EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R2180

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2180 tat-8 ta’ Novembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

ST/13799/2022/INIT

ĠU L 288, 9.11.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/2180/oj

9.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 288/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2180

tat-8 ta’ Novembru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta’ Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 47(5) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-30 ta’ Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509.

(2)

Fl-14 ta’ Settembru 2022, il-Kumitat tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU), stabbilit skont ir-Riżoluzzjoni 1718 (2006) tal-KSNU aġġorna l-informazzjoni relatata ma’ żewġ entitajiet soġġetti għal miżuri restrittivi.

(3)

Ir-Regolament (UE) 2017/1509 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

Z. STANJURA


(1)  ĠU L 224, 31.8.2017, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness XIII għar-Regolament (UE) 2017/1509, taħt l-intestatura “(b). Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi”, l-entrati 36 u 74 huma ssostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Magħruf ukoll bħala

Lokalità

Data tad-deżinjazzjoni min-NU

Informazzjoni oħra

“36.

Singwang Economics and Trading General Corporation

 

Indirizz: DPRK

30.11.2016

Hija intrapriża tar-RDPK għall-kummerċ tal-faħam. Ir-RDPK tiġġenera sehem sinifikanti tal-flus għall-programmi nukleari u ta’ missili ballistiċi tagħha bl-estrazzjoni ta’ riżorsi naturali u l-bejgħ tagħhom barra mill-pajjiż.

74.

Weihai World-Shipping Freight

 

Indirizz: 419-201, Tongyi Lu, Huancui Qu, Weihai, Shandong 264200, China;

Numru tal-OMI: 5905801

30.3.2018

Maniġer kummerċjali u tal-vapur ta’ XIN GUANG HAI, bastiment li għabba faħam f’Taean, ir-RDPK fis-27 ta’ Ottubru 2017 u kellu bħala ħin stmat tal-wasla l-14 ta’ Novembru 2017 f’Cam Pha, il-Vjetnam, iżda ma wasalx.”.


Top