Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0593

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/593 tal-1 ta’ Marzu 2022 li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1194

ĠU L 114, 12.4.2022, p. 44–47 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/593/oj

12.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 114/44


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/593

tal-1 ta’ Marzu 2022

li jikkonċerna l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea bħala addittiv tal-għalf għal ċerti speċijiet tal-annimali

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2).

(2)

Iż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea kien awtorizzat mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Sussegwentement, dan l-addittiv iddaħħal fir-Reġistru tal-addittivi fl-għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(3)

F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-evalwazzjoni mill-ġdid taż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea għall-ispeċijiet kollha ta’ annimali.

(4)

L-applikant talab biex l-addittiv jiġi kklassifikat fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u fil-grupp funzjonali “komposti aromatizzanti”. Flimkien ma’ dik l-applikazzjoni ntbagħtu d-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(5)

L-applikant talab li ż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea jiġi awtorizzat ukoll għall-użu fl-ilma tax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni tal-“komposti tat-togħma” għall-użu fl-ilma tax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li ma jkunx permess l-użu taż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea fl-ilma tax-xorb.

(6)

Fl-opinjoni tagħha tal-5 ta’ Mejju 2021 (3), l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li, fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti, iż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea ma għandux effetti negattivi fuq saħħet l-annimali, fuq saħħet il-bniedem, jew fuq l-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li jenħtieġ li ż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea jitqies bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzatur respiratorju u tal-ġilda. Għalhekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa sabiex jiġu evitati effetti negattivi fuq is-saħħa tal-bniedem, b’mod partikolari fir-rigward tal-utenti tal-addittiv.

(7)

L-awtorità kkonkludiet ukoll li ż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea huwa rikonoxxut li jagħti togħma lill-ikel u li l-funzjoni tiegħu fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel. Għalhekk, l-ebda dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja ma hija meqjusa meħtieġa. L-Awtorità vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodi ta’ analiżi tal-addittiv tal-għalf fl-għalf, li ġie ppreżentat mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003.

(8)

Il-valutazzjoni tal-preparazzjoni taż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea turi li l-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni, kif previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, huma ssodisfati. Għalhekk, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dik is-sustanza kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(9)

Jenħtieġ li jiġu previsti ċerti kundizzjonijiet għal iktar kontroll. Partikolarment, jenħtieġ li jkun indikat kontenut rakkomandat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta dan il-kontenut jinqabeż, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tkun indikata fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel.

(10)

Il-fatt li ż-żejt essenzjali tal-frotta tal-litsea mhuwiex awtorizzat għall-użu bħala sustanza li tagħti t-togħma fl-ilma tax-xorb, ma jipprekludix l-użu tiegħu fl-għalf kompost li jingħata bl-ilma.

(11)

Billi l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki fil-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanza kkonċernata mhijiex meħtieġa minħabba raġunijiet ta’ sikurezza, huwa xieraq li jingħata perjodu tranżizzjonali biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom biex jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni.

(12)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Awtorizzazzjoni

Is-sustanza speċifikata fl-Anness, li tifforma parti mill-kategorija ta’ addittivi “addittivi sensorjali” u mill-grupp funzjonali “sustanzi li jagħtu t-togħma”, hija awtorizzata bħala addittiv fin-nutrizzjoni tal-annimali, soġġetta għall-kundizzjonijiet stipulati f’dak l-Anness.

Artikolu 2

Miżuri tranżizzjonali

1.   Is-sustanza speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom dawn is-sustanzi, li huma prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ Novembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jiġu kkummerċjalizzati u jintużaw sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

2.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ Mejju 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

3.   L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel it-2 ta’ Mejju 2024 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel it-2 ta’ Mejju 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti jekk ikunu maħsuba għall-annimali li jipproduċu l-ikel.

Artikolu 3

Dħul fis-seħħ

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara l-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-1 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE ta’ 23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1).

(3)  EFSA Journal 2021;19(6):6623.


ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħrajn

Tmiem il-perjodu tal-awtorizzazzjoni

mg ta’ sustanza attiva/kg tal-għalf sħiħ b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti li jagħtu t-togħma

2b491-eo

-

Żejt essenzjali tat-tuta tal-litsea

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali miksub mill-frott ta’ Litsea cubeba (Lour.) Pers.

Forma likwida

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali miksub permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mill-frott ta’ Litsea cubeba (Lour.) Pers. kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

Geranjal: 36-45 %

Neral: 25-35 %

Limonen: 9-15 %

Linalool: 0,4-3 %

Geranjol: 1-4 %

Numru CAS: 68855-99-2

Numru EINECS: 290-018-7

Numru FEMA: 3846

Numru CoE: 491

Metodu analitiku  (2)

Għall-identifikazzjoni tal-markatur fitokimiku Neral fl-addittiv tal-għalf jew f’taħlita ta’ komposti tat-togħma:

Kromatografija b’fażi gassuża/spettrometrija tal-massa b’illokkjar tal-ħin ta’ retenzjoni (RTL-GC-MS).

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ tal-bajd

Dundjani tas-simna

Ħnieżer tas-simna

Qżieqeż

Ħnieżer li jreddgħu

Għoġġiela

Baqar tal-ħalib

Għoġġiela għas-simna

Nagħaġ/mogħoż

Żwiemel

Fniek

Salmonidi

Klieb

Qtates

Ħut ornamentali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jiġi inkorporat fl-għalf fl-għamla ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tabella tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rakkomandat tas-sustanza attiva għal kull kg ta’ għalf komplut b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

Tiġieġ tas-simna: 11 mg;

Tiġieġ li jbidu: 16 mg;

Dundjani tas-simna: 14 mg;

Ħnieżer tas-simna: 23 mg;

Qżieqeż: 19 mg;

Ħnieżer li jreddgħu: 28 mg;

Għoġġiela (sostitut tal-ħalib): 48 mg;

Bhejjem tal-ifrat tas-simna, nagħaġ, mogħoż u żwiemel: 43 mg;

Baqar tal-ħalib: 28 mg;

Fniek: 17 mg;

Salmonidi: 47 mg;

Klieb: 50 mg;

Qtates: 8,5 mg;

Ħut ornamentali: 125 mg”.

4.

Il-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont miżjud tas-sustanza attiva għandhom jiġu indikati fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel meta l-livell ta’ użu fuq it-tikketta tat-taħlita minn qabel ikun iwassal biex jinqabeż il-livell msemmi fil-punt 3.

5.

Għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, l-operaturi tan-negozju tal-għalf għandhom jistabbilixxu proċeduri operattivi u miżuri organizzattivi biex jindirizzaw ir-riskji potenzjali mill-inalazzjoni, mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Fejn dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu kemm jista’ jkun b’tali proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jinkludi protezzjoni għall-ġilda, għall-għajnejn u għan-nifs.

It-2 ta’ Mejju 2032


(1)  Natural sources of flavourings - Report No. 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


Top