Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2535

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2535 tal-21 ta’ Diċembru 2022 li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/9604

ĠU L 328, 22.12.2022, p. 91–93 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2535/oj

22.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/91


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2535

tal-21 ta’ Diċembru 2022

li jawtorizza t-tqegħid fis-suq tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Novembru 2015 dwar ikel ġdid, li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1169/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 258/97 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1852/2001 (1), u b’mod partikolari, l-Artikolu 12(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2015/2283 jipprevedi li l-ikel il-ġdid awtorizzat u inkluż fil-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid biss jista’ jitqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

(2)

Skont l-Artikolu 8 tar-Regolament (UE) 2015/2283, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 (2) stabbilixxa lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid.

(3)

Fil-5 ta’ Novembru 2018, il-kumpanija Golden Biotechnology Corp (“l-applikant”) ippreżentat applikazzjoni lill-Kummissjoni f’konformità mal-Artikolu 10(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283 biex tqiegħed fis-suq tal-Unjoni l-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid. L-applikant talab li l-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata tintuża fis-supplimenti tal-ikel kif definit fid-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) f’doża massima ta’ 990 mg/jum, għall-popolazzjoni ġenerali.

(4)

Fit-12 ta’ Mejju 2020, il-Kummissjoni talbet lill-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) biex twettaq valutazzjoni tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratabħala ikel ġdid.

(5)

Fit-18 ta’ Mejju 2022, l-Awtorità adottat l-opinjoni xjentifika tagħha “Safety of freeze-dried mycelia of Antrodia camphorata as a novel food pursuant to Regulation (UE) 2015/2283” (4) f’konformità mal-Artikolu 11 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(6)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità kkonkludiet li l-miċeli lijofilizzati tal-Antrodia camphorata kienu sikuri għall-adulti u għall-adolexxenti li għandhom aktar minn 14-il sena meta jiżdiedu mas-supplimenti tal-ikel f’doża massima ta’ kuljum ta’ 990 mg/jum. Madankollu, l-Awtorità ma stabbilietx is-sikurezza tal-ikel ġdid fis-supplimenti tal-ikel maħsuba għal individwi taħt l-14-il sena fil-livell massimu ta’ konsum ta’ 990 mg/jum kif propost mill-applikant, minħabba li l-konsum jaqbeż il-livell sikur (16,5 mg/kg ta’ piż tal-ġisem kuljum) stabbilit mill-Awtorità. Għalhekk, l-opinjoni tal-Awtorità tagħti biżżejjed raġunijiet biex jiġi stabbilit li l-miċeli lijofilizzati tal-Antrodia camphorata, meta jintużaw f’doża massima ta’ kuljum ta’ 990 mg/jum fis-supplimenti tal-ikel, maħsuba għal individwi li għandhom 14-il sena jew aktar, jissodisfaw il-kundizzjonijiet għat-tqegħid tagħhom fis-suq f’konformità mal-Artikolu 12(1) tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(7)

Fl-opinjoni xjentifika tagħha, l-Awtorità tqis li għalkemm ma hemm l-ebda evidenza disponibbli ta’ riskju ta’ allerġeniċità, minħabba l-kontenut ta’ proteini tal-ikel ġdid, ma jistax jiġi eskluż li hemm xi riskju. Ir-riċerkja bibljografika mwettqa mill-applikant ma identifikat l-ebda evidenza ppubblikata dwar il-potenzjal allerġeniku tal-Antrodia camphorata, u ma hemmx informazzjoni jew data oħra li normalment tkun meħtieġa biex jiġi kkonfermat jew eskluż ir-riskju potenzjali tal-allerġeniċità. Madankollu, il-Kummissjoni tqis li fil-preżent, il-potenzjal tat-trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata li jikkawża l-allerġeniċità x’aktarx li ma jimmanifestax ruħu fil-ħajja reali u, konsegwentement, l-ebda rekwiżit speċifiku ta’ tikkettar ma jenħtieġ li jiġi inkluż fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid f’dan ir-rigward.

(8)

Jenħtieġ li tiġi stabbilita deżinjazzjoni ċara tal-ikel ġdid kif ukoll rekwiżit tat-tikettar għas-supplimenti tal-ikel li fihom il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata, sabiex jiġi żgurat li dawk is-supplimenti tal-ikel ma jiġux ikkunsmati mit-tfal u mill-adoloxxenti taħt l-14-il sena.

