EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1330

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1330 tat-28 ta’ Lulju 2022 li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

ST/11043/2022/INIT

ĠU L 201, 1.8.2022, p. 3–4 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1330/oj

1.8.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 201/3


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1330

tat-28 ta’ Lulju 2022

li jimplimenta l-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 377/2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 377/2012 tat-3 ta’ Mejju 2012 dwar miżuri restrittivi diretti kontra ċerti persuni, entitajiet u korpi li jheddu l-paċi, is-sigurtà jew l-istabbiltà tar-Repubblika tal-Guinea-Bissau (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-3 ta’ Mejju 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(2)

Il-Kunsill iqis li jenħtieġ li jitneħħew disa’ persuni mil-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi soġġetti għal miżuri restrittivi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012.

(3)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 377/2012 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Lulju 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

M. BEK


(1)  ĠU L 119, 4.5.2012, p. 1.


ANNESS

Fl-Anness I għar-Regolament (UE) Nru 377/2012, jitħassru l-entrati li jikkonċernaw lill-persuni elenkati hawn taħt:

“6.

Ġeneral Augusto MÁRIO CÓ

7.

Ġeneral Saya Braia Na NHAPKA

8.

Kurunell Tomás DJASSI

9.

Cranha DANFÁ

10.

Kurunell Celestino de CARVALHO

14.

Tcham NA MAN (magħruf ukoll bħala Namam)

15.

Maġġur Samuel FERNANDES

18.

Kmandant (Forza Navali) Agostinho Sousa CORDEIRO

20.

Logutenent Lassana CAMARÁ”.

Top