Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1906

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1906 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    ST/12769/2022/INIT

    ĠU L 259I, 6.10.2022, p. 79–97 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1906/oj

    6.10.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    LI 259/79


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1906

    tas-6 ta’ Ottubru 2022

    li jimplimenta r-Regolament (UE) 269/2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 269/2014 tas-17 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi fir-rigward ta’ azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna (1) , u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fis-17 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 269/2014.

    (2)

    L-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għas-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna.

    (3)

    Fil-21 ta’ Settembru 2022, minkejja diversi appelli mill-komunità internazzjonali lill-Federazzjoni Russa biex twaqqaf minnufih l-aggressjoni militari tagħha kontra l-Ukrajna, il-Federazzjoni Russa ddeċidiet li tkompli teskala l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna billi appoġġat l-organizzazzjoni ta’ “referenda” illegali fil-partijiet tar-reġjuni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia li bħalissa huma okkupati mill-Federazzjoni Russa. Il-Federazzjoni Russa kompliet teskala wkoll l-aggressjoni tagħha kontra l-Ukrajna billi ħabbret mobilizzazzjoni fil-Federazzjoni Russa u billi reġgħet heddet li tuża armi ta’ qerda massiva.

    (4)

    Fit-28 ta’ Settembru 2022, ir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà (ir-“Rappreżentant Għoli”) ħareġ dikjarazzjoni f’isem l-Unjoni li tikkundanna bl-aktar mod qawwi possibbli r-“referenda” fittizji illegali li saru f’partijiet tar-reġjuni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk, u Zaporizhzhia tal-Ukrajna li bħalissa huma parzjalment okkupati mir-Russja. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni ma tirrikonoxxix u qatt mhi ser tirrikonoxxi dawn ir-“referenda” fittizji illegali u l-eżitu ffalsifikat tagħhom, u ebda deċiżjoni meħuda abbażi ta’ dan l-eżitu, u ħeġġeġ lill-Membri kollha tan-Nazzjonijiet Uniti biex jagħmlu l-istess. Bl-organizzazzjoni ta’ dawk ir-“referenda” fittizji illegali, ir-Russja kellha l-għan li tbiddel bil-forza l-fruntieri tal-Ukrajna rikonoxxuti internazzjonalment, li jikkostitwixxi ksur ċar u serju tal-Karta tan-Nazzjonijiet Uniti (“il-Karta tan-NU”). Ir-Rappreżentant Għoli indika wkoll li dawk kollha involuti fl-organizzazzjoni ta’ dawk ir-“referenda” fittizji illegali kif ukoll dawk responsabbli għal ksur ieħor tad-dritt internazzjonali fl-Ukrajna ser jinżammu responsabbli u li ser jitressqu miżuri restrittivi addizzjonali kontra r-Russja f’dan ir-rigward. Ir-Rappreżentant Għoli fakkar li l-Unjoni tibqa’ soda fl-appoġġ tagħha għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna fil-konfini rikonoxxuti internazzjonalment tagħha, u tesiġi li r-Russja tirtira immedjatament, għalkollox u mingħajr kondizzjonijiet, it-truppi u t-tagħmir militari kollha tagħha mit-territorju kollu tal-Ukrajna. Ir-Rappreżentant Għoli ddikjara wkoll li l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha ser ikomplu jappoġġaw l-isforzi tal-Ukrajna għal dan l-għan, sakemm ikun meħtieġ..

    (5)

    Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-membri tal-Kunsill Ewropew adottaw dikjarazzjoni fejn irrifjutaw bil-qawwa u kkundannaw b’mod inekwivoku l-annessjoni illegali mir-Russja tar-reġjuni ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia tal-Ukrajna. Billi intenzjonalment iddgħajjef l-ordni internazzjonali bbażat fuq ir-regoli u tikser b’mod sfaċċat id-drittijiet fundamentali tal-Ukrajna għall-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali, prinċipji ewlenin kif minquxa fil-Karta tan-NU u fid-dritt internazzjonali, ir-Russja qed tpoġġi s-sigurtà dinjija f’riskju. Il-membri tal-Kunsill Ewropew iddikjaraw li ma jirrikonoxxux u qatt mhu ser jirrikonoxxu r-“referenda” illegali li r-Russja fasslet bħala pretest għal dan il-ksur ulterjuri tal-indipendenza, is-sovranità u l-integrità territorjali tal-Ukrajna, u lanqas ir-riżultati ffalsifikati u illegali tagħhom. Huma ddikjaraw li qatt mhu ser jirrikonoxxu l-annessjoni illegali, li dawk id-deċiżjonijiet huma nulli u bla effett u ma jistgħu jipproduċu l-ebda effett legali u li Donetsk, Kherson, Krimea, Luhansk u Zaporizhzhia huma l-Ukrajna. Huma appellaw lill-Istati u l-organizzazzjonijiet internazzjonali kollha biex b’mod inekwivoku jirrifjutaw l-annessjoni illegali u fakkru li l-Ukrajna qed teżerċita d-dritt leġittimu tagħha li tiddefendi lilha nnifisha kontra l-aggressjoni Russa biex terġa’ tikseb il-kontroll sħiħ tat-territorju tagħha u għandha d-dritt li tillibera territorji okkupati fi ħdan il-fruntieri tagħha rikonoxxuti internazzjonalment. Il-membri tal-Kunsill Ewropew iddikjaraw li ser isaħħu l-miżuri restrittivi tal-Unjoni kontra l-azzjonijiet illegali tar-Russja u jkomplu jżidu l-pressjoni fuq ir-Russja biex ittemm il-gwerra ta’ aggressjoni tagħha.

