Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0925

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/925 tal-14 ta’ Ġunju 2022 li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 dwar il-mard elenkat tal-annimali akkwatiċi u l-lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/3803

    ĠU L 160, 15.6.2022, p. 30–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/925/oj

    15.6.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 160/30


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/925

    tal-14 ta’ Ġunju 2022

    li jemenda l-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 dwar il-mard elenkat tal-annimali akkwatiċi u l-lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 8(2), 8(3)(a) u 8(4)(b) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament (UE) 2016/429 jistabbilixxi r-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard tal-annimali li hu trażmissibbli lill-annimali jew lill-bnedmin, inklużi regoli għall-prijoritizzazzjoni u għall-kategorizzazzjoni ta’ mard elenkat li hu ta’ tħassib fil-livell tal-Unjoni. Dawk ir-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard elenkat japplikaw għall-ispeċijiet u għall-gruppi ta’ speċijiet li jistgħu jittrażmettu t-tali mard elenkat, minħabba li jkunu suxxettibbli għalihom jew billi jaġixxu bħala vetturi. Dawk l-ispeċijiet u l-gruppi ta’ speċijiet huma elenkati fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (2), f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 8(2) tar-Regolament (UE) 2016/429. Huma wkoll ikklassifikati bħala mard tal-kategorija A, B, C, D jew E mir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882.

    (2)

    L-organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (OIE) dan l-aħħar irrevediet l-ispeċijiet akkwatiċi, li huma suxxettibbli għal għadd ta’ mard, elenkati fil-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE (3). Għadd minn dan il-mard huma elenkati wkoll fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. F’konformità mal-Artikolu 8(3)(a) u l-Artikolu 8(4)(b) tar-Regolament (UE) 2016/429, li jikkonċernaw iż-żieda ta’ speċijiet jew ta’ gruppi ta’ speċijiet f’dik il-lista u t-tneħħija tagħhom minnha, u fl-interess li jinstab livell xieraq ta’ konverġenza mal-istandards tal-OIE, huwa f’waqtu għall-Kummissjoni li tirrevedi l-lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet, li huma suxxettibbli għall-mard tal-annimali akkwatiċi, li hija stabbilita fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, biex jiġi żgurat li din tirrifletti l-aħħar għarfien xjentifiku.

    (3)

    Għalhekk, il-Kummissjoni lestiet reviżjoni tal-ispeċijiet, li huma suxxettibbli għall-mard akkwatiku, elenkati fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882. Din ir-reviżjoni tlestiet f’konformità mal-għarfien xjentifiku pprovdut mil-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-Mard tal-Krustaċji u l-Ħut u l-Laboratorju ta’ Referenza tal-Unjoni Ewropea għall-mard tal-Molluski (EURLs), li wettqu valutazzjoni sistematika tal-ispeċijiet suxxettibbli għall-mard tal-Kategorija A, tal-Kategorija C u tal-Kategorija E tal-annimali akkwatiċi (il-valutazzjoni). Il-valutazzjoni tqis il-metodoloġija stabbilita fil-Kapitolu 1.5 tal-Kodiċi Akkwatiku tal-OIE.

    (4)

    Wara t-twettiq tal-valutazzjoni, l-EURLs irrappurtaw dwar l-ispeċijiet suxxettibbli għall-mard tal-Kategorija A, in-nekrożi ematopojetika epiżotika, l-infezzjoni bil-Mikrocytos mackini, l-infezzjoni bil-Perkinsus marinus, l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome Taura, l-infezzjoni bil-virus tar-ras safra, għall-mard tal-Kategorija C, is-settiċemija emorraġika virali, in-nekrożi ematopojetika infettiva, l-infezzjoni b’virus imħassar tal-anemija tas-salamun li huwa ta’ reġjun polimorfiku ħafna, l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, l-infezzjoni bil-Marteilia refringens, u l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod, u għall-marda tal-Kategorija E, il-marda virali tal-erpete tal-koi

    (5)

    Skont ir-rapporti mħejjija mill-EURLs, hemm konverġenza bejn l-ispeċijiet suxxettibbli li huma proposti għall-elenkar mill-EURLs u l-ispeċijiet suxxettibbli li huma proposti għall-elenkar mill-OIE fir-rigward tal-mard, in-nekrożi ematopojetika epiżotika, l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome Taura, l-infezzjoni bil-virus tar-ras safra, is-settiċemija emorraġika virali, in-nekrożi ematopojetika infettiva, l-infezzjoni b’virus imħassar tal-anemija tas-salamun li huwa ta’ reġjun polimorfiku ħafna, il-marda virali tal-erpete tal-koi, l-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa, l-infezzjoni bil-Bonamia ostreae, u l-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod.

