EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1936

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1936 tat-13 ta’ Ottubru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

ST/12591/2022/INIT

ĠU L 268, 14.10.2022, p. 7–8 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1936/oj

14.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1936

tat-13 ta’ Ottubru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/1542 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1542 tal-15 ta’ Ottubru 2018 li jikkonċerna miżuri restrittivi kontra l-proliferazzjoni u l-użu ta’ armi kimiċi (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 12 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-15 ta’ Ottubru 2018, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2018/1542.

(2)

F’konformità mal-Artikolu 12 tar-Regolament (UE) 2018/1542, il-Kunsill irreveda l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2 kif stabbilita fl-Anness I għal dak ir-Regolament. Jenħtieġ li tiġi aġġornata entrata waħda f’dik il-lista.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542 huwa emendat kif stabbilit fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

P. BLAŽEK


(1)  ĠU L 259, 16.10.2018, p. 12.


ANNESS

L-entrata Nru 12 fil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2, kif stabbilita fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2018/1542, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi”, hija sostitwita bl-entrata li ġejja:

 

Isem

Informazzjoni dwar l-identità

Raġunijiet għad-deżinjazzjoni

Data tal-elenkar

“12.

Sergei Ivanovich MENYAILO

(Сергей Иванович МЕНЯЙЛО)

Sess: raġel;

Data tat-twelid: 22 ta’ Awwissu 1960;

Post tat-twelid: Alagir;

Nazzjonalità: Russa;

Titlu: Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania.

Sergei Menyailo huwa l-Kap tal-Ossezja tat-Tramuntana-Alania. Huwa kien Rappreżentant Plenipotenzjarju tal-President tal-Federazzjoni Russa fid-Distrett Federali Siberjan bejn l-2016 u April 2021. F’dik il-kapaċità, huwa kien responsabbli għall-iżgurar tal-implementazzjoni tas-setgħat kostituzzjonali tal-President, inkluż l-implimentazzjoni tal-politika interna u barranija tal-Istat. Sergei Menyailo kien membru tal-Kunsill tas-Sigurtà tal-Federazzjoni Russa sa Awwissu 2021.

Alexei Navalny kien fil-mira ta’ intimidazzjoni u repressjoni sistematiċi minn atturi ġudizzjarji u tal-Istat fil-Federazzjoni Russa minħabba r-rwol prominenti tiegħu fl-oppożizzjoni politika.

L-attivitajiet ta’ Alexei Navalny kienu mmonitorjati mill-qrib mill-awtoritajiet tal-Federazzjoni Russa matul il-vjaġġ tiegħu lejn is-Siberja f’Awwissu 2020. Fl-20 ta’ Awwissu 2020, huwa marad serjament u ddaħħal fi sptar f’Omsk, il-Federazzjoni Russa. Fit-22 ta’ Awwissu 2020, huwa ttieħed lejn sptar f’Berlin, il-Ġermanja. Laboratorju speċjalizzat fil-Ġermanja sussegwentement sab evidenza ċara, ikkorroborata wkoll minn laboratorji fi Franza u l-Iżvezja, li Alexei Navalny ġie avvelenat minn aġent nervin tossiku tal-grupp Novichok. Dan l-aġent tossiku huwa aċċessibbli biss għall-awtoritajiet tal-Istat fil-Federazzjoni Russa. F’dawk iċ-ċirkostanzi, huwa raġonevoli li wieħed jikkonkludi li l-avvelenament ta’ Alexei Navalny kien possibbli biss bil-kunsens tal-Uffiċċju Eżekuttiv Presidenzjali.

Minħabba r-rwol tiegħu ta’ tmexxija f’livell għoli bħala l-eks rappreżentant ta’ dak l-Uffiċċju fid-Distrett Federali tas-Siberja, Sergei Menyailo huwa għalhekk responsabbli li instiga u appoġġa lill-persuni li wettqu jew li kienu involuti fl-avvelenament ta’ Alexei Navalny bl-aġent nervin Novichok, li jirrappreżenta użu ta’ armi kimiċi skont il-Konvenzjoni dwar l-Armi Kimiċi.

15.10.2020”


Top