Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0385

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/385 tas-7 ta’ Marzu 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura dderivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/1312

ĠU L 78, 8.3.2022, p. 21–34 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/385/oj

8.3.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 78/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/385

tas-7 ta’ Marzu 2022

li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura dderivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb, u r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

Billi:

(1)

L-użu tat-tintura dderivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/421 għal (2) 10 snin.

(2)

L-użu taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, tal-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għad-dundjani tas-simna, għall-qżieqeż, għall-ħnieżer tas-simna, għall-ħnieżer nisa, għall-baqar tal-ħalib, għall-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), għall-bhejjem tal-ifrat tas-simna, għan-nagħaġ, għall-mogħoż, għaż-żwiemel, għall-fniek, għall-ħut u għall-annimali tad-dar, u l-użu tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 (3) għal 10 snin.

(3)

L-użu tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, taż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, tal-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/551 (4) għal 10 snin.

(4)

Fil-kolonna taħt “Dispożizzjonijiet oħrajn” tal-Annessi tar-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421, (UE) 2021/485 u (UE) 2021/551, iddaħħlet dispożizzjoni skorretta dwar it-tikkettar tal-kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanzi attivi fit-taħlitiet lesti minn qabel. Jenħtieġ li din id-dispożizzjoni tapplika biss għall-addittivi.

(5)

Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421, 2021/485 u 2021/551 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness kollu ta’ dawk ir-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit.

(6)

Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-għalf ikunu jistgħu jaddattaw it-tikkettar tal-addittivi u tal-għalf li jkun fih minnu għat-termini kkoreġuti tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

(7)

Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati b’rabta mat-termini tal-awtorizzazzjoni ta’ dawn l-addittivi, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

(8)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 huwa sostitwit bl-Anness I ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/485 huwa sostitwit bl-Anness II ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 3

L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/551 huwa sostitwit bl-Anness III ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 4

Is-sustanzi speċifikati fl-Annessi I, II u III, u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dawk is-sustanzi, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel id-9 ta’ Settembru 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel id-9 ta’ Marzu 2022 jistgħu jkomplu jitqiegħdu fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokks eżistenti.

Artikolu 5

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Marzu 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/421 tad-9 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tat-tintura derivata mill-Artemisia vulgaris L. (tintura tal-artemisja) bħala addittiv tal-għalf għall-ispeċijiet tal-annimali kollha (ĠU L 83, 10.3.2021, p. 21).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/485 tat-22 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni bħala addittivi fl-għalf taż-żejt essenzjali tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, l-oleoreżina tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għat-tiġieġ tas-simna, it-tiġieġ tal-bajd, id-dundjani tas-simna, il-qżieqeż, il-ħnieżer tas-simna, il-ħnieżer nisa, il-baqar tal-ħalib, l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib), il-bhejjem tal-ifrat tas-simna, in-nagħaġ, il-mogħoż, iż-żwiemel, il-fniek, il-ħut u l-annimali tad-dar u tat-tintura tal-ġinġer miż-Zingiber officinale Roscoe għaż-żwiemel u l-klieb (ĠU L 100, 23.3.2021, p. 3).

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/551 tat-30 ta’ Marzu 2021 dwar l-awtorizzazzjoni tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja, iż-żejt taż-żagħfran tal-Indja, l-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali u tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja mir-riżoma tal-Curcuma longa L. bħala addittiv fl-għalf għaż-żwiemel u l-klieb (ĠU L 111, 31.3.2021, p. 3).


ANNESS I

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b72-t

-

Tintura tal-artemisja

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tintura magħmula mill-partijiet esposti frammentati tal-Artemisia vulgaris L.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Tintura magħmula mill-partijiet esposti frammentati tal-Artemisia vulgaris L permezz ta’ estrazzjoni estiża b’taħlita ta’ ilma/etanol kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1).

L-ispeċifikazzjonijiet tas-sustanza attiva huma:

Materja niexfa: 1,4-1,9 %

Irmied: 0,2-0,5 %

Frazzjoni organika: 1,13-1,65 %, li minnha

Total ta’ polifenoli:0,05-0,2 %

Aċidi fenoliċi 0,02–0,11 %

Aċidu kloroġeniku: 0,0028-0,0136 %

α- u β-tujon: < 0,005 %

1,8-ċineol: 0,005 %

Solvent (etanol): 98,1-98,6 %

Numru CoE: 72

Forma likwida

Metodu analitiku  (2)

Għall-karatterizzazzjoni tal-addittiv tal-għalf (tintura tal-artemisja):

metodu gravimetriku għad-determinazzjoni tat-telf mat-tnixxif u l-kontenut ta’ rmied

metodu spettrofotometriku għad-determinazzjoni tal-kontenut totali ta’ polifenoli

metodu ta’ kromatografija fuq saff irqiq ta’ prestazzjoni għolja (HPTLC) għad-determinazzjoni tat-total ta’ aċidi fenoliċi, aċidu kloroġeniku, alfa u beta tujon u ewkaliptol.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %: 400 mg/kg”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva miżjuda meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

30.3.2031


(1)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007).