    (6)

    Barra minn hekk, bl-użu tal-istess kriterji għall-elenkar tal-ispeċijiet suxxettibbli, il-Laboratorju ta’ Referenza tal-UE għall-mard tal-molluski fassal lista ta’ speċijiet, li huma suxxettibbli għall-Infezzjoni bil-Mikrocytos mackini, marda li mhijiex elenkata mill-OIE.

    (7)

    Mhuwiex xieraq li jiġu emendati l-ispeċijiet, li bħalissa huma elenkati fit-tabella fl-Anness tar-Regolament (UE) 2018/1882 bħala suxxettibbli għall-infezzjoni bil-Perkinsus marinus u l-infezzjoni bil-Marteilia refringens sakemm l-OIE tkun lestiet ukoll il-valutazzjoni tagħha ta’ dan il-mard, bil-ħsieb li jinkiseb livell xieraq ta’ konverġenza mal-istandards tal-OIE.

    (8)

    Barra minn hekk, mhuwiex xieraq li tiġi emendata l-lista ta’ speċijiet vetturi tal-annimali akkwatiċi, li bħalissa huma elenkati fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 sakemm titlesta l-valutazzjoni xjentifika ta’ dawn l-ispeċijiet, għajr l-emendi, li huma meħtieġa fir-rigward tal-ismijiet ta’ speċijiet individwali kif imsemmi fil-premessa 9 ta’ dan ir-Regolament.

    (9)

    L-esperjenza wriet li l-isem komuni għal ispeċijiet partikolari jista’ jvarja minn Stat Membru għal ieħor. Din il-varjazzjoni tista’ tirriżulta fir-riskju potenzjali tat-tixrid tal-mard, jekk l-annimali ma jiġux identifikati b’mod korrett. Peress li l-isem xjentifiku għal ispeċijiet partikolari se jibqa’ kostanti, il-listi tal-ispeċijiet akkwatiċi, li huma stabbiliti fit-tabella fl-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 jenħtieġ li jiġu emendati, biex jinkludu biss l-isem xjentifiku ta’ kull speċi, li huwa rilevanti għall-mard akkwatiku elenkat.

    (10)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-14 ta’ Ġunju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21).

    (3)  Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Akkwatiċi tal-OIE (2021).


    ANNESS

    Fit-Tabella tal-Anness għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2018/1882, ir-ringieli 51 sa 63 li jkopru l-mard elenkat u l-kategoriji tagħhom u l-ispeċijiet elenkati ta’ annimali akkwatiċi huma sostitwiti b’dan li ġej:

    Isem il-marda elenkata

    Kategorija tal-marda elenkata

    Speċijiet elenkati

    Speċijiet u gruppi ta’ speċijiet

    Speċijiet vetturi

    “In-nekrożi ematopojetika epiżotika

    A+D+E

    Ameiurus melas, Bidyanus bidyanus, Esox lucius, Galaxias olidus, Gambusia affinis, Gambusia holbrooki, Macquaria australasica, Melanotaenia fluviatilis, Oncorhynchus mykiss, Perca fluviatilis, Sander lucioperca

    Aristichthys nobilis, Carassius auratus, Carassius carassius, Cyprinus carpio, Hypophthalmichthys molitrix, Leuciscus spp., Rutilus rutilus, Scardinius erythrophthalmus, Tinca tinca

