EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2581

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2581 tal-20 ta’ Ġunju 2022 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għoti ta’ informazzjoni f’applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/3302

ĠU L 335, 29.12.2022, p. 86–102 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force: This act has been changed. Current consolidated version: 29/12/2022

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2581/oj

29.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 335/86


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2581

tal-20 ta’ Ġunju 2022

li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-għoti ta’ informazzjoni f’applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 8(3) tagħha,

Billi:

(1)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 (2) jistabbilixxi liema informazzjoni għandha tiġi pprovduta lill-awtoritajiet kompetenti fl-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu.

(2)

Għall-finijiet ta’ armonizzazzjoni, huwa importanti li l-applikanti għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu jissottomettu l-informazzjoni meħtieġa għal tali awtorizzazzjoni b’mod uniformi, billi jużaw l-istess formoli, mudelli u proċeduri standard madwar l-Unjoni.

(3)

Dan ir-Regolament huwa bbażat fuq l-abbozz tal-istandards tekniċi regolatorji ppreżentat lill-Kummissjoni mill-Awtorità Bankarja Ewropea.

(4)

L-Awtorità Bankarja Ewropea wettqet konsultazzjonijiet pubbliċi miftuħa dwar l-abbozz tal-istandards tekniċi ta’ implementazzjoni li dan ir-Regolament huwa bbażat fuqhom, analizzat l-ispejjeż u l-benefiċċji potenzjali relatati u talbet l-opinjoni tal-Grupp tal-Partijiet Bankarji Interessati stabbilit f’konformità mal-Artikolu 37 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

(5)

Sabiex l-awtoritajiet kompetenti u l-istituzzjonijiet ta’ kreditu applikanti jingħataw biżżejjed żmien biex jadattaw għar-rekwiżiti stabbiliti f’dan ir-Regolament, id-data tal-applikazzjoni tiegħu għandha tiġi differita,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Sottomissjoni tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu

1.   L-applikanti għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jissottomettu l-informazzjoni stabbilita fl-Artikoli 1 sa 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580 lill-awtorità kompetenti tagħhom billi jimlew il-mudell stabbilit fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

2.   L-awtoritajiet kompetenti għandhom jindikaw fuq is-sit web tagħhom id-dettalji ta’ kuntatt għas-sottomissjoni ta’ applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u għandhom jindikaw jekk dik l-applikazzjoni għandhiex tiġi ppreżentata f’format stampat, f’forma elettronika jew fit-tnejn.

Artikolu 2

Valutazzjoni tal-kompletezza tal-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu

1.   L-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu għandhom jitqiesu kompluti jekk dawk l-applikazzjonijiet ikun fihom l-informazzjoni kollha meħtieġa mir-Regolament Delegat (UE) 2022/2580.

2.   Meta l-informazzjoni pprovduta fl-applikazzjoni tiġi vvalutata u tinstab li ma tkunx kmpluta, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jibagħtu, f’format stampat jew b’mezzi elettroniċi, talba lill-applikanti kkonċernati li tindika l-informazzjoni ulterjuri meħtieġa, u għandhom jipprovdu lil dawk l-applikanti l-opportunità li jippreżentaw l-informazzjoni identifikata.

3.   Meta applikazzjoni tiġi vvalutata bħala kompluta, l-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-applikant dwar dan il-fatt, flimkien mad-data tal-wasla tal-applikazzjoni kompluta jew, skont il-każ, id-data tal-wasla tal-informazzjoni li mliet l-applikazzjoni.

4.   L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-applikant jipprovdi spjegazzjonijiet addizzjonali u informazzjoni supplimentari għall-finijiet tal-valutazzjoni tal-applikazzjoni.

Artikolu 3

Applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu soġġetta għal dan ir-Regolament

Dan ir-Regolament għandu japplika għal applikazzjonijiet għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu ppreżentati fi jew wara xx.xx.xxxx.

