Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1177

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/1177 tas-7 ta’ Lulju 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 billi jintroduċi u jaġġorna, fil-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat, l-entrati fir-rigward ta’ ċerti sistemi tas-sikurezza, u jaġġusta s-sistema ta’ numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/4657

    ĠU L 183, 8.7.2022, p. 54–70 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1177/oj

    8.7.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 183/54


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1177

    tas-7 ta’ Lulju 2022

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 billi jintroduċi u jaġġorna, fil-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni u għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat, l-entrati fir-rigward ta’ ċerti sistemi tas-sikurezza, u jaġġusta s-sistema ta’ numerazzjoni għaċ-ċertifikati tal-approvazzjoni għal tip ta’ vettura, sistema, komponent jew unità teknika separata

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3), 36(4) u 38(3) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) jipprevedi format standardizzat tad-dokumenti użati għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi billi jistabbilixxi l-mudelli għad-dokument ta’ informazzjoni, iċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni ta’ vetturi individwali tal-UE u ċ-ċertifikati ta’ konformità f’format stampat.

    (2)

    Il-mudelli għad-dokumenti ta’ informazzjoni, li jinsabu fl-Annessi I u II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, jenħtieġ li jiġu mmodifikati biex jitqiesu r-rekwiżiti l-ġodda introdotti bir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) u l-atti regolatorji adottati skontu.

    (3)

    Sabiex ikun hemm approċċ konsistenti fir-rigward tan-numerazzjoni taċ-ċertifikati ta’ approvazzjoni, huwa meħtieġ ukoll li tiġi emendata s-sistema ta’ numerazzjoni stabbilita fl-Anness IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 biex tirrifletti l-iżvilupp regolatorju skont ir-Regolament (UE) 2019/2144.

    (4)

    Huwa xieraq ukoll li jiġi emendat l-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683, li jistabbilixxi l-mudell għall-marka tal-approvazzjoni tat-tip tal-UE għall-komponenti u l-unitajiet tekniċi separati, billi tiġi aġġornata r-referenza għar-Regolament (UE) 2019/2144.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) 2019/2144 jirrikjedi li vetturi ġodda jkunu mgħammra b’sistemi avvanzati ta’ sikurezza, inklużi l-assistenza ta’ emerġenza kontra l-ħruġ mill-karreġġata, l-assistenza intelliġenti tal-veloċità, is-sistemi ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq, u r-reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment. Huwa xieraq li jkun meħtieġ li ċ-ċertifikat ta’ konformità jindika liema sistemi huma installati fil-vettura. Għalhekk jeħtieġ li jiżdiedu l-entrati rilevanti fil-mudelli għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat stabbiliti fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683.

    (6)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 jiġi emendat skont dan.

    (7)

    Sabiex l-awtoritajiet tal-approvazzjoni, l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u l-awtoritajiet tar-reġistrazzjoni tal-Istati Membri, u l-manifatturi jingħataw biżżejjed żmien biex jimplimentaw l-emendi għaċ-ċertifikat ta’ konformità f’format stampat fis-sistemi rispettivi tagħhom, id-data tal-applikazzjoni tal-Anness V jenħtieġ li tiġi differita.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    Emendi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    l-Anness I huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament;

    (2)

    l-Anness II huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament;

    (3)

    l-Anness IV huwa emendat f’konformità mal-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

    (4)

    l-Anness V huwa emendat f’konformità mal-Anness IV ta’ dan ir-Regolament;

    (5)

    l-Anness VIII huwa emendat f’konformità mal-Anness V ta’ dan ir-Regolament;

    Artikolu 2

    Dħul fis-seħħ u applikazzjoni

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    L-Anness V għandu japplika mill-1 ta’ Jannar 2024.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Lulju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar rekwiżiti tal-approvazzjoni tat-tip għall-vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, kif ukoll għas-sistemi, għall-komponenti u għall-unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi, fir-rigward tas-sikurezza ġenerali tagħhom u tal-protezzjoni tal-okkupanti tal-vetturi u l-utenti vulnerabbli tat-triq (ĠU L 325, 16.12.2019, p. 1).


    ANNESS I

    L-Anness I tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    in-noti ta’ spjegazzjoni huma emendati kif ġej:

    (a)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (12) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(12)

    F’konformità mad-definizzjonijiet fil-punti 1.24 (Bażi tar-roti) u 1.25 (Spazjar bejn il-fusien) tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p. 1). Fil-każ ta’ trejler bil-fus ċentrali, il-fus tal-akkoppjament għandu jitqies bħala l-fus ta’ quddiem nett.”;

    (b)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (14) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(14)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/535 tal-31 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, fir-rigward tal-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni u s-sikurezza tagħhom (ĠU L 117, 6.4.2021, p. 1)”;

    (c)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (18) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(18)

    Il-Punt Nru 6.1, u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. Fil-każ tat-trejlers, it-tulijiet għandhom jiġu speċifikati kif imsemmi fil-Punt Nru 6.1.2 tal-Istandard ISO 612:1978.”

