Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2383

Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2383 tas-6 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty li jużaw bijodiżil pur (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/8775

ĠU L 315, 7.12.2022, p. 63–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2383/oj

7.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 315/63


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2383

tas-6 ta’ Diċembru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) Nru 582/2011 fir-rigward tal-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet ta’ vetturi heavy-duty li jużaw bijodiżil pur

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u 5(4) u l-Artikolu 12 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-vetturi b’approvazzjoni tat-tip fl-UE jeħtieġ li jkunu jistgħu jaħdmu bil-bijodiżil pur u b’taħlitiet differenti ta’ bijodiżil u fjuwils fossili f’każ ta’ bżonn.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 3 tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (2), l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u ta’ magni fir-rigward tal-emissjonijiet tirrikjedi li l-manifattur jiżgura l-konformità mal-ispeċifikazzjonijiet tal-fjuwils ta’ referenza stabbiliti fl-Anness IX ta’ dak ir-Regolament li jintużaw għall-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip.

(3)

Il-bijodiżil pur (FAME B100) mhuwiex elenkat fl-Anness IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 bħala fjuwil ta’ referenza għall-approvazzjoni tat-tip tal-emissjonijiet tal-vetturi heavy-duty. L-ittestjar tal-approvazzjoni tat-tip jeħtieġ li jiġi dduplikat kemm fuq id-diżil (B7) kif ukoll fuq il-bijodiżil pur (B100) sabiex tintwera l-konformità mar-rekwiżiti tal-emissjonijiet. Sabiex tiġi minimizzata d-duplikazzjoni tal-ittestjar u sabiex tiġi ffaċilitata ċ-ċertifikazzjoni għall-użu tal-bijodiżil pur u tat-taħlitiet tal-bijodiżil (bħal FAME B20/B30), jeħtieġ li jiddaħħlu l-ispeċifikazzjonijiet għall-bijodiżil pur bħala fjuwil ta’ referenza, abbażi ta’ standards internazzjonali u Ewropej rilevanti. Jenħtieġ li l-konformità mar-rekwiżiti tal-ittestjar tal-emissjonijiet għall-approvazzjoni tat-tip B100 tkun tista’ tintwera bl-ittestjar tal-emissjonijiet tal-magna referenzjarja li taħdem bil-bijodiżil pur. Filwaqt li għall-ittestjar tal-konformità meħtieġ waqt is-servizz tista’ tintgħażel kwalunkwe taħlita ta’ bijofjuwils.

(4)

Għall-approvazzjoni tal-vetturi b’magna approvata, huwa meħtieġ addendum għall-ispeċifikazzjonijiet taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur.

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi I, II u IX tar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad- Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1)


ANNESS

(1)

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 582/2011 huwa emendat kif ġej:

(a)

Fil-punt 1.1.2, is-sentenza introduttorja hija sostitwita b’dan li ġej:

“Jekk il-manifattur jippermetti li l-familja ta’ magni taħdem bi fjuwils fis-suq li ma jikkonformawx la mad-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1), la mal-istandard tas-CEN EN 228:2012 fil-każ tal-petrol bla ċomb jew mal-istandard tas-CEN EN 590:2013 fil-każ tad-diżil, u lanqas mal-istandard tas-CEN EN 14214:2012+A2:2019 fil-każ tal-FAME B100, bħal fjuwil paraffiniku (l-istandard tas-CEN EN 15940) jew oħrajn, il-manifattur għandu, flimkien mar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 1.1.1, jikkonforma mar-rekwiżiti li ġejjin”;

(*1)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;"

(b)

wara l-punt 1.3 jiddaħħlu l-punti 1.4 u 1.4.1 li ġejjin:

“1.4.   Rekwiżiti għall-approvazzjoni tat-tip B100

1.4.1.

L-approvazzjoni tat-tip ta’ familja B100 b’magna referenzjarja ttestjata bil-FAME B100 għandha tiġi estiża għall-membri tal-familja u għat-taħlitiet tal-bijodiżil kollha b’kontenut tal-FAME li jiżboq dak tal-FAME B30 (l-istandard tas-CEN EN 16709), mingħajr ittestjar ulterjuri. L-approvazzjoni tat-tip tista’ tiġi estiża għal taħlitiet ta’ bijodiżil b’kontenut tal-FAME aktar baxx, jekk ir-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jiġu ssodisfati wkoll għal dawn it-taħlitiet, mingħajr ma jsiru aġġustamenti lill-vettura. F’każ bħal dan il-manifattur għandu jiddikjara liema huma t-taħlitiet tal-bijodiżil li l-familja ta’ magni tista’ taħdem bihom fil-punt 3.2.2.2.1 tad-Dokument ta’ Informazzjoni kif stabbilit fil-Parti 1 tal-Appendiċi 4. Jekk l-awtorità tal-approvazzjoni tiddetermina li l-applikazzjoni mressqa ma tkunx rappreżentattiva għalkollox, taħlitiet tal-bijodiżil għajr il-FAME B100 jistgħu jintgħażlu mill-awtorità tal-approvazzjoni u jiġu ttestjati.”;

(c)

jiddaħħal il-punt 3.2.1.7 li ġej:

“3.2.1.7.