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


ANNESS II

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b489-eo

-

Żejt essenzjali tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe (1).

α-zinġiberen: 29-40 %

β-seskwifellandren: 8-14 %

ar-kurkumen: 5-12 %

α-farnesen: 4-10 %

kamfen: 2-10 %

β-bisabolen: 2-9 %

Numru CAS: 8007-08-7

Numru EINECS: 283-634-2

Numru FEMA: 2522

Numru CoE: 489

Forma likwida

Metodu analitiku  (2)

Għall-kwantifikazzjoni ta’ alpha-zinġiberen, ta’ beta-seskwifellandren u ta’ ar-curcumen fl-addittiv tal-għalf:

Il-kromatografija b’fażi gassuża bl-ispettrometrija tal-massa (GC-MS) (modalità ta’ scan sħiħa) bl-użu tal-metodoloġija tal-Illokjar tal-Ħin ta’ Retenzjoni (RTL) (jew sustanzi standard tal-markaturi fitokimiċi) bi (jew mingħajr) il-kromatografija b’fażi gassuża bid-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (GC-FID) abbażi tal-metodu standard ISO 11024.

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

Għoġġiela tas-simna (sostitut tal-ħalib): 80 mg;

speċijiet jew kategoriji oħrajn ta’ annimali: 20 mg”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva miżjuda meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita taż-żejt essenzjali tal-ġinġer ma’ addittivi oħrajn idderivati miż-Zingiber officinale Roscoe.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

12.4.2031


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali.

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b489-or

-

Oleoreżina tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Oleoreżina tal-ġinġer idderivata permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni bis-solventi mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Oleoreżina tal-ġinġer idderivata permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-estrazzjoni bis-solventi mir-riżomi mnixxfa taż-Zingiber officinale Roscoe kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (3).

Żejt essenzjali: 25-30 (w/w)

Ġinġeroli totali: 0,5-8 % (w/w)

6-Ġinġerol

8-Ġinġerol

10-Ġinġerol

Xogaoli totali: 3-6 % (w/w)

6-Xogaol

8-Xogaol

Umdità u volatili: 25-30 (w/w)

Numru CoE: 489

Forma likwida

Metodu analitiku  (4)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u xogaoli totali fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina tal-ġinġer):

Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC) b’detezzjoni spettrofotometrika (UV) – ISO 13685

Tiġieġ tas-simna

Tiġieġ tal-bajd

Dundjani tas-simna

Qżieqeż

Ħnieżer tas-simna

Ħnieżer nisa

Baqar tal-ħalib

Għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib)

Bhejjem tal-ifrat tas-simna

Nagħaġ u mogħoż

Żwiemel

Fniek

Ħut

Annimali tad-dar

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % u fis-sostituti tal-ħalib b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 5,5 %:

tiġieġ tas-simna: 5 mg;

tiġieġ tal-bajd u fniek: 7 mg;

dundjani tas-simna: 6 mg;

qżieqeż 8 mg;

ħnieżer tas-simna: 10 mg;

ħnieżer nisa: 13 mg;

baqar tal-ħalib: 12 mg;

għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib): 21 mg;

bhejjem tal-ifrat tas-simna: 19 mg;

nagħaġ, mogħoż, żwiemel u ħut: 20 mg;

annimali tad-dar: 1 mg”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva miżjuda meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita tal-oleoreżina tal-ġinġer ma’ addittivi oħrajn idderivati miż-Zingiber officinale Roscoe.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

12.4.2031


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali.

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b489-t

-

Tintura tal-ġinġer

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tintura tal-ġinġer idderivata permezz tal-estrazzjoni mir-riżomi mnixxfa u mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

It-tintura tal-ġinġer hija dderivata permezz tal-estrazzjoni mir-riżomi mnixxfa u mitħuna taż-Zingiber officinale Roscoe bl-użu ta’ taħlita ta’ etanol/ilma kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (5).