    (d)

    in-noti ta’ spjegazzjoni (20) u (21) huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “(20)

    Il-Punt Nru 6.2 u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.

    (21)

    Il-Punt Nru 6.3 u għal vetturi minbarra dawk tal-Kategorija M1: It-Taqsima F tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

    (e)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (30) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(30)

    Kif definit fil-punt 1.3. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

    (f)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (122) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(122)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/646 tad-19 ta’ April 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward ta’ proċeduri uniformi u speċifikazzjonijiet tekniċi għall-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur fir-rigward tas-sistemi ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata tagħhom (ĠU L 133, 20.4.2021, p. 31)”;

    (g)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (123) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(123)

    Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243 tad-19 ta’ April 2021 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2019/2144 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill billi jistabbilixxi regoli dettaljati dwar il-faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol fil-vetturi bil-mutur u li jemenda l-Anness II ta’ dak ir-Regolament (ĠU L 272, 30.7.2021, p. 11)”;

    (h)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (124) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(124)

    Ir-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) — Dispożizzjonijiet uniformi rigward l-approvazzjoni ta’ vetturi tal-kategorija M, N, u O fir-rigward tal-ibbrejkjar [2016/194] (ĠU L 42, 18.2.2016, p. 1).”;

    (i)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (157) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(157)

    L-Entrati 4. u 4.1 għandhom jimtlew f’konformità mad-definizzjonijiet stabbiliti fil-punti 1.24 (Bażi tar-roti) u 1.25 (Spazjar bejn il-fusien), rispettivament, tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

    (j)

    in-nota ta’ spjegazzjoni (174) hija sostitwita b’dan li ġej:

    “(174)

    Għat-terminu punt tal-akkoppjament bin-numru “0” ara l-punt 1.3.1.2. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535.”;

    (k)

    in-noti ta’ spjegazzjoni (31), (55), (79), (89), (90) u (91) jitħassru;

    (l)

    tiżdied in-nota ta’ spjegazzjoni (181) li ġejja:

    “(181)

    Sistemi approvati f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fl-atti regolatorji elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858. L-akronimi jikkorrispondu għas-sistemi msemmija fil-punti 6.7.; 7.4., 8.12, 10.1.1., 12.2.4., 12.6.5., 12.8., 12.11., 12.12., 12.13., 12.16., 12.17. u 17.”;

    (2)

    il-punt 2.2.1.3. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.2.1.3.

    Il-bażi tar-roti ta’ referenza ta’ semitrejler (kif meħtieġ mil-punt 3.2. tat-Taqsima E tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

    (3)

    il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.6.2.

    Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

    (4)

    jiddaħħlu l-punti 2.11.4.1. u 2.11.4.2. li ġejjin:

    “2.11.4.1.

    Proporzjon massimu tal-isporġenza tal-akkoppjament (34) mal-bażi tar-roti: ...

    2.11.4.2.

    Valur-V massimu: … kN.”;

    (5)

    il-punt 2.13. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.13.

    Sporġenza fuq wara (il-punt 8 tat-Taqsima C u l-punt 7 tat-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535, rispettivament):”;

    (6)

    il-punt 2.14.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.14.1.

    Potenza tal-magna/massa mgħobbija massima teknikament permessibbli tal-proporzjon tal-kombinament (il-punt 6 tat-Taqsima C tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535): … kW/kg.”;

    (7)

    il-punt 3.2.18.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “3.2.18.1.

    In-numru taċ-ċertifikat(i) tal-approvazzjoni tat-tip: ...”;

    (8)

    il-punt 4.11.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.11.2.

    Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 7.6. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. (il-valur iddikjarat mill-manifattur):”;

    (9)

    jiddaħħlu l-punti 4.11.4., 4.11.5 u 4.11.6. li ġejjin:

    “4.11.4.

    Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 6.1.1. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

    4.11.5.

    Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 6.1.2. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

    4.11.6.

    Informazzjoni dwar il-GSI fil-manwal tal-utenti tal-vettura: ...”;

    (10)

    jiddaħħlu l-punti 6.7., 6.7.1. u 6.7.2. li ġejjin:

    “6.7.

    Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

    6.7.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    6.7.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ monitoraġġ tal-pressjoni tat-tajers: ...”;

    (11)

    jiddaħħlu l-punti 7.4. sa 7.6.3. li ġejjin:

    “7.4.

    Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS)

    7.4.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    7.4.2.

    Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema: …

    7.4.3.

