Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1208

    Regolament tal-Kunsill (UE) 2022/1208 tat-12 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għall-Kroazja

    ST/10853/2022/INIT

    ĠU L 187, 14.7.2022, p. 18–18 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2022/1208/oj

    14.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 187/18


    REGOLAMENT TAL-KUNSILL (UE) 2022/1208

    tat-12 ta’ Lulju 2022

    li jemenda r-Regolament (KE) Nru 2866/98 dwar ir-rata tal-konverżjoni għall-euro għall-Kroazja

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 140(3) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 (2) jiddetermina r-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro mill-1 ta’ Jannar 1999.

    (2)

    Skont l-Artikolu 5 tal-Att tal-Adeżjoni tal-2012, il-Kroazja hija Stat Membru b’deroga fi ħdan it-tifsira tal-Artikolu 139(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.

    (3)

    Skont id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 (3) dwar l-adozzjoni fl-1 ta’ Jannar 2023 tal-euro mill-Kroazja, il-Kroazja tissodisfa l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-adozzjoni tal-euro u d-deroga tal-Kroazja titħassar b’effett mill-1 ta’ Jannar 2023.

    (4)

    L-introduzzjoni tal-euro fil-Kroazja teħtieġ l-adozzjoni tar-rata tal-konverżjoni bejn l-euro u l-kuna Kroata. Jenħtieġ li din ir-rata tal-konverżjoni tiġi ffissata għal 7,53450 kuni għal kull euro, li jikkorrispondi għar-rata ċentrali kurrenti tal-kuna fil-mekkaniżmu tar-rata tal-kambju (ERM II).

    (5)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (KE) Nru 2866/98 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Fl-Artikolu 1 tar-Regolament (KE) Nru 2866/98, jiddaħħal dan li ġej bejn ir-rati tal-konverżjoni applikabbli għall-frank Franċiż u l-lira Irlandiża:

    “= 7,53450 kuni Kroati”.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-1 ta’ Jannar 2023.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-12 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    Z. STANJURA


    (1)  L-Opinjoni tal-4 ta’ Lulju 2022 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali).

    (2)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2866/98 tal-31 ta’ Diċembru 1998 dwar ir-rati tal-konverżjoni bejn l-euro u l-muniti tal-Istati Membri li jadottaw l-euro (ĠU L 359, 31.12.1998, p. 1)

    (3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1211 tat-12 ta’ Lulju 2022 dwar l-adozzjoni mill-Kroazja tal-euro fl-1 ta’ Jannar 2023 (ara paġna 31 ta’ dan il-Ġurnal Uffiċjali).


    Top