This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1254
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1254 of 19 July 2022 amending Regulation (EU) 2015/640 as regards the introduction of new additional airworthiness requirements
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1254 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1254 tad-19 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà
C/2022/4946
ĠU L 191, 20.7.2022, pp. 47–57
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/47 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1254
tad-19 ta’ Lulju 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/1139 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2018 dwar regoli komuni fil-qasam tal-avjazzjoni ċivili u li jistabbilixxi Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea, u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 2111/2005, (KE) Nru 1008/2008, (UE) Nru 996/2010, (UE) Nru 376/2014 u d-Direttivi 2014/30/UE u 2014/53/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 552/2004 u (KE) Nru 216/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3922/91 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 17(1)(h) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 76(3) tar-Regolament (UE) 2018/1139, l-Aġenzija tas-Sikurezza tal-Avjazzjoni tal-Unjoni Ewropea (l-“Aġenzija”) toħroġ speċifikazzjonijiet taċ-ċertifikazzjoni (“CSs”) u taġġornahom regolarment sabiex tiżgura li s-CSs jibqgħu adattati għall-iskop tagħhom. Madankollu, inġenju tal-ajru li d-disinn tiegħu jkun diġà ġie ċċertifikat mhuwiex meħtieġ jikkonforma mal-verżjoni aġġornata tas-CSs applikabbli meta jiġi prodott jew waqt li jkun fis-servizz. Sabiex jiġu appoġġati l-kontinwità tal-ajrunavigabbiltà u t-titjib fis-sikurezza, jenħtieġ li tiġi introdotta l-konformità ta’ inġenji tal-ajru bħal dawn mar-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà li ma kinux inklużi fis-CSs inizjali fiż-żmien taċ-ċertifikazzjoni tad-disinn. Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 (2) jistabbilixxi rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà bħal dawn. |
|
(2) |
B’effett mis-26 ta’ Awwissu 2023, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 (3) daħħal il-punt 26.157 ġdid fl-Anness I (il-Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640. F’konformità ma’ dik id-dispożizzjoni, l-ajruplani kbar kollha fis-servizz iċċertifikati mill-Aġenzija u użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru fis-26 ta’ Awwissu 2023 jew wara għandhom jikkonformaw mar-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għall-konverżjoni tal-kompartimenti tal-merkanzija jew tal-bagalji tal-Klassi D. Madankollu, analiżi ulterjuri wriet li għal ċerti tipi ta’ operazzjonijiet, inklużi operazzjonijiet primarjament kummerċjali, ċerti ajruplani kbar b’okkupanza baxxa jippreżentaw riskju aktar baxx ta’ nirien waqt it-titjira li jaqbdu fil-kompartiment tagħhom tal-merkanzija jew tal-bagalji tal-Klassi D u jiżviluppaw f’nirien inkontrollabbli. Għalhekk, sabiex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ piżijiet mhux proporzjonati u mhux kosteffiċjenti fuq l-operaturi tagħhom, jenħtieġ li l-operaturi ta’ dawk it-tipi ta’ ajruplani jiġu eżentati mill-obbligu li jikkonformaw mal-punt 26.157. |
|
(3) |
B’effett mit-22 ta’ Ġunju 2021, l-Aġenzija emendat l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Ajruplani Kbar (CS-25) biex tintroduċi speċifikazzjoni ġdida li tirrikjedi l-istabbiliment ta’ mezzi biex jiġi minimizzat ir-riskju li tajer ikun taħt il-pressjoni ta’ nfiħ minima tiegħu waqt it-tħaddim. Madankollu, dik l-ispeċifikazzjoni ġdida tapplika biss għall-ajruplani kbar li għalihom l-applikazzjoni għall-approvazzjoni tad-disinn saret wara t-22 ta’ Ġunju 2021. Meta wieħed iqis li ċerti ajruplani kbar jistgħu ma jikkonformawx ma’ dik l-ispeċifikazzjoni ġdida, jenħtieġ li jiġu introdotti rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà. Wara kunsiderazzjoni xierqa tan-natura u tar-riskji ta’ operazzjonijiet b’ajruplani kbar, u filwaqt li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, ikun proporzjonat u kosteffiċjenti li dawk ir-rekwiżiti addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà jiġu introdotti għall-ajruplani kbar kollha fis-servizz li ġew prodotti fuq il-bażi ta’ disinn li jkun diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. |
|
(4) |
