EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2260

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2260 tal-14 ta’ Novembru 2022 dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

C/2022/8332

ĠU L 299, 18.11.2022, p. 17–19 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2260/oj

18.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 299/17


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2260

tal-14 ta’ Novembru 2022

dwar il-klassifikazzjoni ta’ ċerti oġġetti fin-Nomenklatura Magħquda

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 57(4) u l-Artikolu 58(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (2), huwa neċessarju li jiġu adottati miżuri li jikkonċernaw il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stipula r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenklatura oħra li hija totalment jew parzjalment ibbażata fuqha jew li żżid xi suddiviżjoni addizzjonali magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet speċifiċi tal-Unjoni, bl-għan li jiġu applikati tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, l-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness jenħtieġ li jiġu kklassifikati skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2), minħabba r-raġunijiet stabbiliti fil-kolonna (3) ta’ dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jiġi previst li l-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi maħruġa fir-rigward tal-oġġetti kkonċernati minn dan ir-Regolament li ma tikkonformax ma’ dan ir-Regolament, għal ċertu perjodu tkun tista’ tibqa’ tiġi invokata mid-detentur, f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013. Jenħtieġ li dak il-perjodu jkun ta’ tliet xhur.

(5)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-oġġetti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella stabbilita fl-Anness għandhom jiġu kklassifikati fin-Nomenklatura Magħquda skont il-kodiċi NM indikat fil-kolonna (2) ta’ dik it-tabella.

Artikolu 2

L-informazzjoni vinkolanti dwar it-tariffi li mhijiex konformi ma’ dan ir-Regolament tista’ tibqa’ tiġi invokata f’konformità mal-Artikolu 34(9) tar-Regolament (UE) Nru 952/2013 għal perjodu ta’ tliet xhur mid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kummissjoni

Gerassimos THOMAS

Direttur Ġenerali

Direttorat Ġenerali għat-Tassazzjoni u l-Unjoni Doganali


(1)  ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87, tat-23 ta’ Lulju, 1987, dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).


ANNESS

Deskrizzjoni tal-oġġetti

Klassifikazzjoni (Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

Sistema ta’ boroż għall-friskaturi, ippreżentata f’sett għall-bejgħ bl-imnut, li tikkonsisti minn:

friskatur tal-plastik li jista’ jerġa’ jintuża (dimensjonijiet ta’ madwar 39 × 33 × 14-il cm);

boroż tal-plastik li jintużaw darba biss u li jintremew f’romblu li taqta’ minnu; u

distributur tal-boroż.

Il-friskatur, il-boroż u d-distributur huma imprenjati b’kompost antimikrobiku li jipprevjeni l-firxa tal-patoġeni. Ir-romblu tal-boroż irid jiġi mmuntat fid-distributur. Is-sistema hija mfassla biex tipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata li twassal għat-tixrid ta’ patoġeni meta jinħaslu l-pazjenti fl-isptarijiet, fil-faċilitajiet tal-kura tas-saħħa u f’dawk mhux tal-kura tas-saħħa.

3924 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata bir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċijiet NM 3924 u 3924 90 00 .

Il-prodott huwa ppreżentat f’sett għall-bejgħ bl-imnut skont it-tifsira tar-Regola Ġenerali 3(b). Il-karattru essenzjali tal-prodott jingħata mill-friskatur tal-plastik li jista’ jerġa’ jintuża.

Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 9018 bħala strument jew apparat mediku hija eskluża peress li l-prodott ma jintużax għat-trattament mediku ta’ kundizzjoni ta’ pazjent. Il-fatt li l-friskatur, il-boroż u d-distributur huma imprenjati bil-kompost antimikrobiku, li jservi biss biex jipprevjeni l-kontaminazzjoni kroċjata u t-tixrid ta’ patoġeni, ma jwassalx biex il-prodott jitqies bħala strument jew apparat mediku użat għad-dijanjożi, jew biex jipprevjeni jew jikkura marda, jew għall-operazzjoni, eċċ. Barra minn hekk, in-Nota ta’ Spjegazzjoni tas-Sistema Armonizzata (NSSA) tal-intestatura 9018 teskludi oġġetti għall-kamra tal-banju ta’ metall komuni (ara l-NSSA tal-intestatura 9018 , it-tieni paragrafu, il-punt (e)). L-interpretazzjoni tista’ tiġi estiża għal prodotti analogi tal-plastik.

Il-klassifikazzjoni fl-intestatura 3922 hija eskluża peress li l-friskatur ma għandux il-karattru tal-oġġetti għall-kamra tal-banju ta’ din l-intestatura minħabba d-dimensjonijiet tiegħu, l-istruttura mhux permanenti tiegħu u li mhuwiex imfassal biex jitqabbad ma’ sistema tal-ilma jew tad-dranaġġ. Il-friskatur għandu l-karattru ta’ oġġett għall-kamra tal-banju żgħir u li jinġarr tal-intestatura 3924 (ara wkoll l-NSSA tal-intestatura 3922 , it-tielet paragrafu, il-punt (a) u l-intestatura 3924 , il-punt (D)).

Għaldaqstant, il-prodott irid jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi NM 3924 90 00 , bħala oġġett tal-iġjene jew tat-twaletta tal-plastik.


Top