    (6)

    Fid-dawl tal-gravità tas-sitwazzjoni, il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jiżdiedu 30 persuna u seba’ entitajiet responsabbli għal azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi kif tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 269/2014.

    (7)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 269/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Il-persuni u l-entitajiet elenkati fl-Anness għal dan ir-Regolament għandhom jiżdiedu mal-lista li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    M. BEK


    (1)  ĠU L 78, 17.3.2014, p. 6.


    ANNESS

    Il-persuni u l-entitajiet li ġejjin jiżdiedu mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 269/2014:

    Persuni

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1233.

    Aleksander Dmitrievich KHARICHEV

    (Александр Дмитриевич ХАРИЧЕВ)

    Data tat-twelid: 8.2.1966

    Post tat-twelid: Kostroma, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-Kap tad-Diviżjoni tal-Operazzjoni tal-Kunsill tal-Istat fl-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa. Id-Diviżjoni ngħatat il-kompitu tat-tħejjijiet għar-referenda illegali fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1234.

    Boris Yakovlevich RAPOPORT

    (Борис Яковлевич РАПОПОРТ)

    Data tat-twelid: 14.8.1967

    Post tat-twelid: Leningrad, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa St. Petersburg, il-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: Alexander Kharichev

    Entitajiet assoċjati: Direttorat Presidenzjali tal-Federazzjoni Russa

    Il-Viċi Kap tad-Diviżjoni tal-Operazzjoni tal-Kunsill tal-Istat fl-Amministrazzjoni tal-President tal-Federazzjoni Russa. Id-Diviżjoni ngħatat il-kompitu tat-tħejjijiet għar-referenda illegali fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1235.

    Anton Viktorovich KOLTSOV

    (Антон Викторович КОЛЬЦОВ)

    Data tat-twelid: 24.6.1973

    Post tat-twelid: Cherepovets, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Gvern tar-Reġjun ta’ Zaporizhzhia” fit-18 ta’ Lulju 2022 u kien involut fit-tħejjijiet għar-referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1236.

    Alexey Sergeyevich SELIVANOV

    (Bir-Russu: Алексей Сергеевич СЕЛИВАНОВ)

    magħruf ukoll bħala Oleksiy Sergiyovich SELIVANOV

    (Bl-Ukren: Олексiй Сергiйович СЕЛIВАНОВ)

    Data tat-twelid: 7.12.1980

    Post tat-twelid: Kyiv, preċedentement magħrufa bħala Ukrainian SSR (issa l-Ukrajna)

    Nazzjonalità: Ukrena, Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    L-hekk imsejjaħ “Viċi Kap tad-Direttorat Ewlieni tal-Ministeru għall-Affarijiet Interni tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Zaporizhzhia”.

    Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tar-Reġjun okkupat ta’ Zaporizhzhia responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1237.

    Anton Robertovich TITSKIY

    (Антон Робертович ТИЦКИЙ)

    Data tat-twelid: 12.2.1990

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Politika taż-Żgħażagħ tar-Reġjun ta’ Zaporizhzhia” mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fit-18 ta’ Lulju 2022. Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tar-Reġjun ta’ Zaporizhzhia responsabbli mit-tħejjija ta’ referendum illegali biex Zaporizhzhia ssir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1238.

    Sergey Vladimirovich ELISEEV

    (Сергей Владимирович ЕЛИСЕЕВ)

    Data tat-twelid: 5.5.1971

    Post tat-twelid: Stavropol, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: Raġel

    Indirizz: Kherson Oblast, Ukraine

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Kap tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson” mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fil-5 ta’ Lulju 2022. Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tar-Reġjun okkupat ta’ Kherson responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa .

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1239.

