Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R1010

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1010 tas-27 ta’ Ġunju 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    ST/9862/2022/INIT

    ĠU L 170, 28.6.2022, p. 17–21 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/1010/oj

    28.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 170/17


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1010

    tas-27 ta’ Ġunju 2022

    li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran

    IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 267/2012 tat-23 ta' Marzu 2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 961/2010 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 46(2) tiegħu,

    Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,

    Billi:

    (1)

    Fit-23 ta' Marzu 2012, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) Nru 267/2012.

    (2)

    Abbażi ta' rieżami tal-Anness II għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK (2), il-miżuri restrittivi kontra l-persuni u l-entitajiet kollha fil-lista li tinsab fih jenħtieġ li jinżammu, sakemm isimhom ma jissemmiex fl-Anness VI għal dik id-Deċiżjoni, u jenħtieġ li jiġu aġġornati 17-il entrata inklużi fl-Anness IX għar-Regolament (UE) Nru 267/2012 .

    (3)

    Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) Nru 267/2012 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fil-Lussemburgu, is-27 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kunsill

    Il-President

    A. PANNIER-RUNACHER


    (1)  ĠU L 88, 24.3.2012, p. 1.

    (2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/413/PESK tas-26 ta' Lulju 2010 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran u li tħassar il-Pożizzjoni Komuni 2007/140/PESK (ĠU L 195, 27.7.2010, p. 39).


    ANNESS

    L-Anness IX għar-Regolament (UE) 267/2012 huwa emendat kif ġej:

    (1)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “8.

    Ebrahim MAHMUDZADEH

     

    Kap tal-Bord ta' Tmexxija ta' Iran Telecommunications; eks Direttur Maniġerjali ta' Iran Electronic Industries (ara Parti B, nru 20). Direttur ġenerali tal-Organizzazzjoni tas-Sigurtà Soċjali tal-Forzi Armati sa Settembru 2020. Viċi Ministru għad-Difiża Iranjan sa Diċembru 2020.

    23.6.2008

    27.

    Kamran DANESHJOO (magħruf bħala DANESHJOU)

     

    Eks Ministru għax-Xjenza, ir-Riċerka u t-Teknoloġija. Bħala maniġer tal-proġetti tal-111-il taqsima tal-Pjan AMAD, huwa pprovda appoġġ għall-attivitajiet nukleari tal-Iran sensittivi għall-proliferazzjoni.

    1.12.2011”

    (2)

    taħt l-intestatura “I. Persuni u entitajiet involuti f'attivitajiet fir-rigward ta' missili nukleari jew ballistiċi u persuni u entitajiet li jagħtu appoġġ lill-Gvern tal-Iran.”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “20.

    Iran Electronic Industries

    (inkluż il-fergħat kollha) u s-sussidjarji:

    P. O. Box 18575-365, Tehran, Iran

    Sussidjarja sħiħa ta' proprjetà ta' MODAFL (u għaldaqstant organizzazzjoni li tagħmel parti mill-istress grupp bħall-AIO, l-AvIO u d-DIO). Ir-rwol tagħha hu li timmanifattura komponenti elettroniċi għas-sistemi Iranjani tal-armi.

    23.6.2008

     

    (b)

    Iran Communications Industries (ICI)

    (magħruf ukoll bħala Sanaye Mokhaberat Iran; Iran Communication Industries; Iran Communications Industries Group; Iran Communications Industries Co.)

    PO Box 19295-4731, Pasdaran Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: PO Box 19575-131, 34 Apadana Avenue, Tehran, Iran; Indirizz alternattiv: Shahid Langary Street, Nobonyad Square Ave, Pasdaran, Tehran

    Iran Communications Industries, sussidjarja ta' Iran Electronics Industries (elenkata mill-UE), tipproduċi diversi oġġetti inkluż sistemi ta' komunikazzjoni, apparat tal-avjonika, tal-ottika u tal-elettro-ottika, mikroelettronika, teknoloġija tal-informazzjoni, testijiet u kejl, sigurtà tat-telekomunikazzjoni, gwerra elettronika, manifattura u rinnovazzjoni tat-tubu tar-radar u lanċaturi tal-missili. ICI akkwistat materjal sensittiv permezz ta' Hoda Trading, is-sussidjarja tagħha bbażata f'Hong Kong.

    26.7.2010

    52.

    Raad Iran (magħrufa wkoll bħala Raad Automation Company; Middle East Raad Automation; RAAD Automation Co.; Raad Iran Automation Co.; RAADIRAN; Middle East RAAD Automation Co.; Automasion RAAD Khavar Mianeh; Automation Raad Khavar Mianeh Nabbet Co)

    Unit 1, No 35, Bouali Sina Sharghi, Chehel Sotoun Street, Fatemi Square, Tehran

    Kumpannija involuta fl-akkwist ta' invertituri fir-rigward tal-programm għall-arrikkiment proskritt tal-Iran. Raad Iran ġiet stabbilita biex tipproduċi u tiddisinnja sistemi ta' kontroll u tipprovdi l-bejgħ u l-istallazzjoni ta' invertituri u apparat ta' Kontroll b'Memorja (programmable Logic Controllers).

    23.5.2011”

    (3)

    taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps. (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “A. Persuni”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “1.

    Brigadier Ġeneral tal-IRGC Javad DARVISH-VAND

     

    Eks Viċi Ministru għad-Difiża u Spettur Ġenerali ta' MODAFL.

    23.6.2008

    2.

