This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1479
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1479 of 7 September 2022 amending Annex I to Council Regulation (EC) No 1005/2008 as regards the definition of fishery products
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1479 tas-7 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1479 tas-7 ta’ Settembru 2022 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd
C/2022/6260
ĠU L 233, 8.9.2022, pp. 36–42
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
8.9.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 233/36 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1479
tas-7 ta’ Settembru 2022
li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 fir-rigward tad-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1005/2008 tad-29 ta’ Settembru 2008 li jistabbilixxi sistema Komunitarja sabiex tipprevjeni, tiskoraġġixxi u telimina sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 12(5) u 52 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1005/2008 japplika għal prodotti tas-sajd kif definiti fl-Artikolu 2 tiegħu. L-Anness I ta’ dak ir-Regolament jelenka l-prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ prodotti tas-sajd. Il-lista tal-prodotti esklużi tista’ tiġi riveduta kull sena u jenħtieġ li tiġi emendata fuq il-bażi ta’ informazzjoni ġdida miġbura fil-kuntest tal-kooperazzjoni amministrattiva ma’ pajjiżi terzi, kif ipprovdut fl-Artikolu 20(4) tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 1005/2008 jiġi emendat skont dan. |
|
(3) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat għas-Sajd u l-Akkwakultura. |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Fir-Regolament (KE) Nru 1005/2008, l-Anness I huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Settembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
ANNESS
“ANNESS I
Lista ta’ prodotti esklużi mid-definizzjoni ta’ ‘prodotti tas-sajd’ stipulati fil-punt 8 tal-Artikolu 2
|
ex Kapitolu 3 ex 1604 ex 1605 |
Prodotti tal-akkwakultura miksubin minn ħut żgħir jew larvi |
|
0302 91 00 ex 0302 99 00 0303 91 10 0303 91 90 ex 0303 99 00 0305 20 00 0305 72 00 ex 0305 79 00 ex 1604 |
Fwied, bajd, sperma, pinen (bl-eċċezzjoni tal-pinen tal-ħut tal-klassi Chondrichthyes), dnub, vexxiki u ġewwieni ieħor tal-ħut li jittiekel |
|
0301 11 00 0301 19 00 |
Ħut ornamentali, ħaj |
|
ex 0301 91 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), ħajjin, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0301 92 |
Sallur (Anguilla spp.), ħaj, maqbud fl-ilma ħelu |
|
0301 93 00 |
Karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), ħaj |
|
ex 0301 99 11 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) ħaj, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0301 99 17 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, ħaj |
|
ex 0302 11 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0302 13 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu |
|
ex 0302 14 00 |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0302 19 00 |
Salmonidae oħrajn, friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0302 71 00 |
Tilapji (Oreochromis spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0302 72 00 |
Lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), friski jew imkessħin, ħlief fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0302 73 00 |
Karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
ex 0302 74 00 |
Sallur (Anguilla spp.), frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu |
|
0302 79 00 |
Perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.), friski jew imkessħin, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0302 89 10 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, frisk jew imkessaħ, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
ex 0303 11 00 |
Sockeye salmon (salamun aħmar) (Oncorhynchus nerka), minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu |
|
ex 0303 12 00 |
Salamun ieħor tal-Paċifiku (Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu |
|
ex 0303 13 00 |
Salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0303 14 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0303 19 00 |
