This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022R0648
Commission Delegated Regulation (EU) 2022/648 of 15 February 2022 amending Annex XI to Regulation (EU) 2021/2115 of the European Parliament and of the Council as regards the amount of Union support for types of intervention for rural development for financial year 2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/648 tal-15 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali fis-sena finanzjarja 2023
Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/648 tal-15 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali fis-sena finanzjarja 2023
C/2022/842
ĠU L 119, 21.4.2022, pp. 1–4
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
|
21.4.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/1 |
REGOLAMENT DELEGAT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/648
tal-15 ta’ Frar 2022
li jemenda l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-ammonti tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali fis-sena finanzjarja 2023
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2021/2115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-2 ta’ Diċembru 2021 li jistabbilixxi regoli dwar l-appoġġ għall-pjanijiet strateġiċi li għandhom jitfasslu mill-Istati Membri skont il-Politika Agrikola Komuni (Pjanijiet Strateġiċi tal-PAK) u ffinanzjati mill-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u mill-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) u li jħassar ir-Regolamenti (UE) Nru 1305/2013 u (UE) Nru 1307/2013 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 89(4) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-Artikolu 11(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2), l-Istati Membri għandhom inaqqsu l-ammont ta’ pagamenti diretti li għandhom jingħataw lill-bdiewa skont il-Kapitolu 1 tat-Titolu III ta’ dak ir-Regolament, għal sena kalendarja partikolari, b’mill-inqas 5 % għall-parti tal-ammont li taqbeż il-EUR 150 000. F’konformità mal-Artikolu 7(2) ta’ dak ir-Regolament, il-prodott stmat tat-tnaqqis għandu jsir disponibbli bħala appoġġ addizzjonali għall-miżuri skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR). |
|
(2) |
F’konformità mar-raba’ subparagrafu tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, l-Istati Membri nnotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni meħuda dwar it-tnaqqis tal-ammont tal-pagamenti diretti u l-prodott stmat tat-tnaqqis li jirriżulta għas-sena kalendarja 2022. In-notifiki tal-Bulgarija, taċ-Ċekja, tad-Danimarka, tal-Estonja, tal-Irlanda, tal-Greċja, ta’ Spanja, tal-Italja, tal-Latvja, tal-Ungerija, tan-Netherlands, tal-Polonja, tal-Portugall, tas-Slovakkja u tal-Finlandja indikaw prodott stmat tat-tnaqqis akbar minn żero. |
|
(3) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(1) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Belġju, iċ-Ċekja, id-Danimarka, il-Ġermanja, il-Greċja, Franza, il-Latvja u n-Netherlands innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom li jittrasferixxu għas-sena kalendarja 2022 ċertu perċentwal tal-limiti massimi nazzjonali annwali tagħhom għall-pagamenti diretti bħala appoġġ addizzjonali ffinanzjat skont il-FAEŻR għas sena finanzjarja 2023. |
|
(4) |
F’konformità mas-seba’ subparagrafu tal-Artikolu 14(2) tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013, il-Kroazja, il-Lussemburgu, l-Ungerija, Malta, il-Polonja, u l-Portugall innotifikaw lill-Kummissjoni sal-1 ta’ Awwissu 2021 dwar id-deċiżjoni tagħhom biex jagħmlu disponibbli, bħala pagamenti diretti għas-sena kalendarja 2022, ċertu ammont tal-allokazzjoni tal-FAEŻR tagħhom għas-sena finanzjarja 2023. |
|
(5) |
Abbażi ta’ dawk in-notifiki, l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 ġew emendati fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 bir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 (3). |
|
(6) |
Id-diżaggregazzjoni annwali, skont l-Istat Membru, tal-kontribuzzjoni tal-FAEŻR għall-Pjan Strateġiku tal-PAK u t-total ta’ dik il-kontribuzzjoni għall-perjodu mill-2023 sal-2027 huwa stabbilit fl-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 jiġi emendat skont dan. |
|
(8) |
Peress li l-emendi magħmula b’dan ir-Regolament jaffettwaw l-applikazzjoni tar-Regolament (UE) 2021/2115 għas-sena 2023, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XI tar-Regolament (UE) 2021/2115 huwa sostitwit bit-test fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 435, 6.12.2021, p. 1.