Artikolu 4

Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu japplika minn xx.xx.xxxx.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Ġunju 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 tas-17 ta’ Ġunju 2022 li jissupplimenta d-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-istandards tekniċi regolatorji li jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tiġi pprovduta fl-applikazzjoni għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu u li jispeċifikaw l-ostakli li jistgħu jipprevjenu l-eżerċitar effettiv ta’ funzjonijiet superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti (ĠU L 335, XX.XX.XXXX, p. 64).

(3)  Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).


ANNESS

Informazzjoni pprovduta għall-finijiet tal-applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni

Data: ……………

Numru ta’ referenza: …………..

Isem l-applikant:

Indirizz:

(Id-dettalji ta’ kuntatt tal-persuna ta’ kuntatt maħtura)

Isem:

Telefon:

Posta elettronika:

Din hija applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni ta’ kreditu sottomessa skont ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 (1)

Niċċertifikaw li l-informazzjoni pprovduta f’din l-applikazzjoni hija vera, preċiża, kompluta u mhux qarrieqa. Sakemm ma jkunx stipulat speċifikament mod ieħor, l-informazzjoni tkun aġġornata fid-data ta’ din l-applikazzjoni. Fejn ċerta informazzjoni tindika data futura, din tiġi indikata b’mod espliċitu fl-applikazzjoni u aħna nimpenjaw ruħna li ninnotifikaw lill-awtorità bil-miktub mingħajr dewmien jekk kwalunkwe informazzjoni bħal din tirriżulta li ma tkunx vera preċiża, mhux kompluta jew tkun qarrieqa.

[Isem tal-applikant]

Minn:…

Isem:

Pożizzjoni:

Tabella 1

Preżentazzjoni ta’ informazzjoni dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (l-Artikolu 1 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

.1.1

Persuni ta’ kuntatt għall-finijiet tal-applikazzjoni (l-Artikolu 1, il-punti (a) u (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Dettalji tal-persuna li għandha tiġi kkuntattjata rigward l-applikazzjoni

Titolu

 

Isem sħiħ

 

Pożizzjoni

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-mowbajl

 

Fax (jekk disponibbli)

 

Posta elettronika

 

Konsulent professjonali prinċipali involut fit-tħejjija tal-applikazzjoni (jekk ikun hemm)

Titolu

 

Isem sħiħ

 

Pożizzjoni

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-mowbajl

 

Fax (jekk disponibbli)

 

Posta elettronika

 

1.2.

Identifikazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (l-Artikolu 1, il-punti (c) sa (k), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Isem l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u kwalunkwe isem kummerċjali ieħor użat jew li għandu jintuża mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Pjanijiet proposti (jekk ikun hemm) biex jinbidel l-isem tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u spjegazzjoni tal-bidliet proposti

 

Il-logo

 

Forma ġuridika tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Data ta’ inkorporazzjoni jew formazzjoni

 

Ġurisdizzjoni ta’ inkorporazzjoni jew formazzjoni

 

Indirizz tal-uffiċċju reġistrat tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u, jekk differenti, l-uffiċċju prinċipali tagħha, u l-post prinċipali tan-negozju

 

Dettalji ta’ kuntatt għall-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jekk ikunu differenti mid-dettalji pprovduti fit-taqsima 1.1 ta’ din it-tabella: telefown, numru tal-mobile, faks (jekk disponibbli), u email

 

Meta l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun irreġistrata f’reġistru ċentrali, reġistru kummerċjali, reġistru tal-kumpaniji jew reġistru pubbliku simili, l-isem ta’ dak ir-reġistru u n-numru tar-reġistrazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jew mezz ekwivalenti ta’ identifikazzjoni f’dak ir-reġistru

 

L-Identifikatur ta’ Entità Ġuridika (LEI), jekk ikun hemm, tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Id-data ta’ tmiem is-sena kontabilistika għall-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

L-indirizz tas-sit web, jekk ikun hemm, tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

1.3.

Dokumenti kostituzzjonali (l-Artikolu 1, il-punt (l), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu hija pprovduta kopja tal-istatut ta’ assoċjazzjoni tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jew dokumenti kostituzzjonali ekwivalenti u, fejn applikabbli, evidenza ta’ reġistrazzjoni mar-reġistru magħżul mil-liġi tal-Istat Membru kkonċernat skont l-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2)

 

1.4.

