Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0194

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/194 tal-10 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/910

ĠU L 31, 14.2.2022, pp. 21–26 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/194/oj

14.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 31/21


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/194

tal-10 ta’ Frar 2022

li jemenda l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-entrati għar-Renju Unit fil-listi ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam u tal-laħam frisk tal-pollam u tal-għasafar tal-kaċċa

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 230(1) u 232(1) tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament (UE) 2016/429 jirrikjedi li l-konsenji ta’ annimali, ta’ prodotti ġerminali u ta’ prodotti li joriġinaw mill-annimali, sabiex jidħlu fl-Unjoni, iridu jkunu ġejjin minn pajjiż terz jew minn territorju, jew żona jew kompartiment tiegħu, elenkati f’konformità mal-Artikolu 230(1) ta’ dak ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (2) jistabbilixxi r-rekwiżiti tas-saħħa tal-annimali li trid tinżamm il-konformità magħhom għad-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji ta’ ċerti speċijiet u kategoriji tal-annimali, tal-prodotti ġerminali u tal-prodotti li joriġinaw mill-annimali minn pajjiżi terzi jew territorji jew żoni tagħhom, jew minn kompartimenti tagħhom, fil-każ tal-annimali tal-akkwakultura.

(3)

Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 (3) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni jew kompartimenti tagħhom, li minnhom hu permess id-dħul fl-Unjoni tal-ispeċijiet u l-kategoriji ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat (UE) 2020/692.

(4)

B’mod aktar partikolari, l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jistabbilixxu l-listi ta’ pajjiżi terzi, jew territorji, jew żoni tagħhom awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni, rispettivament, ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u tal-laħam frisk mill-pollam u l-għasafar tal-kaċċa.

(5)

Ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Ross-on-Wye, Hereford u South Herefordshire, Herefordshire, fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fl-20 ta’ Jannar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(6)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħa ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Crewe, Cheshire East, Cheshire, fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fit-22 ta’ Jannar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(7)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħa tinsab qrib Byker, Newcastle Upon Tyne, Tyne & Wear, fl-Ingilterra u ġiet ikkonfermata fil-25 ta’ Jannar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(8)

Barra minn hekk, ir-Renju Unit innotifika lill-Kummissjoni dwar tifqigħat ta’ influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja fil-pollam. It-tifqigħat jinsabu qrib Calveley, Cheshire East, Cheshire fl-Ingilterra u qrib Ashleworth, Tewkesbury, Gloucestershire, fl-Ingilterra u ġew ikkonfermati fit-28 ta’ Jannar 2022 permezz ta’ analiżi tal-laboratorju (RT-PCR).

(9)

L-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit stabbilixxew żona ta’ kontroll ta’ 10 km madwar l-istabbilimenti affettwati u implimentaw politika ta’ qerda sabiex jikkontrollaw il-preżenza tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u jillimitaw it-tixrid ta’ dik il-marda.

(10)

Ir-Renju Unit bagħat informazzjoni lill-Kummissjoni dwar il-qagħda epidemjoloġika fit-territorju tiegħu u l-miżuri li ħa biex jiġi evitat li l-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja tkompli tixtered. Dik l-informazzjoni ġiet evalwata mill-Kummissjoni. Abbażi ta’ dik l-evalwazzjoni, id-dħul fl-Unjoni ta’ konsenji tal-pollam, tal-prodotti ġerminali tal-pollam, u ta’ laħam frisk mill-pollam u għasafar tal-kaċċa miż-żoni taħt ir-restrizzjonijiet stabbiliti mill-awtoritajiet veterinarji tar-Renju Unit minħabba t-tifqigħat reċenti tal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja, jenħtieġ li ma jibqax jiġi awtorizzat.

(11)

Għalhekk, jenħtieġ li l-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan.

(12)

Filwaqt li titqies is-sitwazzjoni epidemjoloġika attwali fir-Renju Unit b’rabta mal-influwenza tat-tjur b’patoġeniċità għolja u r-riskju serju tal-introduzzjoni fl-Unjoni, l-emendi li għandhom isiru lir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 permezz ta’ dan ir-Regolament jenħtieġ li jsiru effettivi b’urġenza.