L-Aġenzija emendat l-Ispeċifikazzjonijiet taċ-Ċertifikazzjoni għal Inġenji tal-Ajru bir-Rotors Zgħar (CS-27) u għal Inġenji tal-Ajru bir-Rotors Kbar (CS-29) rispettivament biex tintroduċi speċifikazzjonijiet ġodda għal inġenji tal-ajru bir-rotors maħsuba għall-użu f’operazzjonijiet lil hinn mill-kosta. F’konformità mal-ispeċifikazzjonijiet il-ġodda, l-inġenji tal-ajru bir-rotors huma meħtieġa li jiġu ċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma jew huma meħtieġa li jkollhom sistemi għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza installati fuqhom. Filwaqt li jitqiesu kif xieraq in-natura u r-riskju tal-operazzjonijiet lil hinn mill-kosta bil-ħelikopter u l-ħtieġa li jinżamm livell uniformi għoli ta’ sikurezza tal-avjazzjoni ċivili fl-Unjoni, ikun proporzjonat u kosteffiċjenti li wħud minn dawk l-ispeċifikazzjonijiet isiru applikabbli għall-ħelikopters eżistenti operati fl-Unjoni u għal dawk li jiġu prodotti wara d-dħul fis-seħħ ta’ dan ir-Regolament abbażi ta’ disinn li diġà ġie ċċertifikat mill-Aġenzija. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 127 tar-Regolament (UE) 2018/1139, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament (UE) 2015/640 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 2, jiddaħħlu l-punti (ca), (cb) u (cc) li ġejjin:
|
|
(2) |
L-Anness I (il-Parti-26) huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.” |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mid-9 ta’ Settembru 2022, għajr għal:
|
(a) |
il-punti 2 u 6 tal-Anness, li għandhom japplikaw mis-26 ta’ Awwissu 2023; |
|
(b) |
il-punt 4 u l-punt 5 tal-Anness fir-rigward taż-żieda tal-punti 26.410, 26.415, il-punti 26.420(a) u (b), u l-punt 26.425 tal-Anness I (il-Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640, li għandhom japplikaw mid-9 ta’ Awwissu 2023; |
|
(c) |
il-punt 5 tal-Anness fir-rigward taż-żieda tal-punt 26.420(c) u l-punt 26.435(a) tal-Anness I (il-Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640, li għandu japplika mid-9 ta’ Awwissu 2024; |
|
(d) |
il-punt 5 tal-Anness fir-rigward taż-żieda tal-punt 26.435(b) tal-Anness I (il-Parti-26) tar-Regolament (UE) 2015/640, li għandu japplika mid-9 ta’ Awwissu 2026. |
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 212, 22.8.2018, p. 1.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/640 tat-23 ta’ April 2015 dwar l-ispeċifikazzjonijiet addizzjonali tal-ajrunavigabbiltà għal tip partikolari ta’ operazzjonijiet u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 965/2012 (ĠU L 106, 24.4.2015, p. 18).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1159 tal-5 ta’ Awwissu 2020 li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1321/2014 u (UE) 2015/640 fir-rigward tal-introduzzjoni ta’ rekwiżiti addizzjonali ġodda tal-ajrunavigabbiltà (ĠU L 257, 6.8.2020, p. 14).
ANNESS
L-Anness I għar-Regolament (UE) 2015/640 (il-Parti-26) huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
il-werrej huwa sostitwit b’dan li ġej: “WERREJ SUBPARTI A — DISPOŻIZZJONIJIET ĠENERALI
SUBPARTI B — AJRUPLANI KBAR
SUBPARTI C — ĦELIKOPTERS
|
|
(2) |
il-punt 26.157 huwa sostitwit b’dan li ġej: “26.157 Il-konverżjoni tal-kompartimenti tal-Klassi D L-operaturi ta’ ajruplani kbar użati fit-trasport kummerċjali bl-ajru, b’ċertifikazzjoni tat-tip fl-1 ta’ Jannar 1958 jew wara, ħlief għall-operaturi ta’ xi mudell ta’ ajruplan elenkat fit-Tabella A.1 tal-Appendiċi 1 ta’ dan l-Anness, għandhom jiżguraw li:
|
|
(3) |
jiddaħħal il-punt 26.201 li ġej: “26.201 Pressjoni tal-infiħ tat-tajers L-operaturi ta’ ajruplani kbar għandhom jimminimizzaw ir-riskju li tajer ikun taħt il-pressjoni ta’ nfiħ minima tiegħu waqt it-tħaddim.”; |
|
(4) |
it-titolu tas-Subparti C huwa sostitwit b’dan li ġej: “SUBPARTI C — ĦELIKOPTERS”; |
|
(5) |
jiżdiedu l-punti 26.410, 26.415, 26.420, 26.425, 26.430, 26.431 u 26.435 li ġejjin: “26.410 Kontrolli ta’ emerġenza mħaddma taħt l-ilma L-operaturi ta’ ħelikopters żgħar u ta’ ħelikopters kbar li huma meħtieġa, f’konformità mal-punt CAT.IDE.H.320(a) tal-Anness IV tar-Regolament (UE) Nru 965/2012, li jkunu ddisinjati għall-inżul fuq l-ilma jew iċċertifikati għall-inżul ta’ emerġenza fuq l-ilma, għandhom jiżguraw li l-kontrolli kollha ta’ emerġenza li jeħtieġ li jitħaddmu taħt l-ilma jkunu mmarkati bil-metodu ta’ tħaddim kif ukoll bi strixxi sofor u suwed. 26.415 Ħruġ ta’ emerġenza taħt l-ilma
26.420 Tagħmir ta’ emerġenza għal titjira fuq l-ilma
26.425 Provvediment ta’ kundizzjonijiet tal-baħar sostanzjati
26.430 Reżistenza għad-danni tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza
26.431 Determinazzjoni tar-robustezza tad-disinni tas-sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza
26.435 Tħaddim awtomatiku ta’ sistema għaż-żamma f’wiċċ l-ilma f’emerġenza
|
|
(6) |
L-Appendiċi 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Appendiċi 1 Lista ta’ mudelli ta’ ajruplani li mhumiex soġġetti għal ċerti dispożizzjonijiet tal-Anness I (il-Parti-26) Tabella A.1
|