L-istorja tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u s-sussidjarji tagħha (l-Artikolu 2, il-punti (a) sa (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Konferma ta’ jekk l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanta wettqitx qabel attivitajiet kummerċjali jew attivitajiet oħra (iva/le) (jekk iva, imla l-oqsma li jifdal fit-taqsima 1.4 ta’ din it-tabella)

 

Dettalji tal-liċenzji, l-awtorizzazzjonijiet, ir-reġistrazzjonijiet jew permessi oħra tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jew ta’ kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha biex twettaq attivitajiet fis-settur tas-servizzi finanzjarji mogħtija minn awtorità pubblika jew entità oħra li twettaq funzjonijiet pubbliċi fi kwalunkwe Stat Membru jew pajjiż terz li jaqa’ fil-kategoriji stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (a) (i) sa (iv), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

 

Dettalji dwar kwalunkwe avveniment sinifikanti relatat mal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti jew ma’ kwalunkwe waħda mis-sussidjarji tagħha li jkunu seħħew jew li jkunu qed iseħħu li jistgħu jitqiesu b’mod raġonevoli bħala rilevanti għall-awtorizzazzjoni, inkluża kwalunkwe waħda mill-kwistjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Informazzjoni dwar kwalunkwe avveniment stabbilit fid-dikjarazzjoni inkluż l-isem u l-indirizz tal-qorti kriminali jew ċivili rilevanti, jew l-awtorità ċivili jew amministrattiva, id-data tal-avveniment, l-ammont involut, l-eżitu tal-proċedimenti u spjegazzjoni taċ-ċirkostanzi tal-avveniment li wassal għall-proċedimenti

 

1.5.

Tariffi applikabbli (l-Artikolu 2, il-punti (d) u (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Elementi meħtieġa għall-kalkolu ta’ kwalunkwe tariffi applikabbli fejn, skont id-dritt tal-Unjoni jew nazzjonali, kwalunkwe tariffa tal-applikazzjoni jew tariffa superviżorja li għandha titħallas mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tiġi kkalkolata abbażi tal-attivitajiet jew tal-karatteristiċi tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

L-Anness li taħtu tista’ tinstab evidenza tal-ħlas ta’ kwalunkwe tariffa għall-applikazzjoni, fejn applikabbli skont il-liġi tal-Unjoni jew dik nazzjonali

 


Tabella 2

Programm ta’ attivitajiet (l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Attivitajiet (l-Artikolu 3 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness li taħtu jista’ jinstab il-programm ta’ attivitajiet, inkluż (a) il-lista tal-attivitajiet li l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti biħsiebha twettaq, inklużi l-attivitajiet elenkati fl-Anness I tad-Direttiva 2013/36/UE, u (b) id-deskrizzjoni ta’ kif il-programm ta’ operazzjonijiet jallinja mal-attivitajiet proposti

 

 

 

 

 

 

 

 

 


Tabella 3

Informazzjoni finanzjarja (l-Artikolu 4 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

3.1.

Informazzjoni tal-previżjoni (l-Artikolu 4, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab informazzjoni ta’ tbassir dwar l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti f’livell individwali u, fejn applikabbli, fil-livell ta’ grupp konsolidat u subkonsolidat kif meħtieġ mill-Artikolu 4, punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

3.2.

Dikjarazzjonijiet finanzjarji statutorji (l-Artikolu 4, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu jistgħu jinstabu r-rapporti finanzjarji statutorji tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti f’livell individwali u, fejn applikabbli, fi grupp konsolidat u livelli subkonsolidati kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

3.3.

Dejn (l-Artikolu 4, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness li fih tista’ tinstab id-deskrizzjoni ġenerali ta’ kwalunkwe dejn imġarrab jew mistenni li jiġġarrab mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti qabel il-bidu tal-attivitajiet tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

3.4.