(2) Ir-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 li jistabbilixxi regoli għal pagamenti diretti lill-bdiewa taħt skemi ta’ appoġġ fil-qafas tal-politika agrikola komuni u li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 637/2008 u r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 73/2009 (ĠU L 347, 20.12.2013, p. 608).
(3) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2022/42 tat-8 ta’ Novembru 2021 li jemenda l-Annessi II u III tar-Regolament (UE) Nru 1307/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-limiti massimi nazzjonali u tal-limiti massimi netti għall-pagamenti diretti għal ċerti Stati Membri għas-sena kalendarja 2022 (ĠU L 9, 14.1.2022, p. 3).
ANNESS
“ANNESS XI
Diżaggregazzjoni tal-appoġġ mill-Unjoni għat-tipi ta’ intervent għall-iżvilupp rurali (2023 sal-2027) imsemmija fl-Artikolu 89(3)
|
(prezzijiet attwali, f’EUR) |
||||||
|
Stat Membru |
2023 |
2024 |
2025 |
2026 |
2027 |
Total 2023–2027 |
|
Il-Belġju |
105 730 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
82 800 894 |
436 934 470 |
|
Il-Bulgarija |
282 979 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
282 162 644 |
1 411 630 220 |
|
Iċ-Ċekja |
267 027 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
259 187 708 |
1 303 778 540 |
|
Id-Danimarka |
155 982 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
75 934 060 |
459 718 300 |
|
Il-Ġermanja |
1 485 615 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
1 092 359 738 |
5 855 054 690 |
|
L-Estonja |
88 031 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
88 016 648 |
440 098 240 |
|
L-Irlanda |
311 641 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
311 640 628 |
1 558 204 140 |
|
Il-Greċja |
651 491 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
556 953 600 |
2 879 306 000 |
|
Spanja |
1 081 552 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
1 080 382 825 |
5 403 084 125 |
|
Franza |
2 007 185 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
1 459 440 070 |
7 844 945 350 |
|
Il-Kroazja |
268 849 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
297 307 401 |
1 458 079 005 |
|
L-Italja |
1 355 321 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
1 349 921 375 |
6 755 006 875 |
|
Ċipru |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
23 770 514 |
118 852 570 |
|
Il-Latvja |
142 745 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
117 495 173 |
612 725 865 |
|
Il-Litwanja |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
195 495 162 |
977 475 810 |
|
Il-Lussemburgu |
11 626 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
12 310 644 |
60 869 220 |
|
L-Ungerija |
384 539 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
416 869 149 |
2 052 015 745 |
|
Malta |
19 334 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
19 984 497 |
99 272 485 |
|
In-Netherlands |
180 985 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
73 268 369 |
474 058 845 |
|
L-Awstrija |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
520 024 752 |
2 600 123 760 |
|
Il-Polonja |
1 004 581 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
1 320 001 539 |
6 284 587 695 |
|
Il-Portugall |
455 630 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
540 550 620 |
2 617 833 100 |
|
Ir-Rumanija |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
967 049 892 |
4 835 249 460 |
|
Is-Slovenja |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
110 170 192 |
550 850 960 |
|
Is-Slovakkja |
260 599 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
259 077 909 |
1 296 911 545 |
|
Il-Finlandja |
354 551 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
354 549 956 |
1 772 751 780 |
|
L-Iżvezja |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
211 889 741 |
1 059 448 705 |
|
Total tal-UE-27 |
12 904 404 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
12 078 615 700 |
61 218 867 500 |
|
Assistenza teknika (0,25 %) |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
30 272 220 |
151 361 100 |
|
Total |
12 934 676 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
12 108 887 920 |
61 370 228 600 |