This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0786
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/786 of 10 February 2022 amending Commission Delegated Regulation (EU) 2015/61 to supplement Regulation (EU) No 575/2013 of the European Parliament and the Council with regard to liquidity coverage requirement for credit institutions (Text with EEA relevance)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/786 tal-10 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/786 tal-10 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/722
ĠU L 141, 20.5.2022, pp. 1–5
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
20.5.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 141/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/786
tal-10 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 460 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Jenħtieġ li r-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (2) jiġi emendat biex jippermetti aħjar lill-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti li jikkonformaw, minn naħa waħda, mar-rekwiżit ġenerali ta’ kopertura tal-likwidità għal perjodu ta’ tensjoni ta’ 30 jum tal-kalendarju, stabbilit fl-Artikolu 4(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat, u min-naħa l-oħra, mar-rekwiżit tar-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura taż-żamma ta’ assi likwidi biex ikopru l-flussi ta’ ħruġ netti tal-likwidità matul il-180 jum li jmiss, stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3). Sabiex jiġu ċċarati xi wħud mir-regoli eżistenti u biex it-test tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jiġi allinjat mad-definizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fid-Direttiva (UE) 2019/2162, kien hemm bżonn ta’ xi bidliet addizzjonali. |
|
(2) |
Ir-rekwiżit ġenerali ta’ kopertura tal-likwidità stabbilit fl-Artikolu 4(1) tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u r-rekwiżit tar-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura stabbilit fl-Artikolu 16 tad-Direttiva (UE) 2019/2162 jirriżultaw f’obbligu għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu li joħorġu l-bonds koperti li jżommu ċertu ammont ta’ assi likwidi għall-istess perjodu ta’ 30 jum kalendarju. Madankollu, l-istituzzjonijiet ta’ kreditu ma għandux ikollhom obbligu li jkopru l-istess flussi ta’ ħruġ b’assi likwidi differenti għall-istess perjodu. Sabiex jiġi indirizzat din it-trikkib, jenħtieġ li tiġi introdotta emenda ġdida għall-kriterju tal-piż reali skont ir-rekwiżit ġenerali ta’ kopertura tal-likwidità. Din l-emenda, flimkien mad-dispożizzjonijiet diġà fis-seħħ fl-Artikolu 7 tar-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u li għadhom applikabbli fil-każ ta’ assi segregati tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, tindirizza sitwazzjonijiet fejn assi segregati qed jissodisfaw il-kriterji biex jiġu rikonoxxuti bħala mhux vinkolati b’mod prudenzjalment sod. Din l-emenda l-ġdida tittratta l-assi likwidi miżmuma bħala parti mir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura bħala mhux vinkolati sal-ammont ta’ flussi ta’ ħruġ netti tal-likwidità li jirriżultaw mill-programm assoċjat ta’ bonds koperti. |
|
(3) |
Barra minn hekk, f’xi Stati Membri japplikaw mudelli speċifiċi ta’ ħruġ ta’ bonds koperti, ikkaratterizzati minn rekwiżiti legali speċifiċi imposti fuq emittenti ta’ bonds koperti biex jipproteġu lill-investituri u jmorru lil hinn minn dawk elenkati fid-Direttiva (UE) 2019/2162. Dawk l-emittenti ta’ bonds koperti li huma soġġetti għal tali rekwiżiti legali speċifiċi jwettqu attivitajiet simili ta’ ħruġ ta’ bonds koperti minn emittenti oħra ta’ bonds koperti fl-UE, u bħala konsegwenza għandhom profil simili ta’ riskju tal-likwidità. Huma jipprovdu wkoll livell għoli ta’ protezzjoni għall-emittenti ta’ bonds koperti b’mod partikolari permezz tar-rikors għal sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorja għall-ħruġ tal-programmi ta’ bonds koperti tagħhom. Madankollu, l-assi kollha ta’ dawn l-emittenti ta’ bonds koperti jkunu marbuta ma’ aggregazzjonijiet ta’ kopertura u għalhekk jitqiesu vinkolati, u b’hekk isiru indisponibbli u ineliġibbli għall-fini tar-riżerva ta’ likwidità tal-proporzjon ta’ kopertura tal-likwidità (LCR). Dik is-sitwazzjoni twassal biex dawk l-emittenti ta’ bonds koperti jiksru r-rekwiżit tal-LCR tagħhom stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013 u r-Regolament Delegat (UE) 2015/61 u b’hekk toħloq kundizzjonijiet mhux ekwi bejn l-emittenti minkejja s-similarità tal-profil prudenzjali tagħhom. Sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sovrakollateralizzazzjoni obbligatorja u mhux obbligatorja għall-fini tal-ħruġ ta’ programm ta’ bonds koperti, dawk l-emittenti ta’ bonds koperti huma ristretti operazzjonalment li joħorġu dejn subordinat. Il-fluss ta’ ħruġ tal-likwidità netta ġenerali ta’ dawk l-emittenti huwa ogħla mill-fluss ta’ ħruġ nett tal-likwidità li jirriżulta mill-bonds koperti uniċi maħruġa. F’dan il-kuntest, jenħtieġ li jiġu introdotti emendi addizzjonali biex f’xi sitwazzjonijiet speċifiċi u limitati jkunu