Interessi, garanziji u indennizzi tas-sigurtà (l-Artikolu 4, il-punt (d), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-anness li taħtu wieħed jista’ jsib id-deskrizzjoni ġenerali ta’ kwalunkwe interess ta’ sigurtà, garanzija jew indennizzi mogħtija jew mistennija li jingħataw mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti qabel il-bidu tal-attivitajiet tagħha bħala istituzzjoni ta’ kreditu

 

3.5.

Klassifikazzjoni tal-kreditu (l-Artikolu 4, il-punt (e), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Fejn disponibbli, il-klassifikazzjoni tal-kreditu tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti u l-klassifikazzjoni ġenerali tal-grupp tagħha

 

3.6.

Superviżjoni konsolidata (l-Artikolu 4, il-punt (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness li taħtu jista’ jinstab, fejn applikabbli, l-analiżi tal-ambitu tas-superviżjoni konsolidata skont ir-rekwiżiti ta’ konsolidazzjoni kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (f), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

3.7.

Oqfsa u politiki (l-Artikolu 4, il-punt (g) (i) sa (x) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni tal-qafas tal-ġestjoni tar-riskju kif meħtieġ mill-Artikolu 4, il-punt (g), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ ġestjoni tar-riskju tal-likwidità

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-konċentrazzjoni tal-finanzjament u l-politika ta’ diversifikazzjoni

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ ġestjoni tal-kollateral

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ depożitu

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ kreditu u self

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ konċentrazzjoni tar-riskju

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ proviżjonament

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika tad-distribuzzjoni tad-dividendi

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika tal-portafoll tan-negozjar

 

3.8.

Proċess għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ rkupru (l-Artikolu 4, il-punt (h), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Deskrizzjoni tal-proċess tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għall-iżvilupp ta’ pjan ta’ rkupru, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (32), tad-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3), u, fejn applikabbli, pjan ta’ rkupru ta’ grupp, kif definit fl-Artikolu 2(1), il-punt (33), ta’ dik id-Direttiva

 

3.9.

Skema ta’ garanzija tad-depożiti (l-Artikolu 4, il-punt (i), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Dikjarazzjoni jew konferma li, qabel jew mhux aktar tard mid-data tal-awtorizzazzjoni, l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti għandha ssir membru ta’ skema ta’ garanzija tad-depożiti rikonoxxuta uffiċjalment fl-Istat Membru fejn tiġi sottomessa l-applikazzjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 4(3) tad-Direttiva 2014/49/UE

 

Isem l-iskema ta’ garanzija tad-depożiti

 

3.10.

Skema ta’ protezzjoni istituzzjonali (l-Artikolu 4, il-punt (j), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-isem ta’ kwalunkwe skema ta’ protezzjoni istituzzjonali, kif definita fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tkun daħlet fiha jew tipproponi li tidħol fiha

 


Tabella 4

Programm tal-operazzjonijiet, l-organizzazzjoni strutturali, is-sistemi ta’ kontroll intern u l-awdituri (l-Artikolu 5 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

4.1.

Programm tal-operazzjonijiet (l-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Anness li fih jista’ jinstab il-programm tal-operazzjonijiet kif meħtieġ mill-Artikolu 5(1), il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

4.2.

Organizzazzjoni, struttura u arranġamenti ta’ governanza (l-Artikolu 5(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li fih tista’ tinstab id-deskrizzjoni tal-organizzazzjoni, l-istruttura u l-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti kif meħtieġ mill-Artikolu 5(1), il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

4.3.

Qafas ta’ kontroll intern (l-Artikolu 5(1), il-punt (c), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab id-deskrizzjoni ġenerali tal-organizzazzjoni interna (inklużi r-riżorsi baġitarji u umani ddedikati) tal-funzjoni għall-konformità, il-funzjoni tal-ġestjoni tar-riskju u l-funzjoni tal-awditjar intern kif meħtieġ mill-Artikolu 5(1), il-punt (c) (i), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar l-iżvelar ta’ informazzjoni protetta

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar il-kunflitti ta’ interess

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar it-trattament tal-ilmenti

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar l-abbuż tas-suq

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika li tippromwovi d-diversità fil-korp maniġerjali

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ remunerazzjoni għall-membri tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Deskrizzjoni ġenerali tas-sistemi u l-politiki għall-valutazzjoni u l-ġestjoni tar-riskji tal-ħasil tal-flus u l-finanzjament tat-terroriżmu, inkluża ħarsa ġenerali lejn il-proċeduri ewlenin li ġew stabbiliti biex jiġi miġġieled ir-riskju li l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti tista’ tintuża għal aktar kriminalità finanzjarja

 

4.4.

