Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0489

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/489 tal-25 ta’ Marzu 2022 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi flubendiammid, aċidu L-askorbiku, spinetoram u spirotetramat (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1748

ĠU L 100, 28.3.2022, p. 7–9 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/489/oj

28.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 100/7


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/489

tal-25 ta’ Marzu 2022

li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 fir-rigward tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi flubendiammid, aċidu L-askorbiku, spinetoram u spirotetramat

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-21 ta’ Ottubru 2009 dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti u li jħassar id-Direttivi tal-Kunsill 79/117/KEE u 91/414/KEE (1), u b’mod partikolari l-ewwel paragrafu, tal-Artikolu 17 tiegħu,

Billi:

(1)

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 (2) tistabbilixxi s-sustanzi attivi approvati skont ir-Regolament (KE) Nru 1107/2009.

(2)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 (3) estenda l-perjodu ta’ approvazzjoni tas-sustanza attiva spirotetramat mit-30 ta’ April 2024 sal-31 ta’ Lulju 2024, tal-ispinetoram u l-aċidu L-askorbiku mit-30 ta’ Ġunju 2024 sat-30 ta’ Settembru 2024 u tal-flubendiammid mill-31 ta’ Awwissu 2024 sat-30 ta’ Novembru 2024. L-estensjonijiet kienu meħtieġa minħabba li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 (4) avvanza d-data tas-sottomissjoni tad-dossiers b’appoġġ għat-tiġdid tal-approvazzjoni bi tliet (3) xhur. Għalhekk, kien meħtieġ li tinżamm id-data tas-sottomissjoni tad-dossier kif meħtieġ skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (5), filwaqt li l-applikanti jingħataw żmien biex iħejju u jissottomettu d-dossiers fil-format meħtieġ.

(3)

Fir-rigward tal-flubendiammid, tal-aċidu L-askorbiku, tal-ispinetoram u tal-ispirotetramat, ma tressqet l-ebda applikazzjoni għat-tiġdid tal-approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 5(1) tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1740 fi żmien tliet (3) snin qabel id-data tal-iskadenza rispettiva tal-approvazzjoni stabbilita fl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

(4)

L-estensjonijiet tal-perjodi ta’ approvazzjoni ta’ dawk is-sustanzi attivi, previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/2007, ma għadhomx iġġustifikati. Għalhekk jixraq li jiġi previst li l-approvazzjonijiet ta’ dawn is-sustanzi jiskadu fid-dati li kieku kienu jiskadu mingħajr l-estensjoni.

(5)

Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 huwa emendat f’konformita mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 309, 24.11.2009, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill f’dak li għandu x’jaqsam mal-lista ta’ sustanzi attivi approvati (ĠU L 153, 11.6.2011, p. 1).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/2007 tat-8 ta’ Diċembru 2020 li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 540/2011 f’dak li għandu x’jaqsam mal-estensjoni tal-perjodi ta’ approvazzjoni tas-sustanzi attivi 1-dekanol, 1,4-dimetilnaftalina, 6-benżiladenina, aċekinoċil, Adoxophyes orana granulovirus, sulfat tal-aluminju, amisulbrom, Aureobasidium pullulans (ir-razez DSM 14940 u DSM 14941), ażadiraktin, Bacillus pumilus QST 2808, benalaksil-M, bixafen, bupirimat, ir-razza O tal-Candida oleophila, klorantraniliprol, fosfonat tad-disodju, ditijanon, dodina, emamektin, flubendiammid, fluwometuron, fluksapirossad, flutriafol, eżitijażoss, imazamox, ipkonażol, isossaben, aċidu L-assorbiku, kubrit tal-ġir, żejt tal-larinġ, ir-razza FE9901 tal-Paecilomyces fumosoroseus, pendimethalin, penflufen, pentijopirad, fosfonati tal-potassju, prosulfuron, Pseudomonas sp. ir-razza DSMZ 13134, piridalil, pirjofenon, pirossulam, kinimerak, aċidu S-abxissiku, sedaxane, sintofen, tijosulfat tal-fidda u s-sodju, spinetoram, spirotetramat, Streptomyces lydicus tar-razza WYEC 108, tau-fluvalinat, tebufenożur, tembotrion, tijenkarbażon, valifenalat, fosfidu taż-żingu (ĠU L 414, 9.12.2020, p. 10).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1740 tal-20 ta’ Novembru 2020 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 (ĠU L 392, 23.11.2020, p. 20).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 844/2012 tat-18 ta’ Settembru 2012 li jistabbilixxi d-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-implimentazzjoni tal-proċedura ta’ tiġdid għas-sustanzi attivi, kif previst fir-Regolament (KE) Nru 1107/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar it-tqegħid fis-suq ta’ prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti (ĠU L 252, 19.9.2012, p. 26).


ANNESS

Il-Parti B tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 540/2011 hija emendata kif ġej:

(1)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 60, Spirotetramat, id-data tinbidel bid-data “30 ta’ April 2024”;

(2)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 66, Aċidu L-assorbiku, id-data tinbidel bid-data “30 ta’ Ġunju 2024”;

(3)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 67, Spinetoram, id-data tinbidel bid-data “30 ta’ Ġunju 2024”;

(4)

fis-sitt kolonna, Skadenza tal-approvazzjoni, tar-ringiela 74, Flubendiammid, id-data tinbidel bid-data “31 ta’ Awwissu 2024”;


Top