    Is-settiċimija emorraġika virali

    C+D+E

    Alosa immaculata, Ameiurus nebulosus, Ambloplites rupestris, Ammodytes hexapterus, Aplodinotus grunniens, Centrolabrus exoletus, Clupea harengus, Clupea pallasii pallasii, Coregonus artedii, Coregonus clupeaformis, Coregonus lavaretus, Ctenolabrus rupestris, Cyclopterus lumpus, Cymatogaster aggregata, Dorosoma cepedianum, Danio rerio, Engraulis encrasicolus, Esox lucius, Esox masquinongy, Fundulus heteroclitus, Gadus macrocephalus, Gadus morhua, Gaidropsarus vulgaris,Gasterosteus aculeatus, Labrus bergylta, Labrus mixtus, Lampetra fluviatilis, Lepomis gibbosus, Lepomis macrochirus, Limanda limanda, Merlangius merlangus, Micropterus dolomieu, Micropterus salmoides, Micromesistius poutassou, Morone americana, Morone chrysops, Morone saxatilis, Mullus barbatus, Neogobius melanostomus, Notropis atherinoides, Notropis hudsonius, Oncorhynchus kisutch, Oncorhynchus mykiss, Oncorhynchus mykiss X, Oncorhynchus kisutch hybrids, Oncorhynchus tshawytscha, Paralichthys olivaceus, Perca flavescens, Pimephales notatus, Pimephales promelas, Platichthys flesus, Pleuronectes platessa, Pomatoschistus minutus, Pomoxis nigromaculatus, Raja clavata, Salmo marmoratus, Salmo salar, Salmo trutta, Salvelinus namaycush, Sander vitreus, Sardina pilchardus, Sardinops sagax, Scomber japonicus, Scophthalmus maximus, Solea senegalensis, Sprattus sprattus, Symphodus melops, Thaleichthys pacificus, Trachurus mediterraneus, Trisopterus esmarkii, Thymallus thymallus, Uranoscopus scaber

    Acipenser baerii, Acipenser gueldenstaedtii, Acipenser ruthenus, Acipenser stellatus, Acipenser sturio, Ameiurus melas, Argyrosomus regius, Aristichthys nobilis, Carassius auratus, Carassius carassius, Clarias gariepinus, Cyprinus carpio, Dentex dentex, Dicentrarchus labrax, Diplodus puntazzo, Diplodus sargus, Diplodus vulgaris, Epinephelus aeneus, Epinephelus marginatus, Huso huso, Hypophthalmichthys molitrix, Ictalurus punctatus, Ictalurus spp., Leuciscus spp., Morone chrysops x, Morone saxatilis, Mugil cephalus, Oreochromis, Pagellus bogaraveo, Pagellus erythrinus, Pagrus major, Pagrus pagrus, Pangasius pangasius, Rutilus rutilus, Salvelinus alpinus, Salvelinus fontinalis, Sander lucioperca, Scardinius erythrophthalmus, Sciaenops ocellatus, Silurus glanis, Soleasenegalensis, Solea solea, Sparus aurata, Thunnus spp., Thunnus thynnus, Tinca tinca, Umbrina cirrosa

    In-nekrożi ematopojetika infettiva

    C+D+E

    Esox lucius, Onchorynchus clarkii, Oncorhynchus keta, Oncorhynchus kisutch,Oncorhynchus masou,Oncorhynchus mykiss,Oncorhynchus nerka,Oncorhynchus tshawytscha,Salmo marmoratus, Salvelinus namaycush, Salmo salar,Salmo trutta, Salvelinus alpinus, Salvelinus fontinalis

    Acipenser Baerii, Acipenser gueldenstaedtii, Acipenser ruthenus, Acipenser stellatus,Acipenser sturio, Ameiurus melas, Aristichthys nobilis, Astacus astacus, Carassius auratus, Carassius carassius,Clarias gariepinus, Cyprinus carpio, Gadus morhua,Hippoglossus hippoglossus, Hypophthalmichthys molitrix,Huso huso, Ictalurus punctatus,Ictalurus spp., Leuciscus spp.,Melanogrammus aeglefinus,Platichthys flesus, Pacifastacus leniusculus, Procambarus clarkii, Pangasius pangasius,Rutilus rutilus, Sander lucioperca, Scardinius erythrophthalmus, Silurus glanis, Tinca tinca

    L-infezzjoni b’virus imħassar tal-anemija tas-salamun li huwa ta’ reġjun polimorfiku ħafna

    C+D+E

    Oncorynchus mykiss, Salmo salar, Salmo trutta

     

    Il-marda virali tal-erpete tal-koi

    E

    Il-varjetajiet kollha u s-subspeċijiet tal-Cyprinus carpio, u Cyprinus carpio ibridi eż. Cyprinus carpio × Carassius auratus, Cyprinus carpio × Carassius carassius