    Mezzi għad-diżattivazzjoni manwali tal-ELKS

    7.4.4.

    Deskrizzjoni tad-diżattivazzjoni awtomatika (jekk imwaħħla): …

    7.4.5.

    Deskrizzjoni tas-soppressjoni awtomatika (jekk imwaħħla): …

    7.5.

    Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS)

    7.5.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    7.5.2.

    Medda tal-veloċità tal-LDWS: …

    7.5.3.

    Deskrizzjoni teknika u tpinġija tal-LDWS: …

    7.6.

    Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF)

    7.6.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    7.6.2.

    Medda tal-veloċità tas-CDCF: …

    7.6.3.

    Deskrizzjoni teknika u tpinġija tas-sistema (b’mod partikolari jekk is-sistema tuża l-istering jew l-ibbrejkjar): ...”;

    (12)

    il-punt 8.6. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “8.6.

    Kalkolu u kurvi f’konformità mal-Anness 10 jew l-Anness 14 tar-Regolament Nru 13 tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (124), jekk applikabbli, jew mal-Anness 5 tar-Regolament tan-NU 13-H tal-Kummissjoni Ekonomika għall-Ewropa tan-Nazzjonijiet Uniti (NU/KEE) (125), rispettivament: ...”;

    (13)

    il-punt 8.9. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “8.9.

    Deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-ibbrejkjar kif imsemmija fil-paragrafu 12 tal-Anness 2 tar-Regolament tan-NU Nru 13, jew fil-paragrafu 14 tal-Anness 1 tar-Regolament tan-NU 13-H, rispettivament: ...”;

    (14)

    jiddaħħlu l-punti 8.12., 8.12.1. u 8.12.2. li ġejjin:

    “8.12.

    Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS)

    8.12.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    8.12.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-AEBS: ...”;

    (15)

    il-punti 9.14. sa 9.14.4. huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “9.14.

    Spazji għall-immuntar tal-pjanċi tar-reġistrazzjoni ta’ quddiem u ta’ wara (agħti l-firxiet fejn ikun xieraq, jistgħu jintużaw tpinġijiet fejn applikabbli): …

    9.14.1.

    Għoli ’l fuq mill-wiċċ tat-triq, it-truf ta’ isfel u ta’ fuq: ...

    9.14.2.

    Il-pożizzjoni laterali, it-truf tax-xellug u tal-lemin: ...

    9.14.3.

    Numru ta’ spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni standard: ...

    9.14.4.

    Numru ta’ spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni fakultattivi jew alternattivi: ...”;

    (16)

    il-punti li ġejjin jiddaħħlu wara l-punt 9.14.5.:

    “9.14.5.1.

    Spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ quddiem: ...

    9.14.5.2.

    Spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara: ...

    9.14.5.3.

    It-tieni spazju għall-pjanċa tar-reġistrazzjoni ta’ wara (fil-każ ta’ vetturi tal-Kategoriji O2, O3 u O4): ...

    9.14.5.4.

    Spazji għall-pjanċi tar-reġistrazzjoni fakultattivi jew alternattivi: ...”;

    (17)

    il-punti 9.14.6. u 9.14.7. huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “9.14.6.

    Inklinazzjonijiet tal-pjanċi lejn il-vertikal: ...

    9.14.7.

    Angoli ta’ viżibbiltà mit-truf ta’ fuq, ta’ isfel, tax-xellug u tal-lemin: ...’;

    (18)

    il-punt 9.16.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.16.2.

    Tpinġijiet dettaljati tal-parafangi u l-pożizzjoni tagħhom fuq il-vettura li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-Figura 1 tal-Parti 2 tal-Anness V tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535 u filwaqt li jitqiesu l-estremitajiet ta’ kombinamenti ta’ tajers/roti: …”;

    (19)

    il-punti 9.17.4. u 9.17.4.1. huma sostitwiti b’dan li ġej:

    “9.17.4.

    Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti stabbiliti fil-Parti 2 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...

    9.17.4.1.

    It-tifsira tal-karattri fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima dwar l-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata: ...”;

    (20)

    jiddaħħal il-punt 9.17.4.3. li ġej:

    “9.17.4.3.

    Pjanċa statutorja għal vettura mibnija f’diversi stadji: iva/le (4)”;

    (21)

    il-punt 9.20.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.20.2.

    Tpinġijiet dettaljati tas-sistema tas-soppressjoni tat-titjir u l-pożizzjoni tagħha fuq il-vettura, li juru d-dimensjonijiet speċifikati fil-figuri fl-Appendiċi tal-Parti 2 tal-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535, u filwaqt li jitqiesu l-estremitajiet ta’ kombinamenti ta’ tajers/roti: ...”;

    (22)

    il-punt 9.25.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.25.1.