    Mikhail Leonidovich RODIKOV

    (Михаил Леонидович РОДИКОВ)

    Data tat-twelid: 26.1.1958

    Post tat-twelid: Ozyory, Moscow region, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Individwi assoċjati: Sergey Eliseev

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Edukazzjoni u x-Xjenza” fl-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fl-4 ta’ Lulju 2022 u huwa responsabbli għall-adattament tas-sistema edukattiva ta’ Kherson għall-istandards Russi.

    Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tar-Reġjun okkupat ta’ Kherson responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1240.

    Vladimir Alexandrovich BESPALOV

    (Владимир Александрович БЕСПАЛОВ)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Inħatar bħala l-hekk imsejjaħ “Ministru għall-Politika Domestika” tal-Amministrazzjoni Militari-Ċivili ta’ Kherson mill-gvern tal-Federazzjoni Russa fl-4 ta’ Lulju 2022.

    Għalhekk huwa parti mill-hekk imsejjaħ gvern tar-Reġjun okkupat ta’ Kherson responsabbli mit-tħejjijiet ta’ referendum illegali biex Kherson isir parti mill-Federazzjoni Russa.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1241.

    Vitaliy Pavlovich KHOTSENKO

    (Витaлий Пaвлович ХОЦЕEНКО)

    Data tat-twelid: 18.3.1986

    Post tat-twelid: Dnepropetrovsk, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Ukrajna)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Indirizz: Donetsk, Ukraine

    Inħatar Prim Ministru tal-hekk imsejħa Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk fit-8 ta’ Ġunju 2022 u għalhekk huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-hekk imsejjaħ “gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1242.

    Vladislav Garievich KUZNETSOV

    (Владислав Гариевич КУЗНЕЦОВ)

    Data tat-twelid: 18.3.1969

    Post tat-twelid: Moscow, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Inħatar fit-8 ta’ Ġunju 2022 l-Ewwel Viċi President tal-gvern tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u għalhekk huwa responsabbli għall-attivitajiet “governattivi” separatisti tal-gvern tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1243.

    Nikolay Ivanovich BULAYEV

    (Николай Иванович БУЛАЕВ)

    Data tat-twelid: 1.9.1949

    Post tat-twelid: Kazachya Sloboda, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Il-viċi president tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali Russa. F’Settembru 2022, huwa kien responsabbli għas-sorveljanza tal-proċeduri ta’ votazzjoni biex jitwettqu r-“referenda” illegali dwar l-annessjoni illegali tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk”, tal-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk”, u tar-Reġjuni tal-Ukrajna ta’ Zaporozhzhia u Kherson mill-Federazzjoni Russa. Taħt il-gwida tiegħu, infetħu postijiet tal-votazzjoni fil-Federazzjoni Russa sabiex tiġi ffaċilitata din il-votazzjoni.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li ostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1244.

    Evgeniy Alexandrovich SOLNTSEV

    (Евгений Александрович СОЛНЦЕВ)

    Data tat-twelid: 1980

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    L-hekk imsejjaħ “Viċi President tal-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” mit-8 ta’ Ġunju 2022.

    Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1245.

    Alexander Konstantinovich KOSTOMAROV

    (Александр Константинович КОСТОМАРОВ)

    Data tat-twelid: 13.5.1977

    Post tat-twelid: Chelyabinsk, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    L-hekk imsejjaħ “l-Ewwel Viċi Kap tal-amministrazzjoni tal-Kap tar-Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” mit-8 ta’ Ġunju 2022.

    Billi assuma u aġixxa f’din il-kapaċità, huwa responsabbli għal li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1246.

    Alan Valerievich LUSHNIKOV

    (Алан Валерьевич ЛУШНИКОВ)

    Data tat-twelid: 10.8.1976

    Post tat-twelid: Leningrad, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa St. Petersburg, il-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Entitajiet assoċjati: JSC Kalashnikov Concern

    L-akbar azzjonist tal-produttur tal-armi JSC Kalashnikov Concern. JSC Kalashnikov Concern huwa żviluppatur u manifattur Russu ta’ tagħmir tal-armata, inkluż azzarini personali, missili u vetturi. Huwa kkontrollat direttament minn Rostec. Missili ggwidati tal-inġenji tal-ajru Vikhr-1 u azzarini tal-assalt AK-12 prodotti minn JSC Kalashnikov Concern intużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fl-2022.

    Huwa għalhekk responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna. Barra minn hekk, huwa assoċjat ma’ JSC Kalashnikov Concern, li huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    Il-korporazzjonijiet tad-difiża tar-Russja u l-individwi affiljati magħhom jibbenefikaw mill-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna li għaddejja bħalissa. JSC Kalashnikov Concern jikkontribwixxi kemm għall-provvista ta’ armi lill-Forzi Armati Russi kif ukoll jibbenefika mill-ħtieġa dejjem tikber għall-armi. Għalhekk, Alan Lushnikov qed jibbenefika mill-Gvern tal-Federazzjoni Russa, li huwa responsabbli għall-annessjoni tal-Krimea u d-destabbilizzazzjoni tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1247.

