjoni Ewropea dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f’materji baġitarji u dwar ġestjoni finanzjarja tajba, kif ukoll dwar riżorsi proprji ġodda, inkluż pjan direzzjonali lejn l-introduzzjoni ta’ riżorsi proprji ġodda (2), u b’mod partikolari l-punt 10 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea (il-"Fond") għandu l-għan li jippermetti lill-Unjoni tirrispondi b’mod rapidu, effiċjenti u flessibbli għal sitwazzjonijiet ta’ emerġenza sabiex tintwera solidarjetà mal-popolazzjonijiet tar-reġjuni milquta minn diżastri naturali reġjonali jew minn emerġenza tas-saħħa pubblika maġġuri.

(2)

Il-Fond ma jridx jaqbeż il-limiti massimi kif stabbiliti fl-Artikolu 9 tar-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 (3).

(3)

Fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Ġermanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Lulju 2021.

(4)

Fl-1 ta’ Ottubru 2021, il-Belġju ppreżenta applikazzjoni biex jimmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Lulju 2021.

(5)

Fl-1 ta’ Ottubru 2021, in-Netherlands ippreżentaw applikazzjoni biex jimmobilizzaw l-Fond, wara l-għargħar f’Lulju 2021.

(6)

Fil-5 ta’ Ottubru 2021, l-Awstrija ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Lulju 2021.

(7)

Fis-6 ta’ Ottubru 2021, il-Lussemburgu ppreżenta applikazzjoni biex jimmobilizza l-Fond, wara l-għargħar f’Lulju 2021.

(8)

Fit-3 ta’ Diċembru 2021, Spanja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara l-eruzzjoni volkanika fil-gżira ta’ La Palma fid-19 ta’ Settembru 2021. Fit-22 ta’ Marzu 2022, Spanja ppreżentat aġġornament għall-applikazzjoni.

(9)

Fis-16 ta’ Diċembru 2021, il-Greċja ppreżentat applikazzjoni biex timmobilizza l-Fond, wara t-terremot fi Kreta fis-27 ta’ Settembru 2021.

(10)

L-applikazzjonijiet imsemmija hawn fuq jissodisfaw il-kundizzjonijiet biex tingħata kontribuzzjoni finanzjarja mill-Fond, kif stabbilit fl-Artikolu 4 tar-Regolament (KE) Nru 2012/2002.

(11)

Il-Fond għandu għalhekk jiġi mobilizzat sabiex jipprovdi kontribuzzjoni finanzjarja lill-Ġermanja, il-Belġju, in-Netherlands, l-Awstrija, il-Lussemburgu, Spanja u l-Greċja.

(12)

Sabiex iż-żmien li jittieħed għall-mobilizzazzjoni tal-Fond jitnaqqas kemm jista’ jkun, jenħtieġ li din id-deċiżjoni tidħol fis-seħħ mid-data tal-adozzjoni tagħha,

ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Għall-baġit ġenerali tal-Unjoni għas-sena finanzjarja 2022, il-Fond ta’ Solidarjetà tal-Unjoni Ewropea għandu jiġi mobilizzat kif ġej f’approprjazzjonijiet ta’ impenn u ta’ pagament fir-rigward ta’ diżastri naturali:

(a)

l-ammont ta’ EUR 612 611 256 għandu jiġi pprovdut lill-Ġermanja fir-rigward tal-għargħar tal-2021;

(b)

l-ammont ta’ EUR 87 737 427 għandu jiġi pprovdut lill-Belġju fir-rigward tal-għargħar tal-2021;

(c)

l-ammont ta’ EUR 4 713 027 għandu jiġi pprovdut lin-Netherlands fir-rigward tal-għargħar tal-2021;

(d)

l-ammont ta’ EUR 797 520 għandu jiġi pprovdut lill-Awstrija fir-rigward tal-għargħar tal-2021;

(e)

l-ammont ta’ EUR 1 822 056 għandu jiġi pprovdut lil-Lussemburgu fir-rigward tal-għargħar tal-2021;

(f)

l-ammont ta’ EUR 9 449 589 għandu jiġi pprovdut lil Spanja fir-rigward tal-eruzzjoni volkanika f’La Palma;

(g)

l-ammont ta’ EUR 1 351 886 għandu jiġi pprovdut lill-Greċja fir-rigward tat-terremot fi Kreta.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Għandha tapplika mill-14 ta’ Diċembru 2022.

Magħmul fi Strasburgu, l-14 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Parlament Ewropew

Il-President

R. METSOLA

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)   ĠU L 311, 14.11.2002, p. 3.

(2)   ĠU L 433I, 22.12.2020, p. 28.

(3)  Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) 2020/2093 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin mill-2021 sal-2027 (ĠU L 433 I, 22.12.2020, p. 11).


Top