This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2373
Council Regulation (EU) 2022/2373 of 5 December 2022 amending Regulation (EC) No 1183/2005 concerning restrictive measures in view of the situation in the Democratic Republic of the Congo
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2373 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/2373 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
ST/14654/2022/INIT
ĠU L 314, 6.12.2022, p. 79–80
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
6.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 314/79 |
REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/2373
tal-5 ta’ Diċembru 2022
li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1183/2005 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2377 tal-5 ta’ Diċembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/788/PESK dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (1).
Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà u l-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 (2) jagħti effett lid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK (3) u jipprevedi ċerti miżuri diretti kontra persuni li jaġixxu bi ksur għall-embargo tal-armi fir-rigward tar-Repubblika Demokratika tal-Kongo (RDK), inkluż l-iffriżar tal-assi tagħhom. |
(2) |
Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/2377 tkabbar il-kriterji għall-elenkar awtonomu tal-Unjoni. |
(3) |
Għaldaqstant, hemm bżonn ta’ azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jingħata effett lid-Deċiżjoni (PESK) 2022/2377, partikolarment bil-għan li tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tagħha mill-operaturi ekonomiċi fl-Istati Membri kollha. |
(4) |
Għaldaqstant, ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (KE) Nru 1183/2005, huwa emedat kif ġej:
(1) |
fl-Artikolu 2b, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Anness Ia għandu jinkludi l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi, l-entitajiet jew il-korpi identifikati mill-Kunsill għal kwalunkwe raġuni minn dawn:
|
(2) |
fl-Anness Ia, it-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej: “Lista ta’ persuni fiżiċi jew ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2b”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-5 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
M. KUPKA
(1) Ara paġna 97 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali.
(2) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1183/2005 tat-18 ta’ Lulju 2005 dwar miżuri restrittivi speċifiċi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 193, 23.7.2005, p. 1).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/788/PESK tal-20 ta’ Diċembru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fir-Repubblika Demokratika tal-Kongo (ĠU L 336, 21.12.2010, p. 30).