Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0799

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/799 tal-20 ta’ Mejju 2022 li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi

    C/2022/3212

    ĠU L 143, 23.5.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
    ĠU L 143, 23.5.2022, p. 1–3 (EL)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/799/oj

    23.5.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 143/1


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/799

    tal-20 ta’ Mejju 2022

    li jikkoreġi l-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2018 dwar l-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 715/2007 u (KE) Nru 595/2009 u li jħassar id-Direttiva 2007/46/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 24(4), 28(3) u 36(4) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Il-verżjoni bil-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 (2) fiha żball ripetittiv, terminu żbaljat fil-punti 6.2.3, 6.2.3.1, 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness I; fil-Parti I, A. il-Kategoriji M u N, il-punti 6.2.3, 6.2.3.1, 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness II; fil-Part I, B. il-Kategorija O, il-punti 6.2.4 u 6.2.4.1 tal-Anness II; fl-Appendiċi 1, il-Kategorija M2, M3, N2, N3, il-punt 33 tal-Anness III; fl-Appendiċi, il-Mudell B — il-Parti 2, il-Kategoriji ta’ Vetturi M2, M3, N2 u N3, il-punt 33 tal-Anness VIII u fl-Appendiċi, il-Mudell C2 — il-Parti 2, il-Kategoriji ta’ Vetturi M2, M3, N2 u N3, il-punt 33 tal-Anness VIII li jbiddel it-tifsira ta’ dawn id-dispożizzjonijiet.

    (2)

    Il-verżjoni tal-lingwa Griega tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/683 għalhekk jenħtieġ li tiġi kkoreġuta skont dan. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati.

    (3)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur (TCMV),

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    (Ma japplikax għal-lingwa Maltija.)

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, l-20 ta’ Mejju 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 151, 14.6.2018, p. 1.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/683 tal-15 ta’ April 2020 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2018/858 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rekwiżiti amministrattivi għall-approvazzjoni u s-sorveljanza tas-suq ta’ vetturi bil-mutur u t-trejlers tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsubin għat-tali vetturi (ĠU L 163, 26.5.2020, p. 1).


    Top