jistgħu jiġu rikonoxxuti bħala mhux vinkolati l-assi miżmuma fl-aggregazzjoni ta’ kopertura sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti ta’ sovrakollateralizzazzjoni mhux obbligatorji. Sabiex jiġi żgurat li tali estensjoni tar-rikonoxximent tal-assi miżmuma f’aggregazzjoni ta’ kopertura bħala mhux vinkolata tkun prudenzjalment soda u konsistenti mar-rekwiżiti tal-LCR, l-emittenti ta’ bonds koperti jenħtieġ li jissodisfaw diversi kundizzjonijiet. B’mod partikolari, huma biss dawk li joħorġu bonds koperti li huma obbligati bis-saħħa ta’ rekwiżit legali tal-liġi nazzjonali li jorbtu l-assi kollha tagħhom ma’ ħruġ ta’ bonds koperti li jistgħu jibbenefikaw minn dik id-dispożizzjoni, sal-volum tal-assi meħtieġa biex jintlaħaq il-fluss ta’ ħruġ nett totali tal-likwidità tal-emittent tal-bonds koperti. |
|
(4) |
Barra minn hekk, huwa meħtieġ li jiġu stabbiliti regoli ta’ monetizzazzjoni għall-valutazzjoni tal-assi likwidi miżmuma f’riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura. |
|
(5) |
Filwaqt li jitqiesu r-rakkomandazzjonijiet li saru mill-Awtorità Bankarja Ewropea (EBA) fir-rapport tagħha tal-20 ta’ Diċembru 2013 (4), imħejji skont l-Artikolu 509(3) u (5) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, it-tipi kollha ta’ bonds maħruġa jew garantiti mill-gvernijiet ċentrali u l-banek ċentrali tal-Istati Membri kif ukoll dawk maħruġa jew garantiti minn banek multilaterali tal-iżvilupp u organizzazzjonijiet internazzjonali għandhom jingħataw status tal-livell 1. Fir-rapport tal-EBA twettqet analiżi empirika u kwalitattiva dwar il-likwidità u l-kwalità kreditizja għolja jew estremament għolja ta’ tali bonds u r-rapport jikkonkludi li dawk il-bonds jissodisfaw l-istandards ta’ Basel f’termini ta’ likwidità u kwalità kreditizja għolja Għalhekk, bonds maħruġa minn aġenziji uffiċjali ta’ kreditu għall-esportazzjoni, irrispettivament mill-istruttura organizzattiva ta’ dawk l-aġenziji, għandhom jiġu kkwalifikati bħala “assi likwidi” u konsegwentement jingħataw status ta’ livell 1. |
|
(6) |
Uħud mill-kundizzjonijiet għat-trattament preferenzjali ta’ skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti stabbiliti fl-Artikolu 129 tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 ġew emendati bir-Regolament (UE) 2019/2160 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5). Referenzi għal dak l-Artikolu fir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
|
(7) |
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 jenħtieġ għalhekk li jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Dan ir-Regolament għandu jiġi applikat flimkien mad-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/2162 u mar-Regolament (UE) Nru 575/2013, kif emendat bir-Regolament (UE) 2019/2160. Sabiex tiġi żgurata l-applikazzjoni konsistenti tal-qafas il-ġdid li jistabbilixxi l-karatteristiċi strutturali għall-ħruġ ta’ bonds koperti u r-rekwiżiti emendati għal trattament preferenzjali, id-data tal-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li tkun l-istess bħad-data li minnha l-Istati Membri għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet tal-liġi nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva (UE) 2019/2162, u bħad-data tal-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2019/2160, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament Delegat (UE) 2015/61 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 3, jiżdiedu l-punti (13) sa (16) li ġejjin:
(*1) Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).” " |
|
(2) |
L-Artikolu 7 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 8(4), jiżdied it-tielet subparagrafu li ġej: “Għall-assi likwidi miżmuma f’riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura, ir-rekwiżit stabbilit fl-ewwel subparagrafu għandu jitqies bħala ssodisfat, meta l-istituzzjoni ta’ kreditu regolarment, u mill-inqas darba fis-sena, timmonetizza assi likwidi li jikkostitwixxu kampjun rappreżentattiv biżżejjed tal-parteċipazzjonijiet tagħha ta’ assi fir-riżerva ta’ likwidità tal-aggregazzjoni ta’ kopertura mingħajr ma jkollha għalfejn tkun parti minn dik ir-riżerva ta’ kapital.”; |
|
(4) |
fl-Artikolu 10(1), il-punt (f) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(5) |
fl-Artikolu 11, il-paragrafu 1 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 12(1), il-punt (e) għandu jiġi emendat kif ġej:
|
|
(7) |
fl-Artikolu 28, il-paragrafu 3 jiġi emendat kif ġej:
|
|
(8) |
L-Artikolu 32 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mit-8 ta’ Lulju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1).
(3) Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29).
(4) Ir-rapport tal-EBA tal-20 ta’ Diċembru 2013 dwar definizzjonijiet uniformi xierqa ta’ assi likwidi ta’ kwalità għolja ħafna (estremament HQLA) u assi likwidi ta’ kwalità għolja (HQLA) u dwar rekwiżiti operazzjonali għal assi likwidi skont l-Artikolu 509(3) u (5) CRR.
(5) Ir-Regolament (UE) 2019/2160 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 fir-rigward ta’ skoperturi fil-forma ta’ bonds koperti (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 1).