Riżorsi tal-awditjar intern (l-Artikolu 5(1), il-punt (d) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni tar-riżorsi tal-awditjar intern u deskrizzjoni ġenerali tal-metodoloġija u tal-pjan tal-awditjar intern għat-tliet snin li ġejjin mill-awtorizzazzjoni, inkluż l-awditu tas-servizzi esternalizzati

 

4.5.

Politiki u pjanijiet (l-Artikolu 5(1), il-punt (e) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika tal-awditjar intern

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika ta’ governanza tal-prodotti

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-politika dwar il-protezzjoni tal-konsumatur

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-pjan u l-politika tal-kontinwità tal-operat, inkluż ħarsa ġenerali lejn is-sistemi ta’ riżerva u ta’ rkupru disponibbli u l-pjanijiet li jiżguraw id-disponibbiltà ta’ persunal ewlieni f’sitwazzjonijiet ta’ kontinwità tal-operat

 

4.6.

Struttura tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (l-Artikolu 5(1), il-punt (f) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni ġenerali tal-esternalizzazzjoni esterna u intragrupp biex tappoġġa l-operazzjonijiet jew l-attivitajiet ta’ kontroll intern tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, inkluża l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1), il-punt (f), il-punt (i), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Deskrizzjoni ġenerali tar-responsabbiltajiet u tal-arranġamenti ta’ sorveljanza, tas-sistemi u tal-kontrolli għal kull funzjoni esternalizzata li hija kritika jew importanti għall-ġestjoni u għall-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-ftehimiet u tal-arranġamenti dwar il-livell ta’ servizz għal kull funzjoni ta’ esternalizzazzjoni li hija kritika jew importanti għall-ġestjoni u l-operazzjonijiet tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti

 

Deskrizzjoni ġenerali tal-infrastruttura tal-IT tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, inkluż is-sistemi li qed jintużaw jew li għandhom jintużaw, l-arranġamenti ta’ hosting tagħha, l-organizzazzjoni tal-funzjoni tal-IT tagħha, l-istruttura tal-IT, l-istrateġija tal-IT u l-governanza tal-IT, il-politiki u l-proċeduri tas-sigurtà tal-IT u kwalunkwe sistema u kontroll fis-seħħ jew li għandu jiġi stabbilit għall-forniment ta’ faċilitajiet bankarji online

 

4.7.

Awdituri statutorji jew ditta tal-awditjar (l-Artikolu 5(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Isem

 

Indirizz

 

Punt ta’ kuntatt (isem, numru tat-telefon, indirizz tal-posta elettronika)

 


Tabella 5

Kapital inizjali (l-Artikolu 6 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

5.1.

Kapital inizjali u fondi proprji (l-Artikolu 6(1) u (2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab evidenza tal-kapital maħruġ, tal-kapital imħallas u tal-kapital maħruġ mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanta li għadu mhux imħallas

 

Deskrizzjoni tat-tipi u l-ammonti ta’ fondi proprji li jikkorrispondu għall-kapital inizjali

 

Fejn il-kapital inizjali ma jkunx tħallas kollu fiż-żmien tas-sottomissjoni tal-applikazzjoni, id-deskrizzjoni tal-pjan u l-iskadenza tal-implimentazzjoni biex jiġi żgurat li l-kapital inizjali jitħallas kollu qabel l-awtorizzazzjoni biex tinbeda l-attività bħala istituzzjoni ta’ kreditu tkun effettiva

 

5.2.

Sorsi ta’ finanzjament disponibbli għall-fondi proprji (l-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Spjegazzjoni tas-sorsi ta’ finanzjament disponibbli għall-fondi proprji u l-anness li taħthom tista’ tinstab evidenza tad-disponibbiltà ta’ dawk is-sorsi ta’ finanzjament kif meħtieġ mill-Artikolu 6(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

5.3.