    Yulia Dmitrievna CHICHERINA

    (Юлия Дмитриевна ЧИЧЕРИНА)

    Data tat-twelid: 07.8.1978

    Post tat-twelid: Sverdlovsk, Federazzjoni Russa

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    Hija kantanta prominenti Russa. Hija tuża l-prominenza konsiderevoli tagħha biex pubblikament iddgħajjef jew thedded l-integrità territorjali u s-sovranità tal-Ukrajna, pereżempju billi tmaqdar is-simboli tal-istat Ukren u turi pubblikament l-appoġġ tagħha għall-annessjoni Russa tal-Ukrajna fit-territorju Ukren okkupat mir-Russja.

    Għaldaqstant, qed tappoġġa materjalment azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, kif ukoll l-istabbiltà u s-sigurtà fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1248.

    Dmitry Vitalyevich BULGAKOV

    (Дмитрий Витальевич БУЛГАКОВ)

    Data tat-twelid: 20.10.1954

    Post tat-twelid: Verkhneye Gurovo, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa sa Settembru 2022 u Ġeneral fl-Armata Russa. F’dan ir-rwol, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russa b’mod ġenerali. Barra minn hekk, huwa ġġustifika, iddefenda u appoġġa apertament il-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli talli appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1249.

    Yunus-Bek Bamatgireevich EVKUROV

    (Юнус-Бек Баматгиреевич ЕВКУРОВ)

    Data tat-twelid: 30.7.1963

    Post tat-twelid: North Ossetian Autonomous SSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. F’dan ir-rwol huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russu b’mod ġenerali. Fid-dehriet tiegħu fil-pubbliku, jiġġustifika apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Permezz tad-dehriet tiegħu fil-pubbliku u tas-sehem tiegħu fiċ-ċerimonji tal-għoti ta’ premijiet u medalji, huwa jiġbor l-appoġġ domestiku għall-gwerra. Barra minn hekk, l-azzjonijiet tiegħu juru li huwa jappoġġa b’mod attiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk huwa responsabbli talli appoġġa azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1250.

    Ruslan Khadzhismelovich TSALIKOV

    (Руслан Хаджисмелович ЦАЛИКОВ)

    Data tat-twelid: 31.7.1956

    Post tat-twelid: Ordzhonikidze, North Ossetian Autonomous SSR (issa Vladikavkaz, the Republic of North Ossetia–Alania, Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Huwa jinsab fir-raba’ post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. F’dan ir-rwol, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russa b’mod ġenerali. Fid-diversi dehriet pubbliċi tiegħu, bħas-sehem tiegħu fil-konferenza “antifaxxista” organizzata mill-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, huwa esprima appoġġ għall-gwerra ta’ aggressjoni kontra l-Ukrajna. L-azzjonijiet tiegħu juru li huwa jappoġġa, jiġġustifika u jiddefendi b’mod attiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Għalhekk, huwa responsabbli talli, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politika li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1251.

    Nikolay Aleksandrovich PANKOV

    (Николай Александрович ПАНКОВ)

    Data tat-twelid: 2.12.1954

    Post tat-twelid: Maryino, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Viċi Ministru għad-Difiża, ġeneral tar-riżerva tal-armata Russa u segretarju tal-istat tal-Federazzjoni Russa. Huwa jinsab fil-ħames post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-intrapriża militari tar-Russja, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russi b’mod ġenerali. Huwa kien involut fl-iskjerament ta’ truppi fl-Ukrajna. Barra minn hekk, fid-dehriet pubbliċi tiegħu huwa appoġġa u ġġustifika apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa ppremja wkoll lill-paraxutisti Russi bi premijiet għas-sehem tagħhom fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawk l-azzjonijiet juru li huwa jappoġġa u jiddefendi b’mod attiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Huwa għalhekk responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1252.

    Yuriy Eduardovich SADOVENKO

    (Юрий Эдуардович САДОВЕНКО)

    Data tat-twelid: 11.9.1969

    Post tat-twelid: Zhitomyr, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Ukrajna)

    Nazzjonalità: Ukrena

    Sess: raġel

    Viċi Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, kif ukoll kap tal-Uffiċċju tal-Ministru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, u l-Kurunell Ġeneral tal-forzi armati Russi. Huwa jinsab fis-seba’ post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-intrapriża militari tar-Russja, Yuriy Sadovenko huwa responsabbli għall-isforzi tal-gwerra Russi b’mod ġenerali. Huwa kien involut fl-iskjerament ta’ truppi fl-Ukrajna. Barra minn hekk, fid-dehriet pubbliċi tiegħu huwa appoġġa u ġġustifika apertament il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Huwa għalhekk responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1253.