    Deskrizzjoni teknika dettaljata (inklużi ritratti u tpinġijiet, kif ukoll deskrizzjoni tal-materjali) tal-partijiet tal-vettura msemmija fil-punt 1.4. tat-Taqsima D tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535: ...”;

    (23)

    jiddaħħal il-punt 10.1.1. li ġej:

    “10.1.1.

    Sinjal ta’ waqfien ta’ emerġenza (ESS): iva/le (4)”;

    (24)

    jiddaħħlu l-punti 12.2.4., 12.2.4.1. u 12.2.4.2. li ġejjin:

    “12.2.4.

    Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol (AIF)

    12.2.4.1.

    Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat (UE) 2021/1243(123): …”;

    12.2.4.2.

    Dokument tal-installazzjoni fir-rigward tal-faċilitazzjoni tal-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol”;

    (25)

    jiddaħħlu l-punti 12.6.5. sa 12.6.5.5. li ġejjin:

    “12.6.5.

    Is-sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA)

    12.6.5.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.6.5.2.

    Funzjoni ta’ informazzjoni dwar il-limitu tal-veloċità (SLIF)

    12.6.5.2.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-interfaċċa SLIF: ...

    12.6.5.2.2.

    Metodoloġija u teknoloġija tad-determinazzjoni tal-limitu tal-veloċità perċepit: ...

    12.6.5.3.

    Funzjoni ta’ twissija tal-limitu tal-veloċità (SLWF)

    12.6.5.3.1.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-mekkaniżmi ta’ feedback tal-SLWF: ...

    12.6.5.3.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tal-SLWF, jekk applikabbli: ...

    12.6.5.4.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-funzjoni ta’ kontroll tal-veloċità (SCF): ...

    12.6.5.5.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tas-sistema ISA bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: ...”;

    (26)

    jiddaħħlu l-punti 12.11. sa 12.17.3. li ġejjin:

    “12.11.

    Is-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

    12.11.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.11.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tad-DDAW: ...

    12.11.3.

    Deskrizzjoni dettaljata tat-twissija viżiva tas-sistema tad-DDAW: ...

    12.12.

    Sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW)

    12.12.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.12.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema tal-ADDW: ...

    12.12.3.

    Deskrizzjoni dettaljata tal-mezzi tekniċi għall-evitar tad-distrazzjoni, jekk applikabbli: ...

    12.13.

    Sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli (BSIS)

    12.13.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.13.2.

    Deskrizzjoni dettaljata tas-sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli: ...

    12.13.3.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-BSIS approvat bħala unità teknika separata, jekk applikabbli: ...

    12.14.

    Ċibersigurtà

    12.14.1.

    Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tat-tip ta’ vettura, inkluż:

    (a)

    is-sistemi tal-vettura li huma rilevanti għaċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura;

    (b)

    il-komponenti ta’ dawk is-sistemi li huma rilevanti għaċ-ċibersigurtà;

    (c)

    l-interazzjonijiet ta’ dawk is-sistemi ma’ sistemi oħrajn fi ħdan it-tip ta’ vettura u l-interfaċċi esterni

    12.14.2.

    Rappreżentazzjoni skematika tat-tip ta’ vettura: …

    12.14.3.

    In-numru taċ-ċertifikat ta’ konformità għas-sistema ta’ ġestjoni taċ-ċibersigurtà: ...

    12.14.4.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-eżitu tal-valutazzjoni tar-riskju tagħha u r-riskji identifikati: ...

    12.14.5.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-mitigazzjonijiet li ġew implimentati fis-sistemi elenkati, jew għat-tip ta’ vettura, u kif dawn jindirizzaw ir-riskji ddikjarati: ...

    12.14.6.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu l-protezzjoni ta’ ambjenti ddedikati għal software, servizzi, applikazzjonijiet jew data: ...

    12.14.7.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu liema testijiet intużaw sabiex tiġi vverifikata ċ-ċibersigurtà tat-tip ta’ vettura u s-sistemi tagħha u l-eżitu ta’ dawk it-testijiet: ...

    12.14.8.

    Deskrizzjoni tal-kunsiderazzjoni tal-katina tal-provvista fir-rigward taċ-ċibersigurtà: ...

    12.15.

    Aġġornament tas-software

    12.15.1.

    Il-karatteristiċi ġenerali tal-kostruzzjoni tat-tip ta’ vettura: ...

    12.15.2.

    In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Aġġornament tas-Software: ...

    12.15.3.

    Miżuri tas-sigurtà

    12.15.3.1.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-proċess ta’ aġġornament se jitwettaq b’mod sigur: …

    12.15.3.2.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-RXSWINs fuq vettura huma protetti minn manipulazzjoni mhux awtorizzata: …

    12.15.4.

