Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1308

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1308 tas-26 ta' Lulju 2022 li jimplimenta Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    ST/11017/2022/INIT

    ĠU L 198, 27.7.2022, p. 1–3 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1308/oj

    27.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 198/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1308

    tas-26 ta' Lulju 2022

    li jimplimenta Regolament (UE) 2016/44 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/44 tat-18 ta' Jannar 2016 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Libja u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 204/2011 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 21(2) u (6) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-18 ta' Jannar 2016 il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 2016/44.

    (2)

    F’konformità mal-Artikolu 21(6) tar-Regolament (UE) 2016/44, il-Kunsill irreveda l-listi ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi li tinsab fl-Anness III għal dak ir-Regolament.

    (3)

    Il-Kunsill ikkonkluda li l-entrata għal persuna waħda, li mietet, jenħtieġ li titħassar u jenħtieġ li jinżammu l-miżuri restrittivi kontra l-persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi l-oħra kollha fil-listi li jinsabu fl-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44. Barra minn hekk, id-dikjarazzjoni tar-raġunijiet u l-informazzjoni ta’ identifikazzjoni għal żewġ persuni jenħtieġ li jiġu aġġornati.

    (4)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/44 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness III għar-Regolament (UE) 2016/44 huwa emendat f’konformità mal-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    J. SÍKELA


    (1)  ĠU L 12, 19.1.2016, p. 1.


    ANNESS

    Fl-Anness III (Lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi msemmija fl-Artikolu 6(2)) għar-Regolament (UE) 2016/44, il-Parti A (Persuni) hija emendata kif ġej:

    (a)

    l-entrata 20 (dwar AL-WERFALLI, Mahmoud Mustafa Busayf) titħassar;

    (b)

    l-entrata 15 (dwar AL QADHAFI, Quren Salih) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    "15.

    AL QADHAFI, Quren Salih Quren

    magħruf ukoll bħala Akrin Akrin Saleh, Al Qadhafi Qurayn Salih Qurayn, Al Qadhafi Qu'ren Salih Qu'ren, Salah Egreen

    Sess: raġel

    Ex ambaxxatur Libjan għaċ-Chad. Telaq miċ-Chad lejn Sabha. Involut direttament fir-reklutaġġ u l-koordinazzjoni ta' merċenarji għar-reġim tad-deċedut Muammar Qadhafi.

    Assoċjat mill-qrib mal-ex reġim ta' Muammar Qadhafi.

    Membru tal-Front Popolari għal-Liberazzjoni tal-Libja (PFLL), partit tal-milizzja u politiku leali lejn id-deċedut Muammar Qadhafi. Involut fid-dgħajfien tat-tlestija b’suċċess tat-tranżizzjoni politika tal-Libja billi oppona lin-NU u dgħajjef il-proċess politiku ffaċilitat min-NU, inkluż il-Forum ta’ Djalogu Politiku Libjan (LPDF), u b’hekk ħoloq riskju kontinwu għall-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-Libja.

    12.4.2011"

    (c)

    l-entrata 22 (dwar PRIGOZHIN, Yevgeniy Viktorovich) tiġi sostitwita b'dan li ġej:

    "22.

    Yevgeniy Viktorovich PRIGOZHIN

    (Евгений Викторович Пригожин

    Data tat-twelid: 1 ta' Ġunju 1961

    Post tat-twelid: Leningrad, eks USSR (issa San Pietruburgu, il-Federazzjoni Russa)

    Nazzjonalità: Russa

    Sess: raġel

    Yevgeniy Viktorovich Prigozhin huwa negozjant Russu b’rabtiet mill-qrib, inkluż finanzjarji, mal-Wagner Group, entità militari privata mhux inkorporata bbażata fir-Russja.

    B'dan il-mod, Prigozhin hu involut fl-attivitajiet u jipprovdi appoġġ lill-attivitajiet tal-Grupp Wagner fil-Libja li jheddu l-paċi, l-istabbiltà u s-sigurtà tal-pajjiż.

    B'mod partikolari, il-Grupp Wagner hu involut fi ksur multiplu u ripetut tal-embargo fuq l-armi fil-Libja stabbilit fl-UNSCR 1970 (2011) u traspost fl-Artikolu 1 tad-Deċiżjoni (PESK) 2015/1333, inkluż it-twassil ta' armi u l-iskjerament ta' merċenarji fil-Libja b'appoġġ għall-Armata Nazzjonali Libjana. Il-Grupp Wagner ipparteċipa f'operazzjonijiet militari multipli kontra l-Gvern ta' Kunsens Nazzjonali approvat min-NU u kkontribwixxa biex jikkawża danni lill-istabbiltà tal-Libja u jimmina l-proċess ta' paċi.

    15.10.2020"


    Top