Ammonti, tipi u distribuzzjoni tal-kapital intern (l-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness li taħtu tista’ tinstab il-valutazzjoni tal-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern meqjusa mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti bħala adegwata biex tkopri n-natura u l-livell tar-riskji li għalihom l-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti se tkun jew tista’ tkun esposta, u l-analiżi kif meħtieġ mill-Artikolu 6(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 


Tabella 6

Direzzjoni effettiva (l-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

6.1.

Membri tal-korp maniġerjali (imla kopja separata ta’ din it-taqsima tat-tabella għal kull individwu) (l-Artikolu 7(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580)

Isem u, fejn differenti, kwalunkwe ismijiet oħra preċedenti

 

Sess

 

Post tat-twelid

 

Data tat-twelid

 

Indirizz

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-mobile

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Nazzjonalità

 

Numru ta’ identifikazzjoni personali jew anness li fih tista’ tinstab kopja tal-karta tal-identità jew ekwivalenti

 

Dettalji tal-kariga li l-persuna tkun qiegħda fiha jew li se tassumi l-persuna, inkluż jekk il-kariga hijiex waħda eżekuttiva jew waħda mhux eżekuttiva, id-data tal-bidu jew id-data tal-bidu ppjanata u d-durata tal-mandat, u deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-persuna

 

Anness li taħtu jista’ jinstab curriculum vitae meħtieġ mill-punt 1 (d) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Anness li taħtu tista’ tinstab lista ta’ persuni ta’ referenza inkluża informazzjoni ta’ kuntatt, preferibbilment minn impjegaturi fis-settur bankarju jew tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-isem sħiħ, l-istituzzjoni, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon, l-email, in-natura tar-relazzjoni professjonali u l-informazzjoni jekk teżisti jew eżistiet xi relazzjoni mhux professjonali ma’ dan l-individwu

 

Anness li taħtu jistgħu jinstabu rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari (inkluża l-iskwalifika bħala direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili) b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew, f’każijiet fejn tali ċertifikat ma jeżistix, kwalunkwe sors affidabbli ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ kundanna kriminali, investigazzjonijiet u proċedimenti

 

Anness li taħtu tista’ tinstab dikjarazzjoni dwar jekk il-proċedimenti kriminali humiex pendenti jew jekk il-persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni ġestita minnha kinitx involuta bħala debitur fi proċedimenti ta’ insolvenza jew proċedimenti komparabbli

 

Anness li taħtu tista’ tinstab informazzjoni dwar kwistjonijiet stabbiliti fil-punt 1 (f) (iii), tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Anness li fih tista’ tinstab deskrizzjoni tal-interessi finanzjarji u mhux finanzjarji kollha li jistgħu joħolqu kunflitti ta’ interess potenzjali kif meħtieġ mill-punt 1 (g) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Anness li fih jistgħu jinstabu d-dettalji li juru li l-individwu għandu biżżejjed żmien biex jimpenja ruħu għall-mandat kif meħtieġ mill-punt 1(h) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Dettalji tar-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-adegwatezza tal-individwu mwettqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti kif deskritt fil-punt 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580

 

6.2.

Informazzjoni oħra meħtieġa fir-rigward tal-membri tal-korp maniġerjali (l-Artikolu 7(1) u l-punti 2, 4 u 5 tal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe kumitat tal-korp maniġerjali li jkun ippjanat fiż-żmien tal-applikazzjoni, inkluż il-membri u s-setgħat tiegħu

 

Dikjarazzjoni dwar il-valutazzjoni ġenerali tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanta tal-adegwatezza kollettiva tal-korp maniġerjali, inkluż il-minuti tal-bord rilevanti jew ir-rapport jew id-dokumenti ta’ valutazzjoni tal-adegwatezza

 

Deskrizzjoni ta’ kif id-diversità tal-kwalitajiet u tal-kompetenzi ġiet ikkunsidrata meta ntgħażlu l-membri tal-korp maniġerjali

 

6.3.