    Aġġornamenti over-the-air tas-software

    12.15.4.1.

    Dokumenti għat-tip ta’ vettura li għandu jiġi approvat li jiddeskrivu li l-proċess ta’ aġġornament se jitwettaq b’mod sikur: …

    12.14.4.2.

    Deskrizzjoni tal-mezzi sabiex l-utenti tal-vettura jiġu informati dwar aġġornament qabel u wara l-eżekuzzjoni tiegħu: …

    12.15.5.

    Dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur mar-rekwiżiti għas-Sistema ta’ Ġestjoni tal-Aġġornament tas-Software: …

    12.16.

    Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR)

    12.16.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.16.2.

    Tpinġija/tpinġijiet jew ritratti li juru l-post u l-metodu tat-twaħħil tal-EDR fil-vettura: ....

    12.16.3.

    Deskrizzjoni tal-parametru tal-iskattar: ...

    12.16.4.

    Deskrizzjoni ta’ kwalunkwe parametru rilevanti ieħor (kapaċità tal-ħżin, reżistenza għal deċellerazzjoni għolja u stress mekkaniku ta’ impatt serju, eċċ.): ...

    12.16.5

    L-elementi tad-data u l-format tad-data maħżuna fl-EDR:

    Data element

    Intervall/ħin tar-reġistrazzjoni (relattiv għall-ħin żero)

    Rata tal-kampjunar tad-data (kampjuni kull sekonda)

    Firxa minima

    Eżattezza

    Riżoluzzjoni

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

     

    12.16.6.

    Struzzjonijiet għall-irkupru tad-data mill-EDR: ...

    12.16.6.1.

    Deskrizzjoni tal-metodu għar-rapportar tal-informazzjoni meħtieġa skont l-Artikolu 4(3)(B) tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/545 (*1): manwali/awtomatizzat (4)

    12.16.7.

    Konformità mar-rekwiżiti tekniċi tar-Regolament tan-NU Nru 160:

    12.16.7.1

    Numru tal-approvazzjoni tar-Regolament tan-NU Nru 160: …

    12.16.8.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-EDR approvat bħala unità teknika separata, jekk applikabbli (għandha timtela jekk ma tinkisibx l-approvazzjoni skont ir-Regolament tan-NU Nru 160 u jekk imsemmi fil-punt 12.16.7.1.): ...

    12.17.

    Sistema għall-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq (DAM)

    12.17.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.17.2.

    Il-metodi sabiex tiġi identifikata d-disponibbiltà tas-sewwieq: …

    12.17.3.

    Deskrizzjoni bil-miktub u/jew tpinġija tal-informazzjoni mogħtija lis-sewwieq: …

    (*1)  ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18.”"

    (27)

    Jiżdiedu l-punti 17. sa 17.11. li ġejjin:

    “17.

    SISTEMA TA’ SEWQAN AWTOMATIZZAT (ADS): iva/le (4)

    17.1.

    Deskrizzjoni ġenerali tal-ADS: …

    17.1.1.

    Dominju tad-Disinn Operattiv/Kundizzjonijiet ta’ limitu: …

    17.1.2.

    Prestazzjoni Bażika (eż. Detezzjoni ta’ Oġġetti u Avvenimenti u Rispons (OEDR), ippjanar, eċċ.)): …

    17.2.

    Deskrizzjoni tal-funzjonijiet tal-ADS:

    17.2.1.

    Funzjonijiet ewlenin tal-ADS (arkitettura funzjonali): …

    17.2.1.1.

    Funzjonijiet interni tal-vettura: …

    17.2.1.2.

    Funzjonijiet esterni tal-vettura (eż. infrastruttura back-end, infrastruttura mhux abbord meħtieġa, miżuri operazzjonali meħtieġa): …

    17.3.

    Ħarsa ġenerali lejn il-komponenti ewlenin tal-ADS

    17.3.1.

    Unitajiet ta’ kontroll: …

    17.3.2.

    Sensuri u installazzjoni tas-sensuri fuq il-vettura: …

    17.3.3.

    Attwaturi: …

    17.3.4.

    Mapep u pożizzjonament: …

    17.3.5.

    Hardware ieħor: …

    17.4.

    It-tqassim u l-iskematika tal-ADS

    17.4.1.

    Tqassim skematiku tas-sistema (eż. dijagramma bi blokki): …

    17.4.2.

    Lista u ħarsa ġenerali skematika tal-interkonnessjonijiet: …

    17.5.

    Speċifikazzjonijiet

    17.5.1.

    Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim normali: …

    17.5.2.

    Speċifikazzjonijiet fit-tħaddim ta’ emerġenza: …

    17.5.3.

    Kriterji ta’ aċċettazzjoni: …

    17.5.4.

    Dimostrazzjoni ta’ konformità: …

    17.6.

