This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1247
Commission Implementing Regulation (EU) 2022/1247 of 19 July 2022 concerning the authorisation of Allura Red AC as a feed additive for small non-food producing mammals and ornamental birds (Text with EEA relevance)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1247 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Allura Red AC bħala addittiv tal-għalf għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1247 tad-19 ta’ Lulju 2022 dwar l-awtorizzazzjoni tal-Allura Red AC bħala addittiv tal-għalf għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/5044
ĠU L 191, 20.7.2022, p. 3–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
20.7.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 191/3 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1247
tad-19 ta’ Lulju 2022
dwar l-awtorizzazzjoni tal-Allura Red AC bħala addittiv tal-għalf għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. |
(2) |
F’konformità mal-Artikolu 7(1) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni tal-Allura Red AC. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(3) |
L-applikazzjoni tikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-Allura Red AC bħala addittiv tal-għalf għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali, li jrid jiġi kklassifikat fil-kategorija “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. |
(4) |
Fl-opinjoni tagħha tal-11 ta’ Novembru 2021 (2), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, l-Allura Red AC ma għandux effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, fuq is-sikurezza tal-konsumaturi jew fuq l-ambjent. L-awtorità ma setgħetx tikkonkludi dwar l-effikaċja tal-Allura Red AC meta jintuża fl-għalf għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali, meta wieħed iqis il-varjetà wiesgħa ta’ għalf użat fl-għalf komplet u komplementari għal mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali, u l-inċertezza ta’ liema konċentrazzjoni ta’ Allura Red AC tirriżulta f’effett viżibbli. Madankollu, l-Awtorità qalet ukoll li fil-każ ta’ dan l-addittiv, li huwa awtorizzat li jintuża fl-ikel u, fejn il-funzjoni tiegħu fl-għalf hija l-istess bħal dik fl-ikel, jista’ jkun li ma hemmx bżonn iżjed provi tal-effikaċja tiegħu. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
(5) |
Barra minn hekk, l-Allura huwa diġà awtorizzat fl-għalf għall-qtates u għall-klieb bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/197 (3) u fl-opinjoni tagħha tal-24 ta’ April 2012 (4), l-Awtorità kkonkludiet li l-Allura Red AC huwa effettiv biex jagħti kulur lil għalf tipiku għall-klieb f’doża minima ta’ 50 mg/kg, li hija simili għal-livelli minimi proposti mill-Awtorità għal dan l-użu f’mammiferi żgħar li ma jipproduċux ikel u għasafar ornamentali. |
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni għalhekk tqis li hemm biżżejjed evidenza tal-effikaċja ta’ din is-sustanza. |
(7) |
Il-valutazzjoni tal-Allura Red AC turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, ġew issodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. |
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u mill-grupp funzjonali “koloranti”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Lulju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.
(2) EFSA Journal 2021;19(12):6987.
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/197 tat-13 ta’ Frar 2020 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni tal-aħmar allura AC bħala addittiv tal-għalf għall-qtates u għall-klieb (ĠU L 42, 14.2.2020, p. 4).
(4) EFSA Journal 2012;10(5):2675.
ANNESS
Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija tal-annimali |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni |
||||
mg ta’ sustanza attiva / kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Koloranti. (i) sustanzi li jżidu jew jagħtu lura l-kulur fl-għalf |
||||||||||||
2a129 |
Allura Red AC |
Kompożizzjoni tal-addittiv: Allura Red AC deskritt bħala l-melħ tas-sodju li jkun il-komponent ewlieni. Għamla solida (trab jew granuli) |
Fenek tal-Indi Ċinċilla Degu Hamster Ġerbill Chipmunk |
- |
- |
500 |
|
Id-9 ta’ Awwissu 2032 |
||||
Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva: L-Allura Red AC jikkonsisti essenzjalment f’disodju 2-idrossi-1-(2-metossi-5-metil-4-sulfonato-fenilażo) naftalen-6-sulfonat u s-sustanzi sussidjarji koloranti flimkien mal-klorur tas-sodju u/jew is-sulfat tas-sodju bħala l-komponenti prinċipali bla kulur. L-imlieħ tal-kalċju u tal-potassju huma permessi wkoll. Prodott b’sinteżi kimika Kriterji tal-purità: kontenut mhux inqas minn 85 % tas-sustanzi kollha koloranti, ikkalkulati bħala l-melħ tas-sodju (assaġġ) Materja insolubbli fl-ilma: ≤ 0,2 % Sustanzi koloranti sussidjarji: ≤ 3 % Komposti organiċi barra s-sustanzi koloranti:
Ammini aromatiċi primarji mhux sulfonati: ≤ 0,01 % (ikkalkulati bħala anilina) Sustanzi li jistgħu jiġu estratti bl-etere: ≤ 0,2 % minn soluzzjoni ta’ pH 7 Formula kimika: C18H14N2Na2O8S2 Numru CAS: 25956-17-6 Numru EINECS: 247-368-0 |
Inmsa Mammiferi żgħar oħra li ma jipproduċux ikel, ħlief il-klieb u l-qtates |
- |
- |
99 |
||||||||
Kanarini Parrukketti komuni Majniet Tukani |
- |
- |
45 |
|||||||||
Amorini |
- |
- |
51 |
|||||||||
Kokkaturi |
- |
- |
79 |
|||||||||
Kakatuwi |
- |
- |
115 |
|||||||||
Amażoni |
- |
- |
145 |
|||||||||
Pappagalli |
- |
- |
147 |
|||||||||
Makawi tas-sider isfar |
- |
- |
150 |
|||||||||
Makawi tal-vavalor blu |
- |
- |
173 |
|||||||||
Makawi ġjaċinti |
- |
- |
214 |
|||||||||
Għasafar ornamentali oħra |
- |
- |
45 |
|||||||||
Metodu analitiku (1) Għall-kwantifikazzjoni tal-Allura Red AC fl-addittiv tal-għalf:
Għall-kwantifikazzjoni tal-Allura Red AC fl-għalf:
|
|
|
|
|
(1) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en