    Viċi Ammiral Ali FADAVI

     

    Viċi Kmandant Ġeneral tal-Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC). Eks Kmandant tal-qawwa Navali tal-IRGC.

    26.7.2010

    3.

    Parviz FATAH

    Twieled fl-1961

    Eks membru tal-IRGC. Eks Ministru għall-Enerġija. Minn Lulju 2019, kap tal-‘Mostazafan Foundation’, eks membru tal-Kunsill ta' Direzzjoni tal-Fondazzjoni Imam Khomeini.

    26.7.2010

    4.

    Brigadier Ġeneral tal-IRGC Seyyed Mahdi FARAHI

     

    Viċi Ministru għad-Difiża u l-Appoġġ tal-Forzi Armati mill-2021. Qabel kien Viċi Ministru għad-Difiża u l-Affarijiet Industrijali tal-Ministeru għad-Difiża, kap tal-Industriji tad-Difiża u l-Organizzazzjonijiet Ajruspazjali tal-Ministeru għad-Difiża, kif ukoll kmandant tal-Kamp ta’ Taħriġ tal-Persunal tal-Forzi Armati. Eks Kap tal-Organizzazzjoni tal-Industriji Ajruspazjali tal-Iran (AIO) u eks-direttur eżekuttiv tal-Organizzazzjoni tal-Industriji tad-Difiża (DIO) indikata min-NU. Membru tal-IRGC.

    23.6.2008

    6.

    Mohammad Ali JAFARI

     

    Eks Kmandant tal-IRGC. Attwalment kap tal-Kwartieri Kulturali u Soċjali ta’ Hazrat Baqiatollah al-Azam.

    23.6.2008

    7.

    Brigadier Ġeneral tal-IRGC Mostafa Mohammad NAJJAR

     

    Eks Ministru għall-Intern u eks Ministru tal-MODAFL, responsabbli għall-programmi militari kollha, inkluż il-programmi tal-missili ballistiċi. Minn Settembru 2013, Konsulent Għoli għall-Kap tal-Persunal Ġenerali tal-Forzi Armati dwar l-Industrija tal-Għarfien u t-Teknoloġija. Membru tal-IRGC.

    23.6.2008

    10.

    Rostam QASEMI (magħruf ukoll bħala Rostam Qassemi; Rostam GHASEMI)

    Twieled fl-1961

    Mill-25 ta' Awwissu 2021, Ministru għall-Iżvilupp Urban u tat-Toroq. Eks Kmandant ta' Khatam al-Anbiya.

    26.7.2010

    12.

    Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ali SHAMSHIRI

     

    Membru tal-IRGC. Konsulent tad-direttur tal-Istitut tar-Riċerka Xjentifika u Edukattiva dwar id-Difiża. Okkupa rwoli għolja fil-MODAFL.

    23.6.2008

    13.

    Brigadier Ġeneral tal-IRGC Ahmad VAHIDI

     

    Mill-25 ta’ Awwissu 2021, Ministru għall-Intern. Eks President tal-Università tad-Difiża Nazzjonali Suprema u eks Ministru tal-MODAFL.

    23.6.2008

    17.

    Ali Ashraf NOURI

     

    Kap tal-Kumpless Edukattiv u tar-Riċerka ta' Basij għall-Arti tar-Rivoluzzjoni Iżlamika. Eks Viċi Kmandant tal-IRGC, Kap Politiku tal-Uffiċċju tal-IRGC.

    23.1.2012

    18.

    Hojatoleslam Ali SAIDI (magħruf ukoll bħala Hojjat- al-Eslam Ali Saidi jew Saeedi)

     

    Minn Marzu 2017, kap tal-uffiċċju ideoloġiku u politiku tal-Mexxej Suprem fir-rwol tiegħu bħala Kap Kmandant. Qabel kien rappreżentant tal-Mexxej Suprem tal-IRGC.

    23.1.2012”

    (4)

    taħt l-intestatura “II. Islamic Revolutionary Guard Corps (IRGC)”, l-entrati li ġejjin jissostitwixxu l-entrati korrispondenti fil-lista stabbilita taħt is-sottointestatura “B. Entitajiet”:

     

    Isem

    Informazzjoni identifikattiva

    Raġunijiet

    Data tal-elenkar

    “9.

    Mehr Bank (magħruf ukoll bħala Mehr Finance and Credit Institute; Mehr Interest-Free Bank)

    182, Shahid Tohidi St, 4th Golsetan, Pasdaran Ave, Tehran 1666943, Iran

    Mehr Bank hu kkontrollat minn Bonyad Taavon Sepah u l-IRGC. Mehr Bank jipprovdi servizzi finanzjarji lill-IRGC. Skont intervista ma' sors pubbliku ma' dak li kien il-kap tal-Bonyad Taavon Sepah, Parviz Fatah, Bonyad Taavon Sepah ħoloq il-Mehr Bank sabiex iservi l-Basij (l-unità paramilitari tal-IRGC).

    23.05.2011

    12.

    Etemad Amin Invest Co Mobin (magħruf ukoll bħala: Etemad Amin Investment Company Mobin; Etemad-e Mobin; Etemad Amin Invest Company Mobin; Etemad Mobin Co.; Etemad Mobin Trust Co.; Etemade Mobin Company; Mobin Trust Consortium; Etemad-e Mobin Consortium)

    Pasadaran Av. Tehran, Iran

    Kumpannija li hija proprjetà ta' jew ikkontrollata mill-IRGC li tikkontribwixxi għall-finanzjament tal-interessi strateġiċi tar-reġim.

    26.7.2010”


    Top