This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0682
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/682 of 25 February 2022 amending Regulation (EU) 2018/196 of the European Parliament and of the Council on additional customs duties on imports of certain products originating in the United States of America
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/682 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/682 tal-25 ta’ Frar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
C/2022/1111
ĠU L 126, 29.4.2022, p. 4–6
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
29.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 126/4 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/682
tal-25 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-7 ta’ Frar 2018 dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 3(3) tiegħu,
Billi:
(1) |
Minħabba n-nuqqas tal-Istati Uniti li jġibu l-Att dwar il-Kumpens għall-Persistenza tad-Dumping u għaż-Żamma tas-Sussidji (“CDSOA”, Continued Dumping and Subsidy Offset Act) konformi mal-obbligi tagħhom skont il-ftehimiet tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (“WTO”, World Trade Organization), dazju doganali addizzjonali ad valorem ta’ 4,3 % ġie impost fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka skont ir-Regolament (UE) 2018/196. F’konformità mal-awtorizzazzjoni tad-WTO biex tiġi sospiża l-applikazzjoni tal-konċessjonijiet għall-Istati Uniti, il-Kummissjoni se taġġusta ta’ kull sena l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara kkawżat mis-CDSOA fuq l-Unjoni f’dak iż-żmien. Fl-2021, il-livell ta’ sospensjoni ġie aġġustat għal 0,1 % tad-dazju doganali addizzjonali ad valorem u r-Regolament (UE) 2018/196 ġie emendat skont dan (2). |
(2) |
L-iżborżi mis-CDSOA għall-aktar sena reċenti li għaliha teżisti data disponibbli jirrigwardaw id-distribuzzjoni ta’ dazji anti-dumping u kumpensatorji miġbura matul is-Sena Fiskali 2020 (l-1 ta’ Ottubru 2020 sat-30 ta’ Settembru 2021). Abbażi tad-data ppubblikata mis-Servizz tad-Dwana u tal-Protezzjoni tal-Fruntieri tal-Istati Uniti, il-livell ta’ annullament jew ta’ ħsara kkawżat lill-Unjoni huwa kkalkulat li jammonta għal USD 3 095,94. |
(3) |
Il-livell ta’ annullament jew ta’ ħsara u konsegwentement, ta’ sospensjoni, naqas. Madankollu, il-livell ta’ sospensjoni ma jistax jiġi aġġustat għal-livell ta’ annullament jew ta’ ħsara billi jiżdiedu jew jitneħħew prodotti mil-lista fl-Anness I tar-Regolament (UE) 2018/196. B’konsegwenza ta’ hekk, f’konformità mal-Artikolu 3(1)(e) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-Kummissjoni ma tibdilx il-lista ta’ prodotti fl-Anness I u temenda r-rata tad-dazju addizzjonali sabiex taġġusta l-livell ta’ sospensjoni għal-livell ta’ tixjin jew ħsara. Għalhekk jenħtieġ li l-erba’ prodotti elenkati fl-Anness I jinżammu fil-lista u jenħtieġ li r-rata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali tiġi emendata u stabbilita għal 0,001 %. |
(4) |
L-effett ta’ dazju tal-importazzjoni addizzjonali ad valorem ta’ 0,001 % fuq l-importazzjonijiet mill-Istati Uniti tal-prodotti fl-Anness I jirrappreżenta, fuq tul ta’ sena, valur ta’ kummerċ li ma jaqbiżx USD 3 095,94. |
(5) |
Biex ikun żgurat li ma jkun hemm l-ebda dewmien fl-applikazzjoni tar-rata emendata tad-dazju tal-importazzjoni addizzjonali, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu. |
(6) |
Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2018/196 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Artikolu 2 tar-Regolament (UE) 2018/196 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“Artikolu 2
Dazju ad valorem ta’ 0,001 % addizzjonali għad-dazju doganali applikabbli skont ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*1) għandu jiġi impost fuq il-prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti elenkati fl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Għandu japplika mill-1 ta’ Mejju 2022.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2021/704 tas-26 ta’ Frar 2021 li jemenda r-Regolament (UE) 2018/196 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar dazji doganali addizzjonali fuq importazzjonijiet ta’ ċerti prodotti li joriġinaw mill-Istati Uniti tal-Amerka (ĠU L 146, 29.4.2021, p. 70).
ANNESS
“ANNESS I
Il-prodotti li fuqhom għandhom japplikaw dazji tal-importazzjoni addizzjonali huma identifikati permezz tal-kodiċijiet NM bi tmien ċifri. Id-deskrizzjoni tal-prodotti kklassifikati taħt dawn il-kodiċijiet tinsab fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 (1).
0710 40 00 |
|
Ex90031900 |
‘Frames u montaturi ta’ metall ta’ valur baxx’ |
8705 10 00 |
|
6204 62 31 |
|
(1) Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta’ Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta’ Dwana (ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1).