Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0663

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/663 tal-21 ta’ April 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-volum tal-kwota tar-rata tariffarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj

    C/2022/2380

    ĠU L 121, 22.4.2022, p. 9–11 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/663/oj

    22.4.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 121/9


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/663

    tal-21 ta’ April 2022

    li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 fir-rigward tal-volum tal-kwota tar-rata tariffarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 187, l-ewwel paragrafu, il-punt (a) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 (2) jistabbilixxi regoli għall-ġestjoni tal-kwoti tariffarji tal-importazzjoni u tal-esportazzjoni għall-prodotti agrikoli ġestiti minn sistema ta’ liċenzji ta’ importazzjoni u ta’ esportazzjoni u li jissostitwixxi u jħassar ċertu numru ta’ atti li fetħu dawn il-kwoti u jipprevedi regoli speċifiċi.

    (2)

    Wara l-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u tal-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) mill-Unjoni, l-Unjoni u r-Renju Unit innotifikaw lill-Membri l-oħra tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ (WTO) li l-livelli attwali tagħhom ta’ aċċess għas-suq se jinżammu permezz tat-tqassim tal-kwoti tar-rati tariffarji tal-Unjoni bejn l-Unjoni u r-Renju Unit. Il-metodoloġija għal dak it-tqassim, kif ukoll il-volumi tal-EU-27, huma stabbiliti fir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3).

    (3)

    Madankollu, il-kwoti tar-rati tariffarji tal-Unjoni li mhumiex parti mill-iskeda tad-WTO tal-Unjoni ma kellhomx jitqassmu.

    (4)

    Madankollu, il-kwota tariffarja tal-importazzjoni ta’ 1 000 tunnellata, miftuħa abbażi tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 (4) u espressa f’piż tal-prodott, ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja friska, imkessħa jew iffriżata, li mhijiex parti mill-iskeda tad-WTO tal-Unjoni, ġiet imqassma ħażin bir-Regolament (UE) 2019/216. Il-volum tagħha tnaqqas bi żball b’applikazzjoni mill-1 ta’ Jannar 2021.

    (5)

    Ir-Regolament (UE) 2022/111 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) emenda l-Parti A tal-Anness tar-Regolament (UE) 2019/216 billi ħassar ir-ringiela dwar il-kwota tariffarja għal-laħam ta’ kwalità għolja tal-annimali bovini, frisk, imkessaħ jew iffriżat, li joriġina mill-Paragwaj, mill-lista tal-kwoti mqassma.

    (6)

    Huwa meħtieġ li terġa’ tiġi stabbilita l-kwantità oriġinali tal-kwota tariffarja għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj bin-numru tal-ordni 09.4455 fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761.

    (7)

    Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 jiġi emendat skont dan.

    (8)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat għall-Organizzazzjoni Komuni tas-Swieq Agrikoli,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761 huwa emendat f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fis-seba’ jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ April 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/761 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jistabbilixxi regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) Nru 1306/2013, (UE) Nru 1308/2013 u (UE) Nru 510/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tas-sistema ta’ ġestjoni tal-kwoti tariffarji bil-liċenzji (ĠU L 185, 12.6.2020, p. 24).

    (3)  Ir-Regolament (UE) 2019/216 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Jannar 2019 dwar it-tqassim tal-kwoti tariffarji inklużi fl-iskeda tad-WTO tal-Unjoni wara l-ħruġ tar-Renju Unit mill-Unjoni, u li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 32/2000 (ĠU L 38, 8.2.2019, p. 1).

    (4)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1149/2002 tas-27 ta’ Ġunju 2002 li jiftaħ kwota awtonoma għall-importazzjonijiet ta’ laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja (ĠU L 170, 29.6.2002, p. 13).

    (5)  Ir-Regolament (UE) 2022/111 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-25 ta’ Jannar 2022 li jemenda r-Regolament (UE) 2019/216 fir-rigward tal-kwota tariffarja tal-Unjoni għal-laħam taċ-ċanga ta’ kwalità għolja mill-Paragwaj (ĠU L 19, 28.1.2022, p. 1).


    ANNESS

    Fl-Anness VIII tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/761, ir-ringiela “Kwantità f’Kg” fit-tabella relatata mal-kwota tariffarja bin-numru tal-ordni 09.4455 hija sostitwita b’dan li ġej:

    Kwantità f’Kg

    1 000 000 kg ta’ laħam mingħajr għadam”


    Top