This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R2047
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/2047 of 24 October 2022 correcting Implementing Regulation (EU) 2021/2325 as regards the recognition of certain control authorities and control bodies for the purpose of importing organic products into the Union
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2047 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2047 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
C/2022/7436
ĠU L 275, 25.10.2022, p. 57–59
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
25.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 275/57 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2047
tal-24 ta’ Ottubru 2022
li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 fir-rigward tar-rikonoxximent ta’ ċerti awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar il-produzzjoni organika u t-tikkettar ta’ prodotti organiċi u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 48(3) u l-Artikolu 57(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 (2) jistabbilixxi l-lista tal-awtoritajiet ta’ kontroll u tal-korpi ta’ kontroll rikonoxxuti għall-fini ta’ ekwivalenza u li huma kompetenti biex iwettqu l-kontrolli u joħorġu ċ-ċertifikati f’pajjiżi terzi. |
(2) |
L-Anness IV tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 (3) oriġinarjament kien irrikonoxxa l-“Ecocert SA” għall-Bahrain fir-rigward tal-kategorija tal-prodotti D. L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 ħalla vojta bi żball ir-ringiela relatata mal-Bahrain għall-kategorija tal-prodotti D. Dak l-iżball jeħtieġ li jiġi kkoreġut. |
(3) |
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 elenka bi żball “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” bħala korp rikonoxxut fil-Costa Rica għall-kategorija ta’ prodotti A. Barra minn hekk, il-korp ta’ kontroll ma kienx ipprovda dettalji dwar it-tip ta’ prodotti li jixtieq jiċċertifika għall-kategorija ta’ prodotti D fil-Costa Rica, u għalhekk ir-rikonoxximent tiegħu għal dik il-kategorija ta’ prodotti ngħata bi żball. L-entrata rilevanti jeħtieġ li tiġi kkoreġuta. |
(4) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325 jiġi kkoreġut kif xieraq. |
(5) |
L-ambitu ġeografiku tar-rikonoxximent ta’ “Ecocert SA” kien limitat bi żball. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-iżball relatat mal-Bahrain għall-kategorija ta’ prodotti D jiġi kkoreġut b’mod retroattiv mid-data tad-dħul fis-seħħ tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325. Ir-rikonoxximent tal-“Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)” ġie estiż bi żball għall-kategoriji tal-prodotti A u D fil-Costa Rica. Għalhekk, jenħtieġ li dak l-iżball jiġi kkoreġut b’mod retroattiv mid-data tal-applikazzjoni tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/2325. |
(6) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għall-Produzzjoni Organika, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa kkoreġut f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-24 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 150, 14.6.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/2325 tas-16 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi, skont ir-Regolament (UE) 2018/848 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, il-lista ta’ pajjiżi terzi u l-lista ta’ awtoritajiet ta’ kontroll u korpi ta’ kontroll li ġew rikonoxxuti skont l-Artikolu 33(2) u (3) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 għall-fini tal-importazzjoni ta’ prodotti organiċi fl-Unjoni (ĠU L 465, 29.12.2021, p. 8).
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1235/2008 tat-8 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi r-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 834/2007 dwar l-arranġamenti għall-importazzjonijiet ta’ prodotti organiċi minn pajjiżi terzi (ĠU L 334, 12.12.2008, p. 25).
ANNESS
L-Anness II tar-Regolament (UE) 2021/2325 huwa kkoreġut kif ġej:
(1) |
fil-punt 3 tal-entrata għal “Ecocert SA”, ir-ringiela għall-Bahrain hija sostitwita b’dan li ġej:
|
(2) |
fil-punt 3 tal-entrata għal “Florida Certified Organic Growers and Consumers, Inc. (FOG), DBA as Quality Certification Services (QCS)”, ir-ringiela għall-Costa Rica hija sostitwita b’dan li ġej:
|