Fil-każ ta’ approvazzjoni tat-tip B100, il-marka tal-approvazzjoni għandha tinkludi “B100” wara s-simbolu nazzjonali.”;

(d)

Fl-Appendiċi 4 PARTI 1, il-punt 3.2.2.2 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“3.2.2.2.

Vetturi heavy-duty Diżil/Petrol/LPG/NG-H/NG-L/NG-HL/Etanol (ED95)/Etanol (E85)/LNG/LNG20/B100 (1) (6)”;

(e)

Fl-Addendum tal-Appendiċi 5, il-punt 1.1.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.5.

Kategorija tal-magna: Diżil/Petrol/LPG/NG-H/NG-L/NG-HL/Etanol (ED95)/Etanol (E85)/LNG/LNG20/B100 (1)”;

(f)

Il-Punt 8 tal-Appendiċi 6 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“8.

Firma:

Mehmuż: Pakkett ta’ informazzjoni.

Rapport tat-test.

Addendum”

(g)

Jiżdied l-Addendum li ġej mal-Appendiċi 6:

“Addendum

għaċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip KE Nru …

1.   INFORMAZZJONI ADDIZZJONALI

1.1.

Id-dettalji li għandhom jimtlew b’rabta mal-approvazzjoni tat-tip ta’ vettura b’magna approvata installata:

1.1.1.

Id-ditta tal-magna (l-isem tal-impriża):

1.1.2.

Tip u deskrizzjoni kummerċjali (semmi kwalunkwe varjanti):

1.1.3.

Il-kodiċi tal-manifattur kif immarkat fuq il-magna:

1.1.4.

Il-kategorija tal-vettura (jekk applikabbli) (b):

1.1.5.

Il-kategorija tal-magna: Diżil/Petrol/LPG/NG-H/NG-L/NG-HL/Etanol (ED95)/Etanol (E85)/LNG/LNG20/B100 (1):

1.1.5.1.

It-tip ta’ magna li tuża żewġ tipi ta’ fjuwil: Tip 1 A/Tip 1B/Tip 2 A/Tip 2B/Tip 3B (1)(d1):

1.1.6.

Isem u indirizz tal-manifattur:

1.1.7.

Isem u indirizz tar-rappreżentant awtorizzat tal-manifattur (jekk ikun hemm):

1.2.

Jekk il-magna li ssir referenza għaliha fil-paragrafu 1.1. ġietx approvata għat-tip bħala unità teknika separata:

1.2.1.

In-numru ta’ approvazzjoni tat-tip tal-magna/tal-familja ta’ magni (1):

1.2.2.

In-numru tal-kalibrar tas-softwer tal-Unità ta’ Kontroll tal-Magna (ECU):

1.3.

Id-dettalji li għandhom jimtlew b’rabta mal-approvazzjoni tat-tip ta’ magna/familja ta’ magni (1) bħala unità teknika separata (kundizzjonijiet li għandhom jiġu osservati għall-installazzjoni tal-magna fuq vettura):

1.3.1.

It-tnaqqis massimu u/jew minimu tal-pressjoni tad-dħul:

1.3.2.

Il-kontropressjoni massima permissibbli:

1.3.3.

Il-volum tas-sistema tal-egżost:

1.3.4.

Ir-restrizzjonijiet tal-użu (jekk ikun hemm):

1.4.

Il-livelli tal-emissjonijiet tal-magna/magna referenzjarja (1)

Fattur ta’ Deterjorament (DF): ikkalkulat/fiss (1)

Speċifika l-valuri DF u l-emissjonijiet tat-testijiet WHSC (jekk applikabbli) u WHTC fit-tabella hawn taħt

1.4.1.

It-Test WHSC

Tabella 4

It-Test WHSC

It-Test WHSC (jekk applikabbli) (10)(d5)

DF

CO

THC

NMHC (d4)

NOX

Massa ta’ PM

NH3

Numru PM

Mult/żid (1)

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC (d4)

(mg/kWh)

NOx

(mg/kWh)

Massa ta’ PM

(mg/kWh)

NH3

ppm

Numru PM

(#/kWh)

Riżultat tat-test

 

 

 

 

 

 

 

Ikkalkulat bid-DF

 

 

 

 

 

 

 

Emissjoni tal-massa CO2: … g/kWh

Konsum tal-fjuwil … g/kWh

1.4.2.