    Kunċett ta’ sikurezza

    17.6.1.

    Dikjarazzjoni tal-manifattur li l-vettura hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli: …

    17.6.2.

    Arkitettura tas-software fil-qosor (eż. dijagramma bi blokki): …

    17.6.3.

    Mezzi li bihom tiġi ddeterminata r-realizzazzjoni tal-loġika tal-ADS: …

    17.6.4.

    Spjegazzjoni ġenerali tal-provvedimenti tad-disinn prinċipali mibnija fl-ADS sabiex jiġġeneraw tħaddim sikur f’kundizzjonijiet ta’ ħsara, taħt disturbi operattivi u l-okkorrenza ta’ kundizzjonijiet li jaqbżu l-ODD: …

    17.6.5.

    Deskrizzjoni ġenerali tal-prinċipji ewlenin għall-ġestjoni tal-fallimenti, l-istrateġija fil-livell ta’ riżerva, inkluża l-istrateġija ta’ mitigazzjoni tar-riskju (manuvra ta’ riskju minimu): …

    17.6.6.

    Kundizzjonijiet għall-iskattar ta’ talba lill-operatur abbord jew lill-operatur tal-intervent mill-bogħod: …

    17.6.7.

    Kunċett ta’ interazzjoni bejn il-bniedem u l-magna mal-okkupanti ta’ vettura, l-operatur abbord u l-operatur ta’ intervent mill-bogħod inkluża l-protezzjoni kontra attivazzjoni/tħaddim u interventi mhux awtorizzati sempliċi: …

    17.7.

    Verifika u validazzjoni mill-manifattur tar-rekwiżiti tal-prestazzjoni inklużi l-OEDR, l-HMI, ir-rispett tar-regoli tat-traffiku u l-konklużjoni li s-sistema hija mfassla b’tali mod li tkun ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għas-sewwieq, għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq: …

    17.7.1.

    Deskrizzjoni tal-approċċ adottat: …

    17.7.2.

    Għażla ta’ xenarji nominali, kritiċi u ta’ falliment: …

    17.7.3.

    Deskrizzjoni tal-metodi u l-għodod użati (software, laboratorju, oħrajn) u sommarju tal-valutazzjoni tal-kredibbiltà: …

    17.7.4.

    Deskrizzjoni tar-riżultati: …

    17.7.5.

    Inċertezza tar-riżultati: …

    17.7.6.

    Interpretazzjoni tar-riżultati: …

    17.7.7.

    Dikjarazzjoni tal-manifattur:

    Il-manifattur(i)jiddikkjara(w) li l-ADS hija ħielsa minn riskji mhux raġonevoli għall-okkupanti tal-vettura u għal utenti oħrajn tat-triq.

    17.8.

    Elementi tad-data tal-ADS

    17.8.1.

    Tip ta’ data maħżuna: …

    17.8.2.

    Post tal-ħażna: …

    17.8.3.

    Okkorrenzi u elementi tad-data rreġistrati: …

    17.8.4.

    Mezzi sabiex tiġi żgurata s-sigurtà tad-data u l-protezzjoni tad-data: …

    17.8.5.

    Mezzi sabiex tiġi aċċessata d-data: …

    17.9.

    L-aġġornamenti taċ-ċibersigurtà u tas-software

    17.9.1.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip taċ-ċibersigurtà: …

    17.9.2.

    In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għaċ-ċibersigurtà: …

    17.9.3.

    In-numru tal-approvazzjoni tat-tip tal-aġġornament tas-software: …

    17.9.4.

    In-numru taċ-Ċertifikat ta’ Konformità għall-aġġornament tas-software: …

    17.9.4.1

    Informazzjoni dwar kif jinqraw l-RXSWIN jew il-verżjoni(jiet) tas-software f’każ li l-RXSWIN ma jkunx miżmum fuq il-vettura.

    17.9.4.2

    Jekk applikabbli, lista tal-parametri rilevanti li jippermettu l-identifikazzjoni ta’ dawk il-vetturi li jistgħu jiġu aġġornati bis-software rappreżentat mill-RXSWIN skont il-punt 17.9.4.1.

    17.10.

    Manwal tal-operat (li għandu jiġi anness mad-dokument ta’ informazzjoni)

    17.10.1.

    Deskrizzjoni funzjonali tal-ADS u r-rwol mistenni tas-sid, tal-operatur tas-servizz tat-trasport, tal-operatur abbord, tal-operatur tal-intervent mill-bogħod, eċċ.: …

    17.10.2.

    Miżuri tekniċi għal tħaddim sikur (eż. deskrizzjoni tal-infrastruttura meħtieġa mhux abbord, it-twaqqit, il-frekwenza u l-mudell tal-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni): …

    17.10.3.