    Carassius auratus, Ctenopharyngodon idella

    L-infezzjoni bil-Mikrocytos mackini

    A+D+E

    Crassostrea gigas, Crassostrea sikamea, Ostrea edulis

     

    L-infezzjoni bil-Perkinsus marinus

    A+D+E

    Crassostrea gigas, Crassostrea virginica

    Brachyura spp., Cherax destructor, Homarus gammarus, Macrobrachium rosenbergii, Palinurus spp., Penaeus indicus, Penaeus japonicus, Penaeus kerathurus, Penaeus stylirostris, Penaeus vannamei, Portunus puber, Scylla serrata

    L-infezzjoni bil-Bonamia exitiosa

    C+D+E

    Crassostrea ariakensis, Crassostrea virginica, Ostrea puelchana, Ostrea angasi, Ostrea chilensis, Ostrea equestris, Ostrea edulis, Ostrea lurida

    Crassostrea angulata, Crassostrea gigas, Crassostrea virginica

    L-infezzjoni bil-Bonamia ostreae

    C+D+E

    Crassostrea ariakensis, Ostrea chilensis, Ostrea edulis

    Cerastoderma edule, Donax trunculus, Mya arenaria, Mercenaria mercenaria, Meretrix lusoria, Pecten maximus, Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Venerupis aurea, Venerupis pullastra, Venus verrucosa

    L-infezzjoni bil-Marteilia refringens

    C+D+E

    Ostrea angasi, Ostrea chilensis, Ostrea edulis, Ostrea puelchana

    Cerastoderma edule, Donax trunculus, Mya arenaria, Mercenaria mercenaria, Meretrix lusoria, Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Venerupis aurea, Venerupis pullastra, Venus verrucosa

    L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome Taura

    A+D+E

    Metapenaeus ensis, Penaeus aztecus, Penaeus monodon, Penaeus setiferus, Penaeus stylirostris, Penaeus vannamei

    Atrina spp., Buccinum undatum, Brachyura spp., Cherax destructor, Crassostrea angulata, Cerastoderma edule, Crassostrea gigas, Crassostrea virginica, Donax trunculus, Haliotis discus hannai, Haliotis tuberculata, Homarus gammarus, Littorina littorea, Macrobrachium rosenbergii, Mercenaria mercenaria, Meretrix lusoria, Mya arenaria, Mytilus edulis, Mytilus galloprovincialis, Octopus vulgaris, Ostrea edulis, Palinurus spp, Portunus puber, Pecten maximus, Penaeus indicus, Penaeus japonicus, Penaeus kerathurus Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Scylla serrata, Sepia officinalis, Strombus spp., Venerupis aurea, Venerupis pullastra, Venus verrucosa

    L-infezzjoni bil-virus tar-ras safra

    A+D+E

    Metapenaeus affinis, Penaeus monodon, Palaemonetes pugio, Penaeus stylirostris, Penaeus vannamei

    Atrina spp., Buccinum undatum, Crassostrea angulata, Cerastoderma edule, Crassostrea gigas, Crassostrea virginica, Donax trunculus, Haliotis discus hannai, Haliotis tuberculata, Littorina littorea, Mercenaria mercenaria, Meretrix lusoria, Mya arenaria, Mytilus edulis, Mytilus galloprovincialis, Octopus vulgaris, Ostrea edulis, Pecten maximus, Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Sepia officinalis, Strombus spp., Venerupis aurea, Venerupis pullastra, Venus verrucosa

    L-infezzjoni bil-virus tas-sindrome tal-ponot bojod

    C+D+E

    Il-krustaċji kollha (ordni Decapoda)

    Atrina spp., Buccinum undatum, Crassostrea angulata, Cerastoderma edule, Crassostrea gigas, Crassostrea virginica, Donax trunculus, Haliotis discus hannai, Haliotis tuberculata, Littorina littorea, Mercenaria mercenaria, Meretrix lusoria, Mya arenaria, Mytilus edulis, Mytilus galloprovincialis, Octopus vulgaris, Ostrea edulis, Pecten maximus, Ruditapes decussatus, Ruditapes philippinarum, Sepia officinalis, Strombus spp., Venerupis aurea, Venerupis pullastra, Venus verrucosa


    Top