EUR-Lex Prieiga prie Europos Sąjungos teisės

Grįžti į „EUR-Lex“ pradžios puslapį

Šis dokumentas gautas iš interneto svetainės „EUR-Lex“

Dokumentas 32022R1903

Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1903 tas-6 ta' Ottubru 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2022/263 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni

ST/12801/2022/INIT

ĠU L 259I, 6.10.2022, p. 1—2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Dokumento teisinis statusas Galioja

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1903/oj

6.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

LI 259/1


REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1903

tas-6 ta' Ottubru 2022

li jemenda r-Regolament (UE) 2022/263 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f'dawk iż-żoni

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 215 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/266 tat-23 ta' Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (1),

Wara li kkunsidra l-proposta konġunta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà u tal-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 (2) jagħti effett lil miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2022/266.

(2)

Fis-6 ta’ Ottubru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/1908 (3) li temenda t-titolu tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 u testendi l-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tar-restrizzjonijiet li jinsabu fiha biex ikun ikopri ż-żoni kollha mhux ikkontrollati mill-gvern tal-Ukrajna fl-oblasts ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk u Zaporizhzhia. Il-kuntest politiku u r-raġunijiet ta’ politika għall-estensjoni tal-kamp ta’ applikazzjoni tal-miżuri restrittivi huma stabbiliti fil-premessi għad-Deċiżjoni (PESK) 2022/1908.

(3)

Dawk l-emendi jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tat-Trattat u għalhekk hemm bżonn tittieħed azzjoni regolatorja fil-livell tal-Unjoni biex jiġu implimentati, b’mod partikolari bl-intenzjoni li tiġi ggarantita l-applikazzjoni uniformi tagħhom fl-Istati Membri kollha.

(4)

Għaldaqstant jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2022/263 jiġi emendat,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (UE) 2022/263 huwa emendat kif gej:

(1)

It-titolu huwa sostitwit b'dan li ġej:

“Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent, l-okkupazzjoni jew l-annessjoni illegali mill-Federazzjoni Russa ta’ ċerti żoni tal-Ukrajna mhux ikkontrollati mill-gvern”;

(2)

fl-Artikolu 1, il-punt (d) huwa sostitwit b'dan li ġej:

“(d)

“territorji speċifikati” tfisser iż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-Ukrajna fl-oblasts ta’ Donetsk, Kherson, Luhansk, u Zaporizhzhia;”.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-6 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 42I , 23.2.2022, p. 109.

(2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/263 tat-23 ta’ Frar 2022 dwar miżuri restrittivi b’reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ĠU L 42I, 23.2.2022, p. 77).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/1908 tas-6 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/266 dwar miżuri restrittivi b'reazzjoni għar-rikonoxximent taż-żoni mhux ikkontrollati mill-gvern tal-oblasts tal-Ukrajna ta’ Donetsk u Luhansk u d-deċiżjoni li jintbagħtu l-forzi armati Russi f’dawk iż-żoni (ara paġna 118 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


Į viršų