Kapijiet tal-funzjoni ta’ kontroll intern u kap uffiċjal finanzjarju fejn mhumiex membri tal-korp maniġerjali (imla kopja separata ta’ din it-taqsima tat-tabella għal kull individwu) (l-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Isem u, fejn differenti, kwalunkwe ismijiet oħra preċedenti

 

Sess

 

Post tat-twelid

 

Data tat-twelid

 

Indirizz

 

Numru tat-telefown

 

Numru tal-mobile

 

Indirizz tal-posta elettronika

 

Nazzjonalità

 

Numru ta’ identifikazzjoni personali jew anness li fih tista’ tinstab kopja tal-karta tal-identità jew ekwivalenti

 

Dettalji tal-kariga li l-persuna tkun qiegħda fiha jew li se tassumi l-persuna, inkluż jekk il-kariga hijiex waħda eżekuttiva jew waħda mhux eżekuttiva, id-data tal-bidu jew id-data tal-bidu ppjanata u d-durata tal-mandat, u deskrizzjoni tal-kompiti u r-responsabbiltajiet ewlenin tal-persuna

 

Anness li taħtu jista’ jinstab curriculum vitae kif meħtieġ mill-punt 1 (d) tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Anness li taħtu tista’ tinstab lista ta’ persuni ta’ referenza inkluża informazzjoni ta’ kuntatt, preferibbilment minn impjegaturi fis-settur bankarju jew tas-servizzi finanzjarji, inklużi l-isem sħiħ, l-istituzzjoni, il-pożizzjoni, in-numru tat-telefon, l-email, in-natura tar-relazzjoni professjonali u l-informazzjoni jekk teżisti jew eżistiet xi relazzjoni mhux professjonali ma’ dan l-individwu

 

Anness li taħtu jistgħu jinstabu rekords kriminali u informazzjoni rilevanti dwar investigazzjonijiet u proċedimenti kriminali, każijiet ċivili u amministrattivi rilevanti, u azzjonijiet dixxiplinari (inkluża l-iskwalifika bħala direttur ta’ kumpanija, falliment, insolvenza u proċeduri simili) b’mod partikolari permezz ta’ ċertifikat uffiċjali jew, f’każijiet fejn tali ċertifikat ma jeżistix, kwalunkwe sors affidabbli ta’ informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ kundanna kriminali, investigazzjonijiet u proċedimenti

 

Anness li taħtu tista’ tinstab dikjarazzjoni dwar jekk il-proċedimenti kriminali humiex pendenti jew jekk il-persuna jew kwalunkwe organizzazzjoni ġestita minnha kinitx involuta bħala debitur fi proċedimenti ta’ insolvenza jew proċedimenti komparabbli

 

Anness li taħtu tista’ tinstab informazzjoni dwar kwistjonijiet stabbiliti fil-punt 1 (f) (iii), tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

Dettalji tar-riżultat ta’ kwalunkwe valutazzjoni tal-adegwatezza tal-individwu mwettqa mill-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti kif deskritt fil-punt 3 tal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

6.4.

Setgħat, responsabbiltajiet u prokuri mogħtija lill-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti (l-Artikolu 7(3) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Deskrizzjoni tas-setgħat, ir-responsabbiltajiet u l-indikaturi konferiti fuq il-membri tal-korp maniġerjali tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti, u fejn rilevanti f’konformità mal-Artikolu 7(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580, mogħtija lill-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u lill-uffiċjal kap finanzjarju li mhumiex parti mill-korp maniġerjali

 


Tabella 7

Azzjonisti u membri b’parteċipazzjonijiet kwalifikattivi (l-Artikolu 8 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

7.1.

Azzjonisti u membri (persuni ġuridiċi u fiżiċi) (l-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness taħt li jista’ jinstab b’rabta ma’ kull persuna fiżika u ġuridika b’parteċipazzjoni kwalifikanti l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

7.2.

Aktar informazzjoni fir-rigward ta’ persuni fiżiċi (l-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

L-Anness taħt li jista’ jinstab b’rabta ma’ kull persuna fiżika b’parteċipazzjoni kwalifikanti l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

7.3.