    Timur Vadimovich IVANOV

    (Тимур Вадимович ИВАНОВ)

    Data tat-twelid: 15.8.1975

    Post tat-twelid: Moscow, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Viċi Ministru attwali għad-Difiża. F’din il-pożizzjoni, huwa responsabbli għall-akkwist ta’ oġġetti militari u għall-kostruzzjoni ta’ faċilitajiet militari. Huwa jinsab fl-għaxar post fil-ġerarkija ġenerali tat-tmexxija militari Russa. Minħabba l-pożizzjoni ewlenija tiegħu fl-intrapriża militari tal-Federazzjoni Russa, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russi b’mod ġenerali. Matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, huwa żar għal diversi drabi l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Luhansk” u l-hekk imsejħa “Repubblika tal-Poplu ta’ Donetsk” biex jispezzjona l-faċilitajiet li qed jinbnew mill-forzi okkupanti Russi. Barra minn hekk, huwa ta diversi premjijiet statali lill-persunal militari Russu midruba fil-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Dawk l-azzjonijiet juru li huwa jappoġġa u jiddefendi b’mod attiv il-gwerra kontra l-Ukrajna.

    Huwa għalhekk responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1254.

    Sergey Borisovich RYZHKOV

    (Сергей Борисович РЫЖКОВ)

    Data tat-twelid: 25.10.1968

    Post tat-twelid: Voronezh, Preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Maġġur Ġeneral tal-forzi armati Russi u Kmandant tal-41 Armata Interarmi. Għalhekk huwa figura ewlenija fl-ordni tal-battalja tar-Russja u qeda rwol ċentrali fl-invażjoni u l-okkupazzjoni tat-territorju Ukren. F’dan ir-rwol, huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russa b’mod ġenerali.

    Huwa għalhekk responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1255.

    Aleksander Viktorovich KOCHKIN

    (Александр Викторович КОЧКИН)

    Data tat-twelid: 10.2.1957

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Direttur Eżekuttiv tal-impriża Tecmash. Tecmash hija disinjatur u manifattur ewlieni tal-missili u l-munizzjon użati mill-Forzi Armati Russi. Il-kumpanija subordinata tagħha, NPO Splav, timmanifattura lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-Forzi Armati Russi użaw il-lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch f’attakki b’munizzjon dispersiv kontra miri ċivili fl-Ukrajna li kkaġunaw bosta vittmi.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1256.

    Vladimir Grigorevich KULISHOV

    (Владимир Григoрьевич КУЛИШOВ)

    Data tat-twelid: 20.7.1957

    Post tat-twelid: Rostov Oblast, Preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Kap tas-Servizz tal-Fruntieri tar-Russja u Viċi Direttur tas-Servizz tas-Sigurtà Federali (FSB) tal-Federazzjoni Russa.

    Il-funzjonarji tas-Servizz tal-Fruntieri tal-FSB tal-Federazzjoni Russa taħt il-kmand tiegħu ħadu sehem f’operazzjonijiet sistematiċi ta’ “filtrazzjoni” u deportazzjonijiet furzati ta’ Ukreni mit-territorji okkupati tal-Ukrajna. Il-gwardji tal-fruntiera Russi ssuġġettaw illegalment lil ċittadini Ukreni għal interrogazzjonijiet, tfittxijiet u detenzjonijiet fit-tul.

    Għalhekk huwa responsabbli għal, li jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet ju politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna, jew li jostakolaw il-ħidma ta’ organizzazzjonijiet internazzjonali fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1257.

    Nikolay Viacheslavovich RASTORGUEV

    (Николaй Вячеслaвович РАСТОРГУЕВ)

    Data tat-twelid: 21.2.1957

    Post tat-twelid: Lytkarino, Moscow Oblast, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Kantant Russu u membru tal-Kunsill Pubbliku tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa. Huwa appoġġa b’mod attiv il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna permezz tal-ispettakli mużikali u l-attivitajiet pubbliċi tiegħu. Huwa ta spettaklu matul id-dimostrazzjoni ta’ propaganda b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u l-gwerra kontra l-Ukrajna, li saret fit-18 ta’ Marzu 2022 fl-Istadju Luzhniki f’Moska. Barra minn hekk, huwa ta spettakli lil suldati li kienu qed jiġġieldu fil-gwerra kontra l-Ukrajna, u ta fondi lil Donbas okkupat mir-Russja.

    Għalhekk huwa responsabbli li, b’mod attiv jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1258.