It-Test WHTC

Tabella 5

It-Test WHTC

It-Test WHTC (10)(d5)

DF

CO

THC

NMHC (d4)

CH4 (d4)

NOx

Massa ta’ PM

NH3

Numru PM

Mult/żid (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjonijiet

CO

(mg/kWh)

THC

(mg/kWh)

NMHC (d4)

(mg/kWh)

CH4 (d4)

(mg/kWh)

NOx

(mg/kWh)

Massa ta’ PM

(mg/kWh)

NH3

ppm

Numru PM

(#/kWh)

Startjar kiesaħ

 

 

 

 

 

 

 

 

Startjar sħun mingħajr riġenerazzjoni

 

 

 

 

 

 

 

 

Startjar sħun bir-riġenerazzjoni (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

kr,u (mult/żid) (1)

 

 

 

 

 

 

 

 

kr,d (mult/żid) (1)

Riżultat ponderat tat-test

 

 

 

 

 

 

 

 

Riżultat tat-test finali bid-DF

 

 

 

 

 

 

 

 

Emissjoni tal-massa CO2: … g/kWh

Konsum tal-fjuwil: … g/kWh

1.4.3.

Test tal-magna fuq idle

Tabella 6

Test tal-magna fuq idle

Test

Valur tas-CO

(% vol.)

Lambda (1)

Spid tal-magna (min–1)

Temperatura taż-żejt tal-magna (°C)

Test tal-magna fuq idle baxx

 

N/A

 

 

Test tal-magna fuq idle għoli

 

 

 

 

1.4.4.

Test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS

Tabella 6a

Test ta’ dimostrazzjoni tal-PEMS

Tip ta’ vettura (pereż. M3, N3 u applikazzjoni pereż. trakk riġidu jew artikolat, xarabank li jintuża fl-ibliet)

 

Deskrizzjoni tal-vettura (pereż. mudell tal-vettura, prototip)

 

Riżultati jekk il-vettura/il-magna għaddietx jew le (7)

CO

THC

NMHC

CH4

NOx

Numru PM

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tax-xogħol (11)

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ konformità tat-tieqa tal-massa CO2 (11)

 

 

 

 

 

 

Informazzjoni dwar il-vjaġġ

Urban

Rurali

Awtostrada

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ ikkaratterizzati minn operazzjoni urbana, rurali u fl-awtostrada kif deskritt fil-punt 4.5 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

Perjodi ta’ żmien tal-vjaġġ ikkaratterizzati minn aċċellerazzjoni, deċellerazzjoni, veloċità stabbli u twaqqif kif deskritt fil-punt 4.5.5 tal-Anness II tar-Regolament (UE) Nru 582/2011

 

 

 

 

Minimu

Massimu

Medja tal-potenza tat-tieqa tax-xogħol (%)

 

 

Durata tat-tieqa tal-massa CO2 (s)

 

 

Tieqa tax-xogħol: perċentwal ta’ twieqi validi

 

Tieqa tal-massa CO2: perċentwal ta’ twieqi validi

 

Proporzjon ta’ konsistenza fil-konsum tal-fjuwil

 

1.5.

Kejl tal-potenza

1.5.1.

Potenza tal-magna mkejla fuq il-bank tat-test

Tabella 7

Potenza tal-magna mkejla fuq il-bank tat-test

Spid tal-magna mkejjel (rpm)

 

 

 

 

 

 

 

Fluss imkejjel ta’ fjuwil (g/siegħa)

 

 

 

 

 

 

 

Torque mkejjel (Nm)

 

 

 

 

 

 

 

Potenza mkejla (kW)

 

 

 

 

 

 

 

Pressjoni barometrika (kPa)

 

 

 

 

 

 

 

Pressjoni tal-fwar tal-ilma (kPa)

 

 

 

 

 

 

 

Temperatura tal-arja dieħla (K)

 

 

 

 

 

 

 

Fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza

 

 

 

 

 

 

 

Potenza kkoreġuta (kW)

 

 

 

 

 

 

 

Potenza awżiljarja (kW) (1)

 

 

 

 

 

 

 

Potenza netta (kW)

 

 

 

 

 

 

 

Torque nett (Nm)

 

 

 

 

 

 

 

Konsum tal-fjuwil speċifiku kkoreġut (g/kWh)

 

 

 

 

 

 

 

1.5.2.

Data addizzjonali, pereż. il-fattur ta’ korrezzjoni tal-potenza għal kull fjuwil iddikjarat (jekk applikabbli)
;

(h)

Fl-Addendum tal-Appendiċi 7, il-punt 1.1.5 huwa sostitwit b’dan li ġej:

“1.1.5.

