This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R1037
Commission Regulation (EU) 2022/1037 of 29 June 2022 amending Annex II to Regulation (EC) No 1333/2008 of the European Parliament and of the Council and the Annex to Commission Regulation (EU) No 231/2012 as regards the use of glycolipids as a preservative in beverages (Text with EEA relevance)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1037 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/1037 tad-29 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/4337
ĠU L 173, 30.6.2022, p. 52–55
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.6.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 173/52 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/1037
tad-29 ta’ Ġunju 2022
li jemenda l-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u l-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 fir-rigward tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar l-addittivi tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 10(3) u 14 tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1331/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Diċembru 2008 li jistabbilixxi proċedura ta’ awtorizzazzjoni komuni għall-addittivi tal-ikel, l-enżimi tal-ikel u l-aromatizzanti tal-ikel (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(5) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 jistabbilixxi lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel approvati għall-użu fl-ikel u l-kundizzjonijiet tal-użu tagħhom. |
(2) |
L-Anness tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 (3) jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(3) |
Il-lista tal-Unjoni ta’ addittivi tal-ikel u l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel jistgħu jiġu aġġornati skont il-proċedura komuni msemmija fl-Artikolu 3(1) tar-Regolament (KE) Nru 1331/2008, fuq inizjattiva tal-Kummissjoni jew wara applikazzjoni minn Stat Membru jew parti interessata. |
(4) |
F’Diċembru 2019, tressqet applikazzjoni lill-Kummissjoni għall-awtorizzazzjoni tal-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xarbiet aromatizzati, xi prodotti oħra li jaqgħu fil-kategorija 14.1 “xorb mhux alkoħoliku” u birra mingħajr alkoħol u xorb tax-xgħir. |
(5) |
L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) evalwat is-sikurezza tal-użu propost tal-glikolipidi bħala addittiv tal-ikel. Fl-opinjoni tal-Awtorità (4) adottata fl-4 ta’ Mejju 2021, ġiet stabbilita doża aċċettabbli ta’ kuljum (“ADI”) ta’ 10 mg/kg bw kuljum. L-Awtorità nnutat li l-ogħla stima ta’ esponiment ta’ 3.1 mg/kg bw kuljum, fit-trabi li telqu jimxu, hija fi ħdan l-ADI stabbilit u kkonkludiet li l-esponiment għall-glikolipidi ma jqajjimx tħassib dwar is-sikurezza fl-użi u fil-livelli tal-użu proposti mill-applikant. |
(6) |
Il-glikolipidi jiġu prodotti mill-fungus Dacryopinax spathularia fi proċess ta’ fermentazzjoni. Il-glikolipidi, meta jintużaw bħala preservattiv, itawlu l-ħajja fuq l-ixkaffa tax-xorb billi jipproteġuh mid-deterjorament ikkawżat mill-mikroorganiżmi u jinibixxu t-tkabbir ta’ mikroorganiżmi patoġeniċi. Il-glikolipidi huma attivi kontra l-ħmira, il-moffa u l-batterji gram-pożittivi u jistgħu jservu bħala alternattiva għal preservattivi oħra li bħalissa huma awtorizzati fix-xorb. |
(7) |
Huwa għalhekk xieraq li jiġi awtorizzat l-użu tal-glikolipidi bħala preservattiv fix-xorb kopert mill-applikazzjoni u li jiġi assenjat in-numru E 246 bħala n-numru E għal dak l-addittiv. |
(8) |
L-ispeċifikazzjonijiet għall-glikolipidi (E 246) jeħtieġ li jiġu inklużi fir-Regolament (UE) Nru 231/2012 peress li dan l-addittiv huwa inkluż għall-ewwel darba fil-lista tal-Unjoni tal-addittivi tal-ikel stabbilita fl-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008. |
(9) |
Għalhekk, jeħtieġ li r-Regolamenti (KE) Nru 1333/2008 u (UE) Nru 231/2012 jiġu emendati skont dan. |
(10) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat f’konformità mal-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
L-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012 huwa emendat f’konformità mal-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Ġunju 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 16.
(2) ĠU L 354, 31.12.2008, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 231/2012 tad-9 ta’ Marzu 2012 li jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet għall-addittivi tal-ikel elenkati fl-Annessi II u III tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 83, 22.3.2012, p. 1).
(4) EFSA Journal 2021;19(6):6609
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament (KE) Nru 1333/2008 huwa emendat kif ġej:
(a) |
Fil-Parti B, il-punt 3 “Addittivi għajr kuluri u sustanzi li jagħtu l-ħlewwa” l-entrata l-ġdida li ġejja tiddaħħal wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 243:
|
(b) |
Il-Parti E hija emendata kif ġej:
|
ANNESS II
Fl-Anness tar-Regolament (UE) Nru 231/2012, tiddaħħal l-entrata l-ġdida li ġejja wara l-entrata għall-addittiv tal-ikel E 243:
“E 246 glikolipidi |
|
Sinonimi |
|
Definizzjoni |
Il-glikolipidi li jseħħu b’mod naturali jinkisbu permezz ta’ proċess ta’ fermentazzjoni bl-użu tar-razza tat-tip selvaġġ MUCL 53181 tal-fungus Dacryopinax spathularia (faqqiegħ ħelu li jittiekel tal-widna osmanthus). Il-glukożju jintuża bħala sors ta’ karbonju. Il-proċess downstream ħieles mis-solventi jinkludi l-filtrazzjoni u l-mikrofiltrazzjoni biex jitneħħew iċ-ċelloli mikrobiċi, il-preċipitazzjoni u l-ħasil b’ilma bbaferjat għall-purifikazzjoni. Il-prodott huwa pasturizzat u mnixxef bl-isprej. Il-proċess tal-produzzjoni ma jimmodifikax kimikament il-glikolipidi u lanqas jibdel il-kompożizzjoni tal-innat tagħhom. |
Numru tal-CAS |
2205009-17-0 |
Isem kimiku |
Glikolipidi minn Dacryopinax spathularia |
Analiżi |
Mhux inqas minn 93 % ta’ kontenut ta’ glikolipid totali fuq bażi niexfa. |
Deskrizzjoni |
Trab beige għal kannella ċar, riħa karatteristika dgħajfa |
Identifikazzjoni |
|
Solubbiltà |
Jikkonforma (10 g/l fl-ilma) |
pH |
Bejn 5,0 u 7,0 (10 g/l fl-ilma) |
Turbidità |
Mhux aktar minn 28 NTU (10 g/l fl-ilma) |
Purità |
|
Kontenut ta’ ilma |
Mhux aktar minn 5 % (metodu Karl Fischer) |
Proteini |
Mhux aktar minn 3 % (fattur N × 6,25) |
Xaħam |
Mhux aktar minn 2 % (gravimetriku) |
Sodju |
Mhux aktar minn 3,3 % |
Arseniku |
Mhux aktar minn 1 mg/kg |
Ċomb |
Mhux iktar minn 0,7 mg/kg |
Kadmju |
Mhux iktar minn 0,1 mg/kg |
Merkurju |
Mhux iktar minn 0,1 mg/kg |
Nikil |
Mhux iktar minn 2 mg/kg |
Kriterji mikrobijoloġiċi |
|
Għadd totali tal-kolonji aerobiċi: |
Mhux aktar minn 100 kolonja għal kull gramm |
Ħmira u moffa |
Mhux aktar minn 10 kolonji kull gramma |
Koliformi |
Mhux aktar minn 3 MPN kull gramma |
Salmonella spp. |
Assenti f’25 g” |