Solvent (etanol/ilma, 90/10): 97-98 % (w/w)

Materja niexfa: 2-3 % (w/w)

Ġinġeroli totali: 0,14-0,11 % (w/w)

6-Ġinġerol

8-Ġinġerol

10-Ġinġerol

Xogaoli totali: 0,043-0,031 % (w/w)

6-Xogaol

8-Xogaol

Metodu analitiku  (6)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ġinġeroli totali u xogaoli totali fl-addittiv tal-għalf (tintura tal-ġinġer):

Kromatografija likwida bi prestazzjoni għolja (HPLC) b’detezzjoni spettrofotometrika (UV) – ISO 13685

Żwiemel

Klieb

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

Żwiemel 1,58 mL

Żwiemel 1,81 mL”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlitiet lesti minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva miżjuda meta l-livell tal-użu fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel tkun tirriżulta li jinqabeż il-livell imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita tat-tintura tal-ġinġer ma’ addittivi oħrajn idderivati miż-Zingiber officinale Roscoe.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

12.4.2031


(1)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(3)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(4)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(5)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(6)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


ANNESS III

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mg tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali

Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti

2b163-eo

-

Żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja

Kompożizzjoni tal-addittiv

Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Żejt essenzjali dderivat permezz tad-distillazzjoni bil-fwar mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (1):

ar-Turmeron 40-60 %

ß-Turmeron (kurlon): 5-15 %

ar-Kurkumen: 3-6 %

ß-Seskwifellandren: 3-6 %

a-Zinġiberen: 1-5 %

(E)-Atlanton: 2-4 %

Numru CAS: 8024-37-1 (2)

Numru EINECS: 283-882-11

Numru FEMA: 30851

Numru CoE: 163

Forma likwida

Metodu analitiku  (3)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markaturi fitokimiċi: ar-turmeron u beta-turmeron fl-addittiv tal-għalf (żejt tal-żagħfran tal-Indja):

Il-kromatografija b’fażi gassuża bl-ispettrometrija tal-massa (GC-MS) (modalità ta’ scan sħiħa) bl-użu tal-metodoloġija tal-Illokjar tal-Ħin ta’ Retenzjoni (RTL) (jew sustanzi standard tal-markaturi fitokimiċi) bi (jew mingħajr) il-kromatografija b’fażi gassuża bid-detezzjoni tal-jonizzazzjoni tal-fjamma (GC-FID) abbażi tal-metodu standard ISO 11024

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % u fis-sostituti tal-ħalib b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 5,5 %:

l-ispeċijiet kollha tal-annimali ħlief l-għoġġiela tas-simna: 20 mg

għoġġiela tas-simna: 80 mg (sostituti tal-ħalib)”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva jekk il-kontenut tas-sustanza fl-għalf komplet jaqbeż dak li hemm imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita taż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja ma’ addittivi oħrajn idderivati mill-Curcuma longa L.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

20.4.2031

2b163-or

-

L-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja

Kompożizzjoni tal-addittiv

Oleoreżina dderivata permezz tal-estrazzjoni bl-użu ta’ solventi mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Oleoreżina dderivata permezz tal-estrazzjoni bl-użu ta’ solventi mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (4):

Żejt essenzjali: 30-33 % (w/w)

Kurkuminojdi totali: 20-35 % (w/w)

Kurkumina (I): 16-21 % (w/w)

Deżmetossikurkumina (II): 4-6 % (w/w)

Bis-deżmetossikurkumina (III): 3-5 % (w/w).

Umdità: 12-30 % (w/w)

Metodu analitiku  (5)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja):

Spectrophotometry – FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, “Turmeric Oleoresin”, monograph No. 1 (2006)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

Tiġieġ u tiġieġ tal-bajd: 30 mg

Speċijiet oħra tal-annimali: 5 mg”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva jekk il-kontenut tas-sustanza fl-għalf komplet jaqbeż dak li hemm imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita tal-oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja ma’ addittivi oħrajn idderivati mill-Curcuma longa L.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

20.4.2031

2b163-ex

-

Estratt taż-żagħfran tal-Indja

Kompożizzjoni tal-addittiv

Estratt mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi.

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Estratt mir-riżomi mnixxfa tal-Curcuma longa L. bl-użu ta’ solventi organiċi kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (6).