Salmonidae oħrajn, iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0303 23 00 |
Tilapji (Oreochromis spp.), iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0303 24 00 |
Lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), iffriżati, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0303 25 00 |
Karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp), iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
ex 0303 26 00 |
Sallur (Anguilla spp.), iffriżat minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304, maqbud fl-ilma ħelu |
|
0303 29 00 |
Perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.), iffriżati, minbarra l-fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0303 89 10 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, iffriżat, minbarra fletti tal-ħut u laħam ieħor tal-ħut tal-intestatura 0304 |
|
0304 31 00 |
Fletti friski jew imkessħin tat-tilapji (Oreochromis spp.) |
|
0304 32 00 |
Fletti friski jew imkessħin tal-lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.) |
|
0304 33 00 |
Fletti friski jew imkessħin tal-burqax tan-Nil (Lates niloticus) |
|
ex 0304 39 00 |
Fletti friski jew imkessħin tal-karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, u tal-irjus is-sriep (Channa spp.) |
|
ex 0304 41 00 |
Fletti friski jew imkessħin tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), tas-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u tas-salamun tad-Danubju (Hucho hucho) |
|
ex 0304 42 |
Fletti friski jew imkessħin tat-troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster), maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0304 49 10 |
Fletti friski jew imkessħin ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
|
ex 0304 51 00 |
Laħam tal-ħut (ikkapuljat jew le) minbarra fletti tal-ħut, frisk jew imkessaħ, tat-tilapji (Oreochromis spp.), lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.) |
|
ex 0304 52 00 |
Laħam tal-ħut (ikkapuljat jew le) minbarra fletti tal-ħut, frisk jew imkessaħ, tas-salmonidae, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0304 59 10 |
Laħam tal-ħut ieħor (ikkapuljat jew le), frisk jew imkessaħ, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
|
0304 61 00 |
Fletti ffrizati tat-tilapji (Oreochromis spp.) |
|
0304 62 00 |
Fletti ffrizati tal-lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.) |
|
0304 63 00 |
Fletti ffriżati tal-perka tan-Nil (Lates niloticus) |
|
ex 0304 69 00 |
Fletti ffriżati tal-karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, u tal-irjus is-serp (Channa spp.) |
|
ex 0304 81 00 |
Fletti ffriżati tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), tas-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u tas-salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0304 82 |
Fletti ffriżati tat-troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache u Oncorhynchus chrysogaster), maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0304 89 10 |
Fletti ffriżati ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
|
ex 0304 93 |
Laħam tal-ħut (ikkapuljat jew le) minbarra fletti tal-ħut, iffriżat, tat-tilapji (Oreochromis spp.), tal-lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), tal-karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, tal-perka tan-Nil (Lates niloticus) u tal-irjus is-serp (Channa spp.) |
|
0304 99 21 |
Laħam tal-ħut (ikkapuljat jew le) minbarra fletti tal-ħut, iffriżat, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
|
ex 0305 31 00 |
Fletti tal-ħut, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura, imma mhux affumikati, tat-tilapji (Oreochromis spp.), tal-lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), tal-karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, tal-perka tan-Nil (Lates niloticus) u tal-irjus is-serp (Channa spp.) |
|
ex 0305 39 10 |
Fletti tal-ħut, immellħin jew fis-salmura, imma mhux affumikati, tas-salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou u Oncorhynchus rhodurus), tas-salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u tas-salamun tad-Danubju (Hucho hucho), maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0305 39 90 |