    Oleg Mikhaylovich GAZMANOV

    (Олег Михайлович ГАЗМАНОВ)

    Data tat-twelid: 22.7.1951

    Post tat-twelid: Gusev, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Mużiċist Russu. Huwa membru tal-Kunsill Pubbliku tal-Ministeru għad-Difiża tal-Federazzjoni Russa, li ġie stabbilit fl-2006 bid-Digriet tal-President tal-Federazzjoni Russa b’għan iddikjarat pubblikament li jiżgura kontroll ċivili fuq il-Ministeru għad-Difiża u l-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. Huwa ħa sehem f’avvenimenti pubbliċi organizzati mill-Partit fil-gvern Russja Magħquda.

    Huwa appoġġa l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna fid-dikjarazzjonijiet u l-ispettakli mużikali tiegħu. Huwa ġġustifika l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna billi xerred allegazzjonijiet foloz dwar it-theddida tan-NATO kontra r-Russja, u l-allegata inevitabbiltà ta’ gwerra akbar f’każ li ma tittieħed l-ebda azzjoni min-naħa Russa.

    Huwa ta spettaklu matul id-dimostrazzjoni ta’ propaganda b’appoġġ għall-annessjoni illegali tal-Krimea u l-gwerra kontra l-Ukrajna, li saret fit-18 ta’ Marzu 2022 fl-Istadju Luzhniki f’Moska. Huwa ta spettaklu wkoll fil-kunċert għall-membri tas-servizzi Russi midruba li ġġieldu fil-gwerra ta’ aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Huwa wieħed mill-artisti Russi li appoġġaw pubblikament il-politika tal-President Putin dwar l-Ukrajna u l-annessjoni illegali tal-Krimea u Sevastopol fl-2014.

    Għalhekk huwa responsabbli li, b’mod attiv appoġġa u implimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1259.

    Dmitry Evgenevich SHUGAEV

    (Дмитрий Евгеньевич ШУГАЕВ)

    Data tat-twelid: 11.8.1965

    Post tat-twelid: Moscow, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Direttur tas-Servizz Federali għall-Kooperazzjoni Militari-Teknika tal-Federazzjoni Russa (FSVTS). L-FSVTS huwa korp eżekuttiv federali responsabbli għall-kontroll u s-sorveljanza fil-qasam tal-kooperazzjoni militari-teknika bejn il-Federazzjoni Russa u pajjiżi barranin. F’dan ir-rwol, huwa responsabbli għall-kontroll u s-superviżjoni fil-qasam tal-kooperazzjoni militari-teknika, kif ukoll għall-iżvilupp tal-politika tal-istat fil-qasam tal-kooperazzjoni militari-teknika, u b’hekk huwa responsabbli għall-isforz tal-gwerra Russa b’mod ġenerali.

    Huwa għalhekk responsabbli għal li, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu u jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1260.

    Gennadiy Valeryevich ZHIDKO

    (Геннадий Валериевич ЖИДКО)

    Data tat-twelid: 12.9.1965

    Post tat-twelid: Yangiabad, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa Uzbekistan)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Membru ewlieni tal-Forzi Armati tal-Federazzjoni Russa. F’Ġunju 2022 ingħata l-kmand operazzjonali tal-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna u kien jikkmanda r-Raggruppament tal-Forzi tan-Nofsinhar tar-Russja. Huwa kien involut b’mod attiv fl-iskjerament ta’ truppi fl-Ukrajna u ssorvelja l-implimentazzjoni ta’ ordni biex jintbagħtu minorenni Russi fit-teatru tal-gwerra Ukren. B’mod attiv jappoġġa, jiġġustifika u jiddefendi l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Huwa għalhekk responsabbli għal li, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    1261.

    Aleksandr Gelyevich DUGIN

    (Александр Гельевич ДУГИН)

    Data tat-twelid: 7.1.1962

    Post tat-twelid: Moscow, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Filosfu politiku Russu, xjentist politiku, analista, strateġista u ideologu stabbilit ta’ teoriji ta’ Russky mir u tal-Ewrasjaniżmu. Huwa membru tal-hekk imsejjaħ Klabb ta’ Izborsk, grupp ta’ riflessjoni Konservattiv Russu li jispeċjalizza fl-istudju tal-politika barranija u domestika tar-Russja.

    Dugin iġġustifika ideoloġikament u teoloġikament l-annessjoni tal-Krimea u l-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna, u jaraha bħala l-“ħelsien” tal-Ukrajna mill-influwenza tal-Punent. L-idea fil-qalba tal-ideoloġija ta’ Dugin hija l-bini ta’ imperu totalitarju Ewrasjatiku ddominat mir-Russja, li jinkludi l-Ukrajna, għal raġunijiet storiċi, reliġjużi u ġeografiċi. Is-suppożizzjoni ideoloġika ta’ Dugin hija li l-Ukrajna hija stat artifiċjali li qed jhedded is-sigurtà tar-Russja u tal-imperu mistħajjel Ewrasjatiku. Għaldaqstant l-invażjoni militari tal-Ukrajna kienet inevitabbli. Huwa appella lill-President Vladimir Putin biex jinvadi l-ilvant tal-Ukrajna militarment.

