EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1935

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1935 tat-13 ta’ Ottubru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

ST/12469/2022/INIT

ĠU L 268, 14.10.2022, p. 5–6 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1935/oj

14.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 268/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1935

tat-13 ta’ Ottubru 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2019/1716 tal-14 ta’ Ottubru 2019 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-14 ta’ Ottubru 2019, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2019/1716 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fin-Nikaragwa.

(2)

Il-Kunsill irrieżamina l-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi li jinsabu fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716. Abbażi ta’ dak ir-rieżami, jenħtieġ li d-dikjarazzjoni tar-raġunijiet għal żewġ persuni fiżiċi tiġi aġġornata.

(3)

Għalhekk l-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 jenħtieġ li jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716 huwa emendat kif jinsab fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

P. BLAŽEK


(1)  ĠU L 262, 15.10.2019, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2019/1716, taħt l-intestatura “A. Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 2”, l-entrati 3 u 19 huma sostitwiti b’dan li ġej:

 

Isem

Informazzjoni ta’ identifikazzjoni

Raġunijiet

Data tal-elenkar

“3.

Francisco Javier DÍAZ MADRIZ

Data tat-twelid: 3 ta’ Awwissu 1961

Sess: maskil

Direttur Ġenerali tal-Pulizija Nazzjonali tan-Nikaragwa (NNP) mit-23 ta’ Awwissu 2018 u eks Deputat Direttur Ġenerali tal-NNP. Responsabbli għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem u għar-repressjoni tas-soċjetà ċivili u l-oppożizzjoni demokratika fin-Nikaragwa, inkluż billi mexxa l-forzi tal-pulizija biex iwettqu vjolenza kontra l-popolazzjoni ċivili, inkluż l-użu eċċessiv tal-forza, arresti u detenzjonijiet arbitrarji u tortura. Fl-2021, huwa wettaq l-investigazzjonijiet biex jistabbilixxi każijiet kontramexxejja tal-oppożizzjoni arrestati qabel l-elezzjonijiet.

4.5.2020

19.

Lumberto Ignacio CAMPBELL HOOKER

Membru tal-Kunsill Elettorali Suprem, aġent President tal-Kunsill Elettorali Suprem fl-2018

Data tat-twelid: 3.12.1949

Post tat-twelid: Raas, Nikaragwa

Sess: maskil

Nazzjonalità: Nikaragwana

Numru tal-Passaport: A00001109 (Nikaragwa)

Numru tal-karta tal-identità: 6010302490003J

Lumberto Ignacio Campbell Hooker ilu mill-2014 membru tal-Kunsill Elettorali Suprem (SEC) – korp responsabbli għat-tħejjija, l-organizzazzjoni u ċ-ċertifikazzjoni tal-elezzjonijiet ġenerali tas-7 ta’ Novembru 2021, li minħabba n-nuqqas ta’ trasparenza tagħhom, ta’ oppożizzjoni vera u ta’ dibattitu demokratiku, dgħajjef l-istituzzjonijiet u l-proċessi demokratiċi. Is-SEC ċaħħad lill-oppożizzjoni mill-opportunità li toħroġ għal elezzjonijiet ħielsa u żgura l-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet f’kondizzjonijiet mhux demokratiċi. Il-mandat tiegħu bħala membru tas-SEC ġie mġedded mill-Assemblea Ġenerali f’Mejju 2021.

Huwa tkellem mal-media matul l-elezzjonijiet tas-7 ta’ Novembru 2021, u ġġustifika u faħħar l-organizzazzjoni tagħhom.

Għalhekk huwa responsabbli għar-repressjoni tal-oppożizzjoni demokratika u għall-imminar tad-demokrazija u l-istat tad-dritt fin-Nikaragwa.

10.1.2022”.


Top