(9)

Għalhekk jixraq li l-inklużjoni tal-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata bħala ikel ġdid fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid ikun fiha l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 9 tar-Regolament (UE) 2015/2283.

(10)

Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratajenħtieġ li tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470. Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 jiġi emendat skont dan.

(11)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphorata hija awtorizzata biex titqiegħed fis-suq fl-Unjoni.

Il-forma fi trab lijofilizzat tal-miċeli tal-Antrodia camphoratagħandha tiġi inkluża fil-lista tal-Unjoni ta’ ikel ġdid stabbilita fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470.

2.   L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 327, 11.12.2015, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/2470 tal-20 ta’ Diċembru 2017 li jistabbilixxi l-lista tal-Unjoni tal-ikel ġdid skont ir-Regolament (UE) 2015/2283 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar ikel ġdid (ĠU L 351, 30.12.2017, p. 72).

(3)  Id-Direttiva 2002/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Ġunju 2002 dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet tal-Istati Membri dwar is-supplimenti tal-ikel (ĠU L 183, 12.7.2002, p. 51).

(4)  EFSA Journal 2022; 20(6):7380.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2017/2470 huwa emendat kif ġej:

(1)

fit-Tabella 1 (L-ikel il-ġdid awtorizzat), tiddaħħal l-entrata li ġejja:

Ikel ġdid awtorizzat

Kundizzjonijiet fejn jista’ jintuża l-ikel ġdid

Rekwiżiti addizzjonali tat-tikkettar speċifiku

Rekwiżiti oħra

Trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata

Kategorija tal-ikel speċifikat

Livelli massimi

1.

Id-deżinjazzjoni tal-ikel ġdid fuq it-tikketti tas-supplimenti tal-ikel li fihom minn dak l-ikel għandha tkun “Trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata”.

2.

It-tikketti tas-supplimenti tal-ikel li fihom it-trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata għandu jkollu dikjarazzjoni li dan is-suppliment tal-ikel ma għandux jiġi kkunsmat minn trabi, tfal u adoloxxenti taħt l-14-il sena.”

 

Is-supplimenti tal-ikel kif definiti fid-Direttiva 2002/46/KE, minbarra t-trabi, it-tfal u l-adolexxenti taħt l-14-il sena

990 mg/jum

(2)

fit-Tabella 2 (Speċifikazzjonijiet), tiddaħħal l-entrata li ġejja: [L-Uffiċċju tal-Pubblikazzjonijiet huwa ġentilment mitlub idaħħal il-verżjoni bil-MT fl-ordni alfabetika EN.]

“Ikel ġdid awtorizzat

Speċifikazzjoni

Trab tal-miċeli tal-Antrodia camphorata

Deskrizzjoni/Definizzjoni:

L-ikel ġdid huwa l-miċeli lijofilizzati tal-fungu Antrodia camphorata (ir-razza BCRC 39106), li tkabbar permezz ta’ kultivazzjoni fi stat solidu. Il-miċeli lijofilizzati mbagħad jintaħnu fi trab. Antrodia camphorata huwa sinonimu ta’ Taiwanofungus camphoratus (familja: Fomitopsidaceae).

Karatteristiċi/Kompożizzjoni:

Telf mit-tnixxif (Indewwa): < 10 %

Karboidrati: ≤ 80 g/100 g

Proteini: ≤ 20 g/100 g

Irmied: ≤ 6 g/100 g

Xaħam: ≤ 6 g/100 g

Triterpenojdi totali: 1,0 – 10,0 g/100 g

Antrokinonol: 1,0 – 20,0 mg/g

Metalli tqal:

Arseniku: < 0,5 mg/kg

Kriterji mikrobijoloġiċi:

Għadd totali ta’ mikrobi aerobiċi: ≤ 103 *CFU/g

Għadd totali ta’ ħmira u moffa: ≤ 100 UJK/g

Escherichia coli: Mhux individwat f’10 g

Salmonella spp.: Mhux individwat f’25 g

Staphylococcus aureus: Mhux individwat f’10 g

*CFU: Colony Forming Units (Unitajiet li jiffurmaw kolonji)”


Top