Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0271

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/271 tat-23 ta’ Frar 2022 li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    C/2022/1007

    ĠU L 43, 24.2.2022, p. 10–12 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/271/oj

    24.2.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 43/10


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/271

    tat-23 ta’ Frar 2022

    li jikkoreġi r-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S)

    (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-użu ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma ġie awtorizzat bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 (2) għal 10 snin.

    (2)

    Fil-kolonna ta’ taħt l-intestatura “Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv” tal-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 iddaħħal numru ta’ identifikazzjoni żbaljat.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 jiġi kkoreġut kif xieraq. Għal raġunijiet ta’ ċarezza, jixraq li l-Anness kollu ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jiġi sostitwit b’verżjoni kkoreġuta tiegħu.

    (4)

    Sabiex l-operaturi tan-negozji tal-għalf ikunu jistgħu jaddattaw it-tikkettar tal-addittiv u tal-għalf li jkun fih minnu għat-termini kkoreġuti tal-awtorizzazzjoni, jenħtieġ li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni fir-rigward tat-tqegħid fis-suq ta’ dawk il-prodotti.

    (5)

    Sabiex jiġu ppreservati l-aspettattivi leġittimi tal-partijiet interessati b’rabta mat-termini tal-awtorizzazzjoni tal-addittiv, jenħtieġ li dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ b’urġenza.

    (6)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2020/1760 huwa sostitwit bl-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    1.   Il-preparazzjoni speċifikata fl-Anness u t-taħlitiet lesti minn qabel li jkun fihom minn dik is-sustanza, li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Awwissu 2022 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    2.   Il-materjali tal-għalf u l-għalf kompost li fih il-preparazzjonijiet u t-taħlitiet lesti minn qabel imsemmijin fil-paragrafu 1 li jkunu ġew prodotti u ttikkettati qabel il-25 ta’ Frar 2023 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel il-25 ta’ Frar 2022 jistgħu jibqgħu jitqiegħdu fis-suq sakemm jispiċċaw il-ħażniet eżistenti.

    Artikolu 3

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Frar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2020/1760 tal-25 ta’ Novembru 2020 dwar l-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 bħala addittiv fl-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa, għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes mhux miftuma (id-detentur tal-awtorizzazzjoni: Chr. Hansen A/S) (ĠU L 397, 26.11.2020, p. 6).


    ANNESS

    Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

    Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

    Addittiv

    Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

    Speċi jew kategorija tal-annimal

    Età massima

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Kontenut minimu

    Kontenut massimu

    Dispożizzjonijiet oħra

    Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

    CFU/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 %

    CFU/l tal-ilma tax-xorb

    Kategorija ta’ addittivi żootekniċi. Grupp funzjonali: stabbilizzaturi tal-flora intestinali

    4b1902

    Chr. Hansen A/S

    Bacillus subtilis

    DSM 25841

    Kompożizzjoni tal-addittiv

    Preparazzjoni ta’ Bacillus subtilis DSM 25841 li fiha minimu ta’ 1,25 × 1010 CFU/g ta’ addittiv

    Forma solida

    Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

    Spori vijabbli tal-Bacillus subtilis DSM 25841

    Metodu analitiku  (1)

    Għall-identifikazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 25841: Identifikazzjoni: Elettroforeżi bil-Ġell f’Kamp Pulsat (PFGE)

    Għall-enumerazzjoni tal-Bacillus subtilis DSM 25841 fl-addittiv, fit-taħlitiet lesti minn qabel, u fl-għalf: Il-metodu tat-tifrix bl-użu tal-agar tat-triptonju tas-soja - EN 15784

    L-ispeċijiet kollha tal-ħnieżer, inkluż il-ħnieżer nisa,

    għajr il-ħnieżer nisa li jreddgħu biex ikollhom benefiċċju fi ħnienes

    5 × 108

    1,7 × 108

    1.

    Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, għandhom jiġu indikati l-kundizzjonijiet tal-ħżin u tal-istabbiltà għat-trattament bis-sħana.

    2.

    L-addittiv jista’ jintuża fl-ilma tax-xorb.

    3.

    Għandha tiġi żgurata dispersjoni omoġenja tal-addittiv meta dan jintuża fl-ilma tax-xorb.

    4.

    L-operaturi tan-negozji tal-għalf għandhom jistabbilixxu l-proċeduri operazzjonali u miżuri organizzattivi xierqa għall-utenti tal-addittiv u tat-taħlitiet lesti minn qabel, biex jindirizzaw il-perikli li jistgħu jirriżultaw mill-użu tiegħu: dan jista’ jkun sensitizzatur respiratorju, jista’ jirrita l-ġilda u jista’ jissensitizza l-għajnejn jew il-ġilda. Meta dawk ir-riskji ma jistgħux jiġu eliminati jew jitnaqqsu għall-minimu permezz ta’ dawn il-proċeduri u miżuri, l-addittiv u t-taħlitiet lesti minn qabel għandhom jintużaw b’tagħmir protettiv personali xieraq.

    16.12.2030


    (1)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi jinsabu fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://ec.europa.eu/jrc/en/eurl/feed-additives/evaluation-reports


    Top