Kurkuminojdi totali: ≥ 90 % (w/w)

Kurkumina (I): 74-79 % (w/w)

Deżmetossikurkumina (II): 15-19 % (w/w)

Bis-deżmetossikurkumina (III): 2-5 % (w/w)

Ilma: 0,30-1,7 % (w/w)

Numru EINECS: 283-882-14

Numru FEMA: 30864

Numru CAS: 8024-37-14

Numru CoE: 163

Forma solida (trab)

Metodu analitiku  (7)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf (oleoreżina taż-żagħfran tal-Indja):

Spectrophotometry – FAO JECFA Combined Compendium of Food Additive Specifications, “Curcumin”, monograph No. 1 (2006)

L-ispeċijiet kollha tal-annimali

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % u fis-sostituti tal-ħalib b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 5,5 %: l-ispeċijiet kollha u l-għoġġiela tas-simna (sostituti tal-ħalib): 15 mg”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva jekk il-kontenut tas-sustanza fl-għalf komplet jaqbeż dak li hemm imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita tal-estratt taż-żagħfran tal-Indja ma’ addittivi oħrajn idderivati mill-Curcuma longa L.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

20.4.2031


Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku.

Speċi jew kategorija tal-annimal

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijiet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

mL tas-sustanza attiva/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali:

Komposti aromatizzanti

2b163-t

-

Tintura taż-żagħfran tal-Indja

Kompożizzjoni tal-addittiv

Tintura prodotta permezz tal-estrazzjoni tar-riżomi mnixxfa fl-art ta’ Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma u etanol (55/45 % v/v).

Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

Tintura prodotta permezz tal-estrazzjoni tar-riżomi mnixxfa fl-art ta’ Curcuma longa L. bl-użu ta’ taħlita ta’ ilma u etanol (55/45 % v/v), kif iddefinit mill-Kunsill tal-Ewropa (8).

Fenoli (bħala ekwivalenti ta’ aċidu galliku):

1 000 –1 500 μg/mL

Kurkuminojdi totali (9) (bħala kurkumina): 0.04 to 0.09 % (w/v)

Kurkumina (I): 83–182 μg/mL Deżmetossikurkumina (II):

80–175 μg/mL

Bis-deżmetossikurkumina (III): 139-224 μg/mL

Żejt essenzjali: 1 176 -1 537 μg/mL

Materja niexfa: 2,62-3,18 % (w/w)

Solvent (etanol/ilma, 55/45): 96-97,5 % (w/w)

Numru CoE:163

Forma likwida

Metodu analitiku  (10)

Għall-kwantifikazzjoni tal-markatura fitokimika: (kurkuminojdi totali) fl-addittiv tal-għalf

(tintura taż-żagħfran tal-Indja):

Spectrophotometry (based on European Pharmacopeia monograph “Turmeric Javanese” (01/2008:1441))

Żwiemel

Klieb

-

-

-

1.

L-addittiv għandu jkun inkorporat fl-għalf fil-forma ta’ taħlita lesta minn qabel.

2.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

3.

Fuq it-tikketta tal-addittiv għandu jiġi indikat dan li ġej:

“Kontenut massimu rrakkomandat tas-sustanza attiva f’kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %:

żwiemel: 0,75 mL;

klieb: 0,05 mL”.

4.

Fuq it-tikketta tat-taħlita lesta minn qabel irid ikun hemm indikati l-grupp funzjonali, in-numru ta’ identifikazzjoni, l-isem u l-ammont tas-sustanza attiva jekk il-kontenut tas-sustanza fl-għalf komplet jaqbeż dak li hemm imsemmi fil-punt 3.

5.

Ma għandhiex tkun permessa fl-għalf taħlita tat-tintura taż-żagħfran tal-Indja ma’ addittivi oħrajn idderivati mill-Curcuma longa L.

6.

L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli mill-inalazzjoni jew mill-kuntatt mal-ġilda jew mill-kuntatt mal-għajnejn. Meta dawk ir-riskji ma jkunux jistgħu jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali li jkollu protezzjoni tan-nifs u nuċċali u ngwanti tas-sikurezza.

20.4.2031


(1)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(2)  Japplika l-istess identifikatur mingħajr diskriminazzjoni, għal tipi diversi ta’ estratti u derivattivi tal-Curcuma longa, bħaż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja, estratt taż-żagħfran tal-Indja u tintura taż-żagħfran tal-Indja.

(3)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(4)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(5)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(6)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(7)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports

(8)  Natural sources of flavourings – Ir-Rapport Nru 2 (2007)

(9)  Japplika l-istess identifikatur mingħajr diskriminazzjoni, għal tipi diversi ta’ estratti u derivattivi tal-Curcuma longa, bħaż-żejt essenzjali taż-żagħfran tal-Indja, estratt taż-żagħfran tal-Indja u tintura taż-żagħfran tal-Indja.

(10)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


Top