EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0235

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2022/235 tal-21 ta’ Frar 2022 li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

ST/5677/2022/INIT

ĠU L 40, 21.2.2022, p. 1–2 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/235/oj

21.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 40/1


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/235

tal-21 ta’ Frar 2022

li jimplimenta r-Regolament (UE) 2016/1686 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2016/1686 tal-20 ta’ Settembru 2016 li jimponi miżuri restrittivi addizzjonali kontra ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet jew korpi assoċjati magħhom (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fl-20 ta’ Settembru 2016, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2016/1686.

(2)

Fid-dawl tat-theddida kontinwa ta’ ISIL (Da’esh) u Al-Qaida u ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi assoċjati magħhom, jenħtieġ li jiżdiedu żewġ persuni u żewġ gruppi mal-lista ta’ persuni fiżiċi u ġuridiċi, entitajiet u korpi li tinsab fl-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li r-Regolament (UE) 2016/1686 jiġi emendat skont dan,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. BORRELL FONTELLES


(1)  ĠU L 255, 21.9.2016, p. 1.


ANNESS

L-Anness I għar-Regolament (UE) 2016/1686 huwa emendat kif ġej:

(1)

l-intestatura “A. Persuni” hija sostitwita b’dan li ġej:

“A.

Persuni fiżiċi msemmija fl-Artikolu 3”;

(2)

jiżdiedu l-persuni fiżiċi li ġejjin:

“8.

Osama MAHMOOD (magħruf ukoll bħala Ustadh Usama Mahmood, Ousama Mahmood); nazzjonalità: Pakistani (preżunt).

9.

Sultan Aziz AZAM (magħruf ukoll bħala Aziz Azam, Sultan Aziz, Sultan Azziz Azzam, Sultan Aziz Ezzam); data tat-twelid: 1985; post tat-twelid: Afganistan; nazzjonalità: Afgana.";

(3)

jiżdiedu l-intestatura u l-entrati li ġejjin:

“B.

Persuni ġuridiċi, entitajiet u korpi msemmija fl-Artikolu 3

1.

Al-Qaeda fis-Subkontinent Indjan (AQIS), (magħruf ukoll bħala Al-Qa’ida fis-Subkontinent Indjan, Qaedat al-Jihad fis-Subkontinent Indjan).

2.

Da’esh –Hind Province (Da’esh –Provinċja ta’ Hind) (magħruf ukoll bħala Wilayah of Hind (Wilayah ta’ Hind), Islamic State’s Hind Province (ISHP) (Provinċja ta’ Hind tal-Istat Iżlamiku), IS-Wilayat al-Hind, Da’esh –Wilayat al-Hind).”.


Top