    Dugin ippromwova l-kunċett tad-Dinja Russa marbut man-nazzjonaliżmu espansiv u l-politika ta’ ritaljazzjoni tal-era ta’ Putin, li jinvolvi l-idea ta’ patrija storika li tipproteġi s-suġġetti tad-Dinja Russa. Huwa għen jirxoxta l-kunċett ta’ “Novorossiya” jew “Russja Ġdida” — isem storiku, użat fl-era tal-Imperu Russu għal żona amministrattiva li llum tagħmel parti mill-Ukrajna.

    Dugin appella għad-denażifikazzjoni tal-Ukrajna u sejjaħ lill-gvern tagħha faxxist. Huwa appoġġa b’mod attiv il-moviment separatista pro-Russu fil-Lvant tal-Ukrajna, u strumentalizza t-teorija tiegħu ta’ viżjoni dinjija billi stabbilixxa l-Unjoni taż-Żgħażagħ Ewrasjatika, li kienet qed twettaq attivitajiet immirati biex idgħajfu s-sovranità tal-Ukrajna.

    Għaldaqstant, Aleksander Dugin huwa responsabbli għal li, jappoġġa u jimplimenta azzjonijiet jew politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna, jew l-istabbiltà jew is-sigurtà fl-Ukrajna.

    6.10.2022

    1262.

    Ella Aleksandrovna PAMFILOVA

    (Элла Александровна ПАМФИЛОВА)

    Data tat-twelid: 12.9.1953

    Post tat-twelid: Olmaliq, preċedentement magħrufa bħala USSR (issa l- Uzbekistan)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: mara

    President tal-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) tal-Federazzjoni Russa. Is-CEC hija responsabbli għall-organizzazzjoni tar-referenda illegali fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna. F’dan ir-rwol, Ella Aleksandrovna Pamfilova hija responsabbli għal li, tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022”.

    Entitajiet

     

    Isem

    Informazzjoni għall-Identifikazzjoni

    Dikjarazzjoni tar-Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “112.

    JSC Goznak

    (Russu: АО «Гознак»)

    Indirizz: 17 Mytnaya Street, Moscow, Russian Federation

    Tip ta’ entità: Kumpanija b’ishma konġunti

    Post tar-reġistrazzjoni: Il-Federazzjoni Russa

    Numru tar-reġistrazzjoni: TIN 7813252159

    Post prinċipali tan-negozju: Moska, il-Federazzjoni Russa

    Entitajiet assoċjati oħra: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Kumpanija b’ishma konġunti proprjetà tal-istat Russu responsabbli għall-manifattura ta’ prodotti ta’ sigurtà inkluż karti tal-flus, muniti, bolol, karti tal-identità, dokumenti siguri, ordnijiet tal-istat u midalji. Għalhekk, JSC Goznak hija responsabbli għall-istampar tal-passaporti kollha Russi, inkluż il-passaporti mqassma fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna, inkluż id-Donbas, kif ukoll għal dokumenti militari tas-Settur tad-Difiża tar-Russja. It-tqassim tal-passaporti jaqdi rwol importanti fit-tentattiv tar-Russja li “tirrussifika” u tiddistabbilizza lill-Ukrajna.

    Għalhekk, JSC Goznak hija responsabbili li qed tappoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    113.

    OJSC V.A. Degtyarev Plant

    (Russu: ОАО «Завод имени В.А. Дегтярева»)

    magħrufa wkoll bħala Degtyarev Plant

    (Russu: «Завод имени Дегтярева»)

    magħrufa wkoll bħala ZiD

    (Russu: «ЗиД»)

    Indirizz: 4 Truda st., Kovrov 601900 Vladimir region, Russian Federation

    Telefon: +8 (49232) 9-12-09

    Sit web: www.zid.ru

    Email: zid@zid.ru

    Individwi assoċjati: Aleksander Vladimirovich Tmenov

    Kumpanija tad-difiża li tipprovdi armi lill-Forzi Armati Russi. Hija mmanifatturat il-missili Igla MANPADS, 9M119M “Refleks” u 9M120 “Ataka” u l-lanċaturi tal-missili 3UBK20 li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Degtyarev Plant hija għalhekk hija responsabbli talli appoġġat, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    114.

    MKB “Fakel” imsemmi għal P.D. Grushin

    (Russu: МКБ «Факел» имени академика П. Д. Грушина)

    Indirizz: Khimki, Akademika Grushina 33, 141401 Moscow region, Russian Federation

    Telefon: + 8 (495) 572-01-33

    Sit web: https://www.mkbfakel.ru

    Email: info@npofakel.ru

    Entitajiet assoċjati: JSC Concern VKO “Almaz-Antey”

    Kumpanija tad-difiża Russa li ddiżinjat is-sistemi tal-missili S-300, S-400 u TOR li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk MKB Fakel hija responsabbli talli appoġġat, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    115.