Fletti tal-ħut, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura imma mhux affumikati, ta’ ħut ieħor tal-ilma ħelu |
|
ex 0305 41 00 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho) affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0305 43 00 |
Troti (Salmo trutta, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus clarki, Oncorhynchus aguabonita, Oncorhynchus gilae, Oncorhynchus apache and Oncorhynchus chrysogaster), affumikati, inklużi fletti, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0305 44 10 |
Sallur (Anguilla spp.), affumikat, inklużi fletti, maqbud fl-ilma ħelu |
|
0305 44 90 |
Tilapji (Oreochromis spp.), lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.), affumikati, inklużi fletti |
|
ex 0305 49 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, affumikat, inklużi fletti |
|
ex 0305 52 00 |
Tilapji (Oreochromis spp.), lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.) |
|
ex 0305 59 85 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu mnixxef, immellaħ jew mhux, imma mhux affumikat |
|
ex 0305 64 00 |
Tilapji (Oreochromis spp.), lpup tal-baħar (Pangasius spp., Silurus spp., Clarias spp., Ictalurus spp.), karpjun (Cyprinus spp., Carassius spp., Ctenopharyngodon idellus, Hypophthalmichthys spp., Cirrhinus spp., Mylopharyngodon piceus, Catla catla, Labeo spp., Osteochilus hasselti, Leptobarbus hoeveni, Megalobrama spp.), tas-sallur (Anguilla spp.), maqbudin fl-ilma ħelu, perka tan-Nil (Lates niloticus) u rjus is-serp (Channa spp.), fis-salmura jew immellħin imma mhux imnixxfin jew affumikati |
|
ex 0305 69 50 |
Salamun tal-Paċifiku (Oncorhynchus nerka, Oncorhynchus gorbuscha, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus tschawytscha, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus masou and Oncorhynchus rhodurus), salamun tal-Atlantiku (Salmo salar) u salamun tad-Danubju (Hucho hucho), fis-salmura jew immellħin, imma mhux imnixxfin jew affumikati, maqbudin fl-ilma ħelu |
|
ex 0305 69 80 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, fis-salmura jew immellaħ, imma mhux imnixxef jew affumikat |
|
0306 19 10 |
Ċkal tal-ilma ħelu, iffriżati |
|
ex 0306 31 00 |
Awwista u awwisti oħra tal-baħar (Palinurus spp., Panulirus spp., Jasus spp.), ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 32 10 |
Awwisti (Homarus spp.), ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 33 10 ex 0306 33 90 |
Granċi, ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 34 00 |
Ksampi (Nephrops norvegicus), ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 35 50 ex 0306 35 90 |
Gambli tal-ilma kiesaħ u gambli kbar tal-ilma kiesaħ (Pandalus spp., Crangon crangon), ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 36 10 |
Gambli tal-familja Pandalidae, minbarra tal-ġeneru Pandalus, ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 36 50 |
Gambli tal-ġeneru Crangon, minbarra tal-ispeċi Crangon crangon, ornamentali, ħajjin |
|
ex 0306 36 90 |
Gambli u gambli kbar oħrajn, ornamentali, ħajjin |
|
0306 39 10 |
Ċkal tal-ilma ħelu, ħajjin, friski jew imkessħin |
|
ex 0306 39 90 |
Krustaċji oħrajn, ornamentali, ħajjin; krustaċji maqbudin fl-ilma ħelu |
|
0306 99 10 |
Ċkal tal-ilma ħelu, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
0307 11 10 0307 11 90 0307 12 00 0307 19 00 |
Gajdri, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; gajdri affumikati, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
0307 21 10 |
Arzelli tal-pellegrini, inklużi mriewaħ tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski jew imkessħin |
|
0307 21 90 |
Arzelli tal-pellegrini oħrajn u molluski oħrajn tal-familja Pectinidae, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski jew imkessħin |
|
0307 22 10 0307 22 90 |
Arzelli tal-pellegrini, inklużi mriewaħ tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, kemm jekk fil-qoxra jew le, iffriżati |
|
0307 22 95 |
Arzelli tal-pellegrini oħrajn u molluski oħrajn tal-familja Pectinidae, kemm jekk fil-qoxra jew le, iffriżati |
|
0307 29 10 |
Arzelli tal-pellegrini, inklużi mriewaħ, tal-ġeneri Pecten, Chlamys jew Placopecten, kemm jekk fil-qoxra jew le, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