(13)

Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati f’konformità mal-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1.

(2)  Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).

(3)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali skont ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).


ANNESS

L-Annessi V u XIV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huma emendati kif ġej:

(1)

L-Anness V huwa emendat kif ġej:

(a)

fil-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.91 sa GB-2.95 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.90:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.91

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

20.1.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

20.1.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

20.1.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

20.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

20.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

20.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

20.1.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

20.1.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

20.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

20.1.2022

 

GB-2.92

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

22.1.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

22.1.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

22.1.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

22.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

22.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

22.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

22.1.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

22.1.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

22.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

22.1.2022

 

GB-2.93

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

25.1.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

25.1.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

25.1.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

25.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

25.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

25.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

25.1.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

25.1.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

25.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

25.1.2022

 

GB-2.94

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

28.1.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

28.1.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

28.1.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

28.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

28.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

28.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

28.1.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

28.1.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

28.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

28.1.2022

 

GB-2.95

Tjur tat-tnissil għajr ir-ratiti u tjur produttiv għajr ir-ratiti

BPP

N, P1

 

28.1.2022

 

Ratiti tat-tnissil u ratiti produttivi

BPR

N, P1

 

28.1.2022

 

Pollam maħsub għall-iskarnar għajr ir-ratiti

SP

N, P1

 

28.1.2022

 

Ratiti maħsuba għall-iskarnar

SR

N, P1

 

28.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata għajr ir-ratiti

DOC

N, P1

 

28.1.2022

 

Flieles ta’ ġurnata tar-ratiti

DOR

N, P1

 

28.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU-LT20

N, P1

 

28.1.2022

 

Bajd għat-tifqis ta’ tjur għajr ir-ratiti

HEP

N, P1

 

28.1.2022

 

Bajd għat-tifqis tar-ratiti

HER

N, P1

 

28.1.2022

 

Inqas minn 20 eżemplar ta’ tjur għajr ir-ratiti

HE-LT20

N, P1

 

28.1.2022”

 

(b)

fil-Parti 2, l-entrata għar-Renju Unit, id-deskrizzjonijiet li ġejjin għaż-żoni GB-2.91 sa GB-2.95 jiddaħħlu wara d-deskrizzjoni taż-żona GB-2.90:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.91

Viċin Ross-on-Wye, Hereford u South Herefordshire, Herefordshire, fl-Ingilterra,

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq WGS84, il-koordinati deċimali N51.92 u W2.57.

GB-2.92

Viċin Crewe, Cheshire East, Cheshire, fl-Ingilterra.

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N53.13 u W2.45.

GB-2.93

Viċin Byker, Newcastle Upon Tyne, Tyne & Wear, fl-Ingilterra.

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N54.98 u W1.59.

GB-2.94

Viċin Calveley, Cheshire East, Cheshire, fl-Ingilterra, GB.

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N53.13 u W2.60.

GB-2.95

Viċin Ashleworth, Tewkesbury, Gloucestershire, fl-Ingilterra.

Iż-żona li tinsab fi ħdan ċirku b’raġġ ta’ 10 km, iċċentrat fuq il-koordinati deċimali WGS84, N51.93 u W2.26. ”

(2)

fl-Anness XIV, fil-Parti 1, l-entrata għar-Renju Unit, ir-ringieli li ġejjin għaż-żoni GB-2.91 sa GB-2.95 jiddaħħlu wara r-ringiela għaż-żona GB-2.90:

“GB

Ir-Renju Unit

GB-2.91

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

20.1.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

20.1.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

20.1.2022

 

GB-2.92

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

22.1.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

22.1.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

22.1.2022

 

GB-2.93

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

25.1.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

25.1.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

25.1.2022

 

GB-2.94

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

28.1.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

28.1.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

28.1.2022

 

GB-2.95

Laħam frisk ta’ tjur għajr ir-ratiti

POU

N, P1

 

28.1.2022

 

Laħam frisk ta’ ratiti

RAT

N, P1

 

28.1.2022

 

Laħam frisk ta’ għasafar tal-kaċċa

GBM

N, P1

 

28.1.2022”

 


Top