Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2339

    Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/2339 tat-28 ta’ Novembru 2022 li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

    C/2022/8760

    ĠU L 310, 1.12.2022, p. 4–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 31/12/2022

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/2339/oj

    1.12.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 310/4


    REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2339

    tat-28 ta’ Novembru 2022

    li jagħlaq l-istaġun tas-sajd għall-aringa fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N għall-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1224/2009 tal-20 ta’ Novembru 2009 li jistabbilixxi sistema tal-Unjoni ta’ kontroll għall-iżgurar tal-konformità mar-regoli tal-Politika Komuni tas-Sajd (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 36(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 (2) jistabbilixxi l-kwoti għall-2022.

    (2)

    Skont l-informazzjoni li rċeviet il-Kummissjoni, il-qabdiet tal-istokk tal-aringa fl-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, eżawrew il-kwota allokata għall-2022.

    (3)

    Għalhekk jeħtieġ li jiġu pprojbiti ċerti attivitajiet tas-sajd għal dak l-istokk,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Eżawriment tal-kwota

    Il-kwota tas-sajd allokata lill-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea għall-istokk tal-aringa għall-2022 fl-ilmijiet Norveġiżi fin-Nofsinhar ta’ 62° N imsemmija fl-Anness għandha titqies eżawrita mid-data stabbilita f’dak l-Anness.

    Artikolu 2

    Projbizzjonijiet

    L-attivitajiet tas-sajd għall-istokk imsemmi fl-Artikolu 1, mill-bastimenti li jtajru l-bandiera ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea jew li huma rreġistrati fih, għandhom ikunu pprojbiti mid-data stabbilita fl-Anness. B’mod partikolari, għandu jiġi pprojbit li jinżamm abbord il-ħut ta’ dak l-istokk li jinqabad minn dawk il-bastimenti wara dik id-data, jew li dan il-ħut jiġi rilokat, trażbordat jew li jinħatt l-art.

    Artikolu 3

    Dħul fis-seħħ

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2022.

    Għall-Kummissjoni

    F’isem il-President

    Virginijus SINKEVIČIUS

    Membru tal-Kummissjoni


    (1)  ĠU L 343, 22.12.2009, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/109 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jistabbilixxi għall-2022 l-opportunitajiet tas-sajd għal ċerti stokkijiet tal-ħut u ċerti gruppi ta’ stokkijiet tal-ħut, applikabbli fl-ilmijiet tal-Unjoni u, għal bastimenti tas-sajd tal-Unjoni, f’ċerti ilmijiet mhux tal-Unjoni (ĠU L 21, 31.1.2022, p. 1).


    ANNESS

    Nru

    10/TQ109

    Stat Membru

    L-Unjoni Ewropea (l-Istati Membri kollha)

    Stokk

    HER/*4N-S62

    Speċi

    Aringa (Clupea harengus)

    Żona:

    L-ilmijiet Norveġiżi li jinsabu fin-Nofsinhar ta’ 62° N

    Data tal-Għeluq

    28.10.2022


    Top