Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1501

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1501 tad-9 ta’ Settembru 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    ST/11433/2022/INIT

    ĠU L 235, 12.9.2022, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1501/oj

    12.9.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 235/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1501

    tad-9 ta’ Settembru 2022

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 208/2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 208/2014 tal-5 ta’ Marzu 2014 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi fid-dawl tas-sitwazzjoni fl-Ukrajna (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 14(1) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fil-5 ta’ Marzu 2014, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (2)

    Abbażi ta’ rieżami mill-Kunsill, l-entrati għal erba’ persuni li kontrihom l-applikazzjoni ta’ miżuri restrittivi skadiet fis-6 ta’ Settembru 2022, u l-informazzjoni dwar id-drittijiet tad-difiża tagħhom u d-dritt tagħhom għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva, jenħtieġ li jitħassru mill-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 208/2014 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif jidher fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum ta’ wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, id-9 ta’ Settembru 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)   ĠU L 66, 6.3.2014, p. 1.


    ANNESS

    L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 208/2014 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fit-taqsima A (“Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 2”), jitħassru l-entrati għall-persuni li ġejjin:

    1.

    Viktor Fedorovych Yanukovych;

    3.

    Viktor Pavlovych Pshonka;

    7.

    Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

    9.

    Artem Viktorovych Pshonka;

    (2)

    fit-taqsima B (“Drittijiet tad-difiża u d-dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva”), titħassar l-informazzjoni fir-rigward tal-persuni li ġejjin:

    1.

    Viktor Fedorovych Yanukovych;

    3.

    Viktor Pavlovych Pshonka;

    7.

    Oleksandr Viktorovych Yanukovych;

    9.

    Artem Viktorovych Pshonka.


    Top