0307 29 90 |
Arzelli tal-pellegrini oħrajn u molluski oħrajn tal-familja Pectinidae, kemm jekk fil-qoxra jew le, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
0307 31 10 0307 31 90 0307 32 10 0307 32 90 0307 39 20 0307 39 80 |
Maskli (Mytilus spp., Perna spp.), kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, friżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; maskli affumikati, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
ex 0307 42 |
Siċċ u klamari, ornamentali, ħajjin |
|
ex 0307 51 00 |
Qarnit (Octopus spp.), ornamentali, ħaj |
|
0307 60 00 |
Bebbux, minbarra bebbux tal-baħar, kemm jekk fil-qoxra kif ukoll jekk le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; bebbux affumikat, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajjar qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
0307 71 00 0307 72 10 0307 72 90 0307 79 00 |
Gandoffli, arzelli u arki (familji Arcidae, Arcticidae, Cardiidae, Donacidae, Hiatellidae, Mactridae, Mesodesmatidae, Myidae, Semelidae, Solecurtidae, Solenidae, Tridacnidae u Veneridae), kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; gandofflii affumikati, arzelli u arki, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
ex 0307 81 00 ex 0307 82 00 |
Widnejn tal-baħar (Haliotis spp.) u strombi (Strombus spp.), ornamentali, ħajjin |
|
0307 91 00 0307 92 00 0307 99 00 |
Molluski oħrajn, kemm jekk fil-qoxra jew le, ħajjin, friski, imkessħin, iffriżati, imnixxfin, immellħin jew fis-salmura; molluski affumikati oħrajn, kemm jekk fil-qoxra jew le, kemm jekk imsajrin qabel jew matul il-proċess ta’ affumikazzjoni |
|
ex 0308 11 00 ex 0308 21 00 ex 0308 30 80 ex 0308 90 10 |
Invertebrati akkwatiċi minbarra krustaċi u molluski, ornamentali, ħajjin; invertebrati akkwatiċi tal-ilma ħelu minbarra krustaċji u molluski |
|
0308 30 50 0308 30 80 |
Bram (Rhopilema spp.) |
|
0308 90 10 0308 90 50 0308 90 90 |
Invertebrati akkwatiċi oħrajn minbarra krustaċji u molluski |
|
0309 10 00 0309 90 00 |
Dqiq, frakass jew pellets tal-ħut, tal-krustaċji, tal-molluski u ta’ invertebrati akkwatiċi oħrajn, tajbin għall-konsum mill-bniedem |
|
ex 1604 11 00 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
|
ex 1604 17 00 |
Sallur, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat |
|
ex 1604 19 10 |
Salmonidae, minbarra salamun, maqbudin fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippriservati sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljati |
|
ex 1604 19 91 |
Fletti tal-ħut tal-ilma ħelu, nejjin, miksija ħafif bil-panura jew bil-frak tal-ħobż, kemm jekk moqlija fiż-żejt minn qabel jew le, iffriżati |
|
ex 1604 19 97 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat, sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat, minbarra fletti tal-ħut, nej, miksi biss b’taħlita ta’ bajd u dqiq jew bil-frak tal-ħobż, kemm jekk moqli minn qabel fiż-żejt jew le, iffriżat |
|
ex 1604 20 10 |
Salamun, maqbud fl-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
|
ex 1604 20 30 |
Salmonidae, minbarra s-salamun, maqbudin fl-ilma ħelu, ipproċessati jew ippreservati mod ieħor, (li mhumiex sħaħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljati) |
|
ex 1604 20 90 |
Ħut ieħor tal-ilma ħelu, ipproċessat jew ippriservat mod ieħor, (li mhux sħiħ jew f’biċċiet, iżda mhux ikkapuljat) |
|
1604 32 00 |
Sostituti tal-kavjar |
|
ex 1605 40 00 |
Ċkal tal-ilma ħelu, ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 51 00 |
Gajdri, ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 52 00 |
Arzelli tal-pellegrini, inklużi mriewaħ, ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 53 10 1605 53 90 |
Maskli, ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 56 00 |
Gandoffli, arzelli u arki, ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 58 00 |
Bebbux, minbarra l-bebbux tal-baħar, ipproċessat jew ippreservat |
|
ex 1605 59 00 |
Molluski oħrajn (minbarra strombi (Strombus spp.)), ipproċessati jew ippreservati |
|
1605 63 00 |
Bram, ipproċessat jew ippreservat |
|
1605 69 00 |
Invertebrati akkwatiċi oħrajn, ipproċessati jew ippreservati |