    JSC Irkut Corporation

    (Russu: Корпорация “ИРКУТ”)

    Indirizz: Leningradskiy Prospect 68, Moscow, 125315, Russian Federation

    Telefon: +7 (495) 777-21-01

    Sit web: irkut.com

    Email: office@irkut.com

    Individwi assoċjati: Alexander Veprev, Viċi Kap Direttur Ġenerali tal-JSC “Irkut” Corporation, u Yuri Slyusar, Uffiċjal Kap Eżekuttiv ta’ PJSC “UAC”.

    Manifattur tal-inġenji tal-ajru Russu li jipprovdi inġenji tal-ajru tal-ġlied lill-Forzi Armati Russi.

    Huwa mmanifattura l-inġenji tal-ajru tal-ġlied supermanuvrabbli Su-30SM li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, Irkut Corp huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    116.

    MMZ Avangard

    (Russu:АО “ММЗ “АВАНГАРД””)

    Indirizz: Klary Tsetkin street 33, 125130, Moscow, Russian Federation

    Telefon: +7 (495) 639-99-90

    Sit web: https://mmzavangard.ru/

    Email: avangardmos@mmza.ru

    Entitajiet assoċjati: JSC Concern VKO “Almaz-Antey”

    Kuntrattur fil-qasam tad-difiża li jipprovdi armi lill-Forzi Armati Russi.

    Huwa mmanifattura missili għas-sistemi tal-missili S-300 u S-400 li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna.

    Għalhekk, MMZ Avangard huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    117.

    JSC A. N.Ganichev Scientific and Production Association “SPLAV”

    (Russu: АО “Научно-производственное объединение “СПЛАВ” имени А. Н. Ганичева”)

    magħruf ukoll bħala JSC NPO “Splav” (Russu: АО НПО “Сплав”)

    Indirizz: Shcheglovskaya zaseka Str. 33, Tula, 300004 Russian Federation

    Telefon: +7 (4872) 46-44-09

    Sit web: www.splav.org, www.splavtula.ru, сплав.рф

    Email: mail@splavtula.ru

    Individwi assoċjati: Aleksander Vladimirovich Smirnov

    Sergey Yurevich Alekseev

    Boris Andreevich Belobragin

    Sergey Anatolevich Guliy

    Vladimir Nikolaevich Kondaurov

    Denis Nikolaevich Kochetkov

    Maksim Grigorevich Rapota

    Oleg Veniaminovich Stolyarov

    Viktor Ivanovich Tregubov

    Olga Olegovna Yakunina

    Entitajiet assoċjati: JSC Research and Industrial Concern “Machine Engineering Technologies” - JSC RIC TECMASH

    Manifattur tal-armi Russu li jipprovdi armi lill-Forzi Armati Russi.

    Huwa pproduċa l-lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch li ntużaw mill-Forzi Armati Russi matul il-gwerra ta’ aggressjoni tar-Russja kontra l-Ukrajna. Il-Forzi Armati Russi użaw il-lanċaturi ta’ rokits multipli BM-27 Uragan u BM-30 Smerch f’attakki b’munizzjon dispersiv kontra miri ċivili fl-Ukrajna li kkaġunaw bosta vittmi.

    Għalhekk NPO Splav huwa responsabbli talli appoġġa, materjalment jew finanzjarjament, azzjonijiet li dgħajfu jew heddew l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022

    118.

    Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC)

    Indirizz: 109012, Bol’shoy Cherkassky Pereulok, Building 9, Moscow, Russian Federation.

    Tip ta’ entità: Korp tal-istat tal-Federazzjoni Russa

    Post tar-reġistrazzjoni: Moscow, Russian Federation

    Data ta’ Reġistrazzjoni: 12.6.2002 skont il-Liġi Federali Nru 67-FZ

    Entitajiet assoċjati oħra: Gvern tal-Federazzjoni Russa

    Il-Kummissjoni Elettorali Ċentrali (CEC) tal-Federazzjoni Russa hija korp tal-istat Russu responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ elezzjonijiet u referenda għall-Federazzjoni Russa. Bħala tali, is-CEC hija responsabbli għall-organizzazzjoni ta’ referenda illegali fir-reġjuni okkupati tal-Ukrajna u għalhekk hija responsabbli talli, tappoġġa u timplimenta azzjonijiet u politiki li jdgħajfu jew jheddu l-integrità territorjali, is-sovranità u l-indipendenza tal-Ukrajna.

    6.10.2022”.


    Top