Informazzjoni ulterjuri fir-rigward ta’ persuni ġuridiċi jew entitajiet li mhumiex persuni ġuridiċi u li għandhom jew li se jkollhom parteċipazzjonijiet f’isimhom stess (l-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580)

Anness li jista’ jinstab b’rabta ma’ kull persuna ġuridika jew entità li mhijiex persuna ġuridika u li żżomm jew għandha żżomm parteċipazzjonijiet f’isimha stess l-informazzjoni addizzjonali msemmija fl-Artikolu 8(3) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580

 

7.4.

Trusts (l-Artikolu 8(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(4) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 

7.5.

Membri ta’ entità li mhijiex persuna ġuridika fejn il-parteċipazzjoni fl-istituzzjoni ta’ kreditu applikanti se tiġi ttrattata bħala assi tal-entità (l-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 8(5) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

 


Tabella 8

L-għoxrin l-akbar azzjonisti jew membri (l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

8.1.

Struttura tal-azzjonisti (l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab ċart li tistabbilixxi l-istruttura tal-azzjonisti tal-istituzzjoni ta’ kreditu applikanta, inkluż id-diżaggregazzjoni tal-kapital u d-drittijiet tal-vot

 

8.2.

Lista ta’ ismijiet tal-persuni kollha u entitajiet oħra b’parteċipazzjoni azzjonarja u dettalji rilevanti oħra (l-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580)

Anness li taħtu tista’ tinstab lista tal-ismijiet tal-persuni u entitajiet oħra kollha b’parteċipazzjoni azzjonarja tat-tip deskritt fl-Artikolu 9 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580 li tindika fir-rigward ta’ kull tali persuna jew entità:

l-għadd u t-tip ta’ ishma jew parteċipazzjonijiet oħrajn sottoskritti jew li għandhom jiġu sottoskritti;

il-valur nominali ta’ tali ishma jew ta’ parteċipazzjonijiet oħrajn;

kwalunkwe primjum imħallas jew li għandu jitħallas;

kwalunkwe interess ta’ sigurtà jew aggravji maħluqa fuq tali ishma jew parteċipazzjonijiet oħra, inkluż l-identità tal-partijiet koperti; u

fejn applikabbli, kwalunkwe impenn li jsir minn tali persuni jew entitajiet bl-għan li jiġi żgurat li l-istituzzjoni ta’ kreditu tikkonforma mar-rekwiżiti prudenzjali applikabbli

 


Tabella 9

Elementi ta’ informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

Informazzjoni meħtieġa mill-awtorità kompetenti f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2580 (imla kif applikabbli filwaqt li fil-kolonna tax-xellug tippreżenta deskrizzjoni tal-informazzjoni meħtieġa u fil-kolonna tal-lemin l-informazzjoni)

 

 

 

 


Tabella 10

Entrati ta’ informazzjoni li tħallew barra mill-applikazzjoni skont l-Artikolu 11 tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580

10.1.

Informazzjoni li tħalliet barra skont l-Artikolu 11, il-punt (a), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580 (imla b’lista tal-informazzjoni kif applikabbli)

 

10.2.

Informazzjoni li tħalliet barra skont l-Artikolu 11, il-punt (b), tar-Regolament Delegat (UE) 2022/2580 (imla b’lista tal-informazzjoni kif applikabbli)

 


(1)  ĠU L 335, XX.XX.XXXX, p. 64.

(2)  Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar il-ġlieda kontra l-frodi tal-interessi finanzjarji tal-Unjoni permezz tal-liġi kriminali (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).

(3)  Id-Direttiva 2014/59/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 li tistabbilixxi qafas għall-irkupru u r-riżoluzzjoni ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu u ditti ta’ investiment u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 82/891/KEE u d-Direttivi 2001/24/KE, 2002/47/KE, 2004/25/KE, 2005/56/KE, 2007/36/KE, 2011/35/UE, 2012/30/UE u 2013/36/UE, u r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010 u (UE) Nru 648/2012, tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 190).

(4)  Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).


Top