Kategorija tal-magna: Diżil/Petrol/LPG/NG-H/NG-L/NG-HL/Etanol (ED95)/Etanol (E85)/LNG/LNG20/B100 (1)”;

(2)

Fl-Anness II, il-punt 4.4.2 tiżdied is-sentenza li ġejja:

“Fil-każ tal-approvazzjoni tat-tip B100, l-awtoritajiet tal-approvazzjoni jistgħu jitolbu li l-vettura li taħdem bil-bijodiżil tiġi ttestjata bi kwalunkwe kontenut tal-FAME.”;

(3)

Fl-Anness IX, taħt l-intestatura “Data teknika dwar il-fjuwils għall-ittestjar ta’ magni bi tqabbid bil-kompressjoni u magni li jużaw żewġ tipi ta’ fjuwils”, it-tabella li ġejja tiddaħħal wara t-tabella “Tip: Diżil (B7)”:

Tip: Bijodiżil pur (B100) għal magni bi tqabbid bil-kompressjoni

Parametru

Unità

Limiti

Metodu ta’ ttestjar

Minimu

Massimu

Kontenut tal-FAME

% (m/m)

96,5

EN 14103

Densità f’temperatura ta’ 15 °C

kg/m3

860

900

EN ISO 3675

EN ISO 12185

Viskożità f’temperatura ta’ 40 °C  (1)

mm2/s

3,50

5,00

EN ISO 3104

EN 16896

Punt ta’ fjammabilità

°C

101

EN ISO 2719

EN ISO 3679  (2)

Numru taċ-ċetan  (3)

51,0

EN ISO 5165

EN 15195

EN 16715

EN 17155

Korrużjoni tal-istrixxa tar-ram (3 sigħat f’temperatura ta’ 50 °C)

Klassifikazzjoni

klassi 1

EN ISO 2160

Stabbilità tal-ossidazzjoni (f’temperatura ta’ 110 °C)

h

8,0

EN 14112

EN 15751

Valur tal-aċidu

mg ta’ KOH/g

0,50

EN 14104

Valur tal-jodju

g ta’ jodju/100 g

120

EN 14111

EN 16300

Esteru metiliku tal-aċidu linoleniku

% (m/m)

12,0

EN 14103

Esteri metiliċi poliinsaturati (≥ 4 bonds doppji)

% (m/m)

1,00

EN 15779

Kontenut ta’ metanol

% (m/m)

0,20

EN 14110

Kontenut ta’ monogliċeridi

% (m/m)

0,70

EN 14105

Kontenut ta’ digliċeridi

% (m/m)

0,20

EN 14105

Kontenut ta’ trigliċeridi

% (m/m)

0,20

EN 14105

Gliċerol ħieles

% (m/m)

0,02

EN 14105

EN 14106

Gliċerol totali

% (m/m)

0,25

EN 14105

Kontenut ta’ ilma

% (m/m)

0,050

EN ISO 12937

Kontaminazzjoni totali

mg/kg

24

EN 12662

Kontenut ta’ rmied issulfat

% (m/m)

0,02

ISO 3987

Kontenut ta’ kubrit

mg/kg

10,0

EN ISO 20846

EN ISO 20884

EN ISO 13032

Metalli tal-Grupp I (Na+K)

mg/kg

5,0

EN 14108

EN 14109

EN 14538

Metalli tal-Grupp II (Ca+Mg)

mg/kg

5,0

EN 14538

Kontenut ta’ fosforu

mg/kg

4,0

EN 14107

EN 16294


(*1)  Id-Direttiva 98/70/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-13 ta’ Ottubru 1998 dwar il-kwalità tal-karburanti tal-petrol u tad-diżil u li temenda d-Direttiva tal-Kunsill 93/12/KEE (ĠU L 350, 28.12.1998, p. 58).”;”


(1)  Jekk is-CFPP ikun – 20 °C jew inqas, il-viskożità għandha titkejjel f’–20 °C. Il-valur imkejjel ma għandux jaqbeż it-48 mm2/s. F’dan il-każ, il-metodi ta’ ttestjar standard huma applikabbli mingħajr id-data ta’ preċiżjoni, minħabba l-imġiba mhux Newtonjana f’sistema b’żewġ fażijiet.

(2)  Għandhom jintużaw kampjun ta’ 2 ml u apparat mgħammar b’apparat ta’ detezzjoni termali.

(3)  Id-determinazzjoni tan-numru taċ-ċetan derivat għall-FAME mhijiex inkluża fid-determinazzjonijiet ta’ preċiżjoni ta’ xi metodi ta’ ttestjar.”


Top