This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2527
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/2527 of 17 October 2022 repealing Delegated Regulation (EU) No 807/2014 supplementing Regulation (EU) No 1305/2013 of the European Parliament and of the Council on support for rural development by the European Agricultural Fund for Rural Development (EAFRD) and introducing transitional provisions
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2527 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/2527 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji
C/2022/7233
ĠU L 328, 22.12.2022, p. 68–69
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 01/01/2023
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/68 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2527
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li jħassar ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1698/2005 (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 2(3), 14(5), 16(5), 19(8), 22(3), 28(10) u (11), 29(6), 30(8), 33(4), 34(5), 35(10), 36(5), 45(6), 47(6) u l-Artikolu 89 tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) jistabbilixxi qafas legali ġdid għall-Politika Agrikola Komuni (PAK) biex itejjeb it-twettiq tagħha fuq l-objettivi tal-Unjoni stabbiliti fit-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea. Dak ir-Regolament jispeċifika wkoll dawn l-objettivi tal-Unjoni li għandhom jinkisbu mill-PAK u jiddefinixxi t-tipi ta’ intervent kif ukoll ir-rekwiżiti komuni tal-Unjoni applikabbli għall-Istati Membri, filwaqt li jħalli l-flessibilità lill-Istati Membri fit-tfassil tal-interventi li jeħtieġ jiġu pprovduti fil-Pjanijiet Strateġiċi tagħhom tal-PAK għall-perjodu 1 ta’ Jannar 2023 sa 31 ta’ Diċembru 2027. |
(2) |
Ir-Regolament (UE) 2021/2115 jipprevedi għal tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali. Minħabba f’hekk, iħassar ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. |
(3) |
F’dak il-kuntest, il-Kummissjoni adottat rekwiżiti addizzjonali skont ir-Regolament (UE) 2021/2115 għad-disinn tal-interventi li għandhom jiġu speċifikati fil-Pjanijiet strateġiċi tal-PAK, jiġifieri mir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 (3). Dak ir-Regolament Delegat jissostitwixxi r-regoli attwalment stipulati fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 (4). |
(4) |
Fl-interess taċ-ċarezza u taċ-ċertezza legali, ir-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014 jenħtieġ li jitħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023. Madankollu, f’konformità mal-Artikolu 154(1) tar-Regolament (UE) 2021/2115, jenħtieġ li jkompli japplika għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u għan-nefqa li jġarrbu l-benefiċjarji u li tħallas l-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Tħassir u dispożizzjonijiet tranżizzjonali
Ir-Regolament Delegat (UE) Nru 807/2014 huwa mħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.
Madankollu għandu jkompli japplika għall-implimentazzjoni tal-programmi tal-iżvilupp rurali skont ir-Regolament (UE) Nru 1305/2013 sal-31 ta’ Diċembru 2025 u għan-nefqa li jġarrbu l-benefiċjarji u li tħallas l-aġenzija tal-pagamenti fil-qafas ta’ dawk il-programmi tal-iżvilupp rurali sal-31 ta’ Diċembru 2025.
Artikolu 2
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 487.
(2) Ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/126 tas-7 ta’ Diċembru 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill b’rekwiżiti addizzjonali għal ċerti tipi ta’ intervent speċifikati mill-Istati Membri fil-Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK tagħhom għall-perjodu mill-2023 sal-2027 skont dak ir-Regolament kif ukoll regoli dwar il-proporzjon għall-istandard 1 tal-kundizzjoni agrikola u ambjentali tajba (KAAT) (ĠU L 20, 31.1.2022, p. 52).
(4) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) Nru 807/2014 tal-11 ta’ Marzu 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 1305/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar appoġġ għall-iżvilupp rurali mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jintroduċi dispożizzjonijiet tranżitorji (ĠU L 227, 31.7.2014, p. 1).