    Restrizzjonijiet operazzjonali u ambjentali: …

    17.10.4.

    Miżuri operazzjonali (eż. jekk ikun meħtieġ operatur abbord jew operatur ta’ intervent mill-bogħod): …

    17.10.5.

    Struzzjonijiet f’każ ta’ ħsarat u talba għall-ADS (miżuri ta’ sikurezza mill-okkupanti tal-vettura, mill-operatur tas-servizz tat-trasport, mill-operatur abbord u mill-operatur tal-intervent mill-bogħod u mill-awtoritajiet pubbliċi li għandhom jittieħdu f’każ ta’ ħsara fl-operazzjoni): …

    17.11.

    Mezzi li jippermettu spezzjoni teknika perjodika: …”.

    (*1)  ĠU L 107, 6.4.2022, p. 18.””


    ANNESS II

    L-Anness II tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-Parti I (A. Il-Kategoriji M u N) huma emendati kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.6.2.

    Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

    (b)

    il-punt 4.11.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.11.2.

    Informazzjoni kif imsemmija fil-punt 7.6. tal-Parti 2 tal-Anness IX tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535. (il-valur iddikjarat mill-manifattur):”

    (c)

    jiddaħħlu l-punti 6.7. u 6.7.1. li ġejjin:

    “6.7.

    Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

    6.7.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (d)

    jiddaħħlu l-punti 7.4., 7.4.1., 7.5., 7.5.1., 7.6. u 7.6.1. li ġejjin:

    “7.4.

    Sistema ta’ emerġenza ta’ żamma tal-karreġġata (ELKS)

    7.4.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    7.5.

    Sistema ta’ Twissija ta’ Ħruġ mill-Karreġġata (LDWS)

    7.5.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    7.6.

    Funzjoni Korrettiva ta’ Kontroll Direzzjonali (CDCF)

    7.6.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (e)

    jiddaħħlu l-punti 8.12. u 8.12.1. li ġejjin:

    “8.12.

    Sistema avvanzata għal ibbrejkjar f’emerġenza (AEBS)

    8.12.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (f)

    il-punt 9.17.4.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.17.4.1.

    It-tifsira tal-karattri fit-taqsima tad-deskrittur tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima tal-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata:”;

    (g)

    jiddaħħlu l-punti 12.2.4. u 12.2.4.1. li ġejjin:

    “12.2.4.

    Faċilitazzjoni għall-installazzjoni tat-tagħmir li jidentifika l-użu tal-alkoħol (AIF)

    12.2.4.1.

    Id-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-manifattur, f’konformità mal-Anness I tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/1243(123): …;”

    (h)

    jiddaħħlu l-punti 12.6.5. u 12.6.5.1. li ġejjin:

    “12.6.5.

    Sistema ta’ assistenza intelliġenti tal-veloċità (ISA)

    12.6.5.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (i)

    jiddaħħlu l-punti 12.11., 12.11.1, 12.12, 12.12.1, 12.13, 12.13.1, 12.16, 12.16.1., 12.17. u 12.17.1. li ġejjin:

    “12.11.

    Is-sistema ta’ twissija tal-ħedla u tal-attenzjoni tas-sewwieq (DDAW)

    12.11.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.12.

    Sistema ta’ twissija avvanzata tad-distrazzjoni tas-sewwieq (ADDW)

    12.12.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.13.

    Sistema ta’ informazzjoni dwar punti mhux viżibbli (BSIS)

    12.13.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.16.

    Reġistratur tad-data f’każ ta’ avveniment (EDR)

    12.16.1.

    Preżenza: iva/le (4)

    12.17.

    Sistema għall-monitoraġġ tad-disponibbiltà tas-sewwieq (DAM)

    12.17.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (j)

    jiddaħħal il-punt 17. li ġej:

    “17.

    SISTEMA TA’ SEWQAN AWTOMATIZZAT (ADS): iva/le (4)’;

    (2)

    il-Parti I (B. Il-Kategorija O) hija emendata kif ġej:

    (a)

    il-punt 2.6.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “2.6.2.

    Massa tat-tagħmir fakultattiv (ara d-definizzjoni fil-punt 1.4. tat-Taqsima A tal-Parti 2 tal-Anness XIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535:”;

    (b)

    jiddaħħlu l-punti 6.7. u 6.7.1. li ġejjin:

    “6.7.

    Sistemi ta’ Monitoraġġ tal-Pressjoni tat-Tajers (TPMS)

    6.7.1.

    Preżenza: iva/le (4)”;

    (c)

    il-punt 9.17.4.1. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “9.17.4.1.

    It-tifsira tal-karattri fit-taqsima dwar id-deskrizzjoni tal-vettura (VDS) tan-numru ta’ identifikazzjoni tal-vettura (VIN) u, jekk applikabbli, it-taqsima dwar l-indikatur tal-vettura (VIS) tagħha, għall-konformità mar-rekwiżiti tat-Taqsima 5.3. tal-Istandard ISO 3779:2009, għandha tiġi spjegata: ...”;

    (d)

    Jiddaħħlu l-punti 12., 12.7.1., 16. u 16.1. li ġejjin:

    “12.   MIXXELLANJI

    12.7.1.

    Vettura b’tagħmir ta’ radar b’firxa qasira fuq medda ta’ frekwenzi ta’ 24 GHz: iva/le (4)

    16.   AĊĊESS GĦALL-INFORMAZZJONI DWAR IT-TISWIJA U L-MANUTENZJONI TAL-VETTURA

    16.1.

    L-indirizz tas-sit web prinċipali għal aċċess għall-informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vettura: ...”.

    ANNESS III

    L-Anness IV tar-Regolament (UE) 2020/683 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    fil-punt 2.2., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    in-numru tar-Regolament tal-Kummissjoni adottat skont ir-Regolament (UE) 2019/2144 u li jistabbilixxi r-rekwiżiti applikabbli.

    Għall-finijiet tal-punt (c), meta Regolament (bażi) ikun fih annessi separati b’rekwiżiti u preskrizzjonijiet tekniċi li għandhom jiġu applikati għal suġġetti differenti li jkopru s-sistemi, il-komponenti u unitajiet tekniċi separati tal-vetturi, ir-referenza fit-Taqsima 2 għandha tiġi segwita minn numru Ruman li jindika n-numru tal-Anness għal dak ir-Regolament.”;

    (2)

    fil-punt 3.1., il-punt (c) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(c)

    f’konformità mal-Anness XI tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/535(14):

    e2*2021/535/XI*2021/535*00003*00”

    (3)

    fil-punt 3.1., il-punt (d) huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “(d)

    f’konformità mar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2021/646(122):

    e2*2021/646*2021/646*00003*00”

    (4)

    fil-punt 4., it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 abbażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2018/858, f’liema każ, għandha tkun applikabbli s-sistema ta’ numerazzjoni li ġejja:”;

    (5)

    il-punt 4.2. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “4.2.

    It-Taqsima 2: In-numru tar-Regolament (UE) 2019/2144 (jiġifieri ‘2019/2144’)”;

    (6)

    fl-eżempju fil-punt 4.6.1., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “e1*2019/2144*13-HR00/16*00001*00”;

    (7)

    fl-eżempju fil-punt 4.6.2., in-numru taċ-ċertifikat tal-approvazzjoni tat-tip huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “e25*2019/2144*46R04/01*00123*05”.


    ANNESS IV

    Fl-Anness V tar-Regolament (UE) 2020/683, it-tieni paragrafu tal-punt 4. huwa sostitwit b’dan li ġej:

    “Madankollu, dan l-Anness japplika għall-approvazzjonijiet tat-tip tal-UE ta’ komponenti u unitajiet tekniċi separati mogħtija f’konformità mar-Regolament (UE) 2019/2144 fuq il-bażi tar-rekwiżiti stabbiliti fir-Regolamenti tan-NU elenkati fl-Anness I ta’ dak ir-Regolament, f’liema każ għandhom japplikaw dawn li ġejjin:”.


    ANNESS V

    Fl-Anness VIII tar-Regolament (UE) 2020/683, l-Appendiċi huwa emendat kif ġej:

    (1)

    il-Parti I (Vetturi kompluti u kkompletati) hija emendata kif ġej:

    (a)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M1) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (b)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M2) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (c)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M3) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (d)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N1), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (e)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N2), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (f)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N3), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (g)

    fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vettura O3 u O4), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (2)

    il-Parti II (Vetturi mhux kompluti) hija emendata kif ġej:

    (a)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M1) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (b)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M2) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (c)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura M3) jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (d)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N1), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ELKS/AEBS/ESS/AIF/ISA/DDAW/ADDW/EDR/DAM/ADS/eCall (4) (181)’;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (e)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N2), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (f)

    fil-Parti 2 (il-kategorija tal-vettura N3), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra b’sistemi avvanzati tal-vettura: TPMS/ESS/AIF/AEBS/ISA/DDAW/ADDW/BSIS/EDR/DAM/ADS/Platooning (4) (181)”;

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”;

    (g)

    fil-Parti 2 (il-kategoriji tal-vettura O3 u O4), jiżdiedu l-punti 54, 55 u 56 li ġejjin:

    “54.

    Vettura mgħammra bi: TPMS (181).

    55.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 155: iva/le (4)

    56.

    Vettura ċċertifikata f’konformità mar-Regolament tan-NU Nru 156: iva/le (4)”.

    Top