EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0185

Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/185 tal-10 ta’ Frar 2022 li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

C/2022/714

ĠU L 30, 11.2.2022, p. 5–6 (BG, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
ĠU L 30, 11.2.2022, p. 5–7 (ES)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/185/oj

11.2.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 30/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/185

tal-10 ta’ Frar 2022

li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 430(7) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-verżjoni bil-lingwa Ċeka tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (2) fiha żball fl-Artikolu 13(1) li jbiddel l-obbligu stipulat fl-att billi jimmodifika l-frekwenza tar-rapportar.

(2)

Il-verżjoni bil-lingwa Spanjola tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 fiha żbalji fl-Anness II, il-punt 8.4 tal-Werrej; fl-Anness II, il-Parti II: fil-punt 3.9.4.2, fit-tieni kolonna tat-tabella, fir-ringiela 0060, l-ewwel paragrafu, fil-punt 3.9.5.1, fit-tieni kolonna tat-tabella, fir-ringiela 0040, il-paragrafu uniku, fil-punti 3.9.6.1, fit-tieni kolonna tat-tabella, fir-ringiela 0040, 0120, il-paragrafu uniku, fil-punt 8.1, il-punt (c) tad-daħla 201, fil-punt 8.2.1, fit-tieni ringiela tat-tabella, fir-ringiela 0010, l-ewwel paragrafu, fil-punt 8.3.1, fit-tieni kolonna tat-tabella, fir-ringiela 0050, l-ewwel paragrafu, u l-punt 8.4; fl-Anness XII: fl-okkorrenzi kollha tat-tielet kolonna tat-tabella, ir-ringiela 0840, u fl-okkorrenzi kollha tat-tielet kolonna tat-tabella, ir-ringiela 0310 bl-ID 1.4.3; fl-Anness XIII, il-Parti II: fil-punt 1, fit-tieni kolonna tat-tabella, ir-ringiela 14, u fil-punt 3, fit-tieni kolonna tat-tabella, ir-ringiela 0840; fl-Anness XIII, il-Parti IV: fil-punt 1, fit-tieni kolonna tat-tabella, ir-ringiela 13, kif ukoll fil-punt 3, fit-tieni kolonna tat-tabella, ir-ringiela 0310. Dawn l-iżbalji jistgħu affettwaw b’mod negattiv lill-operaturi ekonomiċi fir-rigward tal-obbligu ta’ rapportar.

(3)

Għalhekk jenħtieġ li l-verżjonijiet bil-lingwa Ċeka u Spanjola tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451 jiġu kkoreġuti kif xieraq. Il-verżjonijiet bil-lingwi l-oħra mhumiex affettwati,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

(ma japplikax għal-lingwa Maltija)

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Frar 2022.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)  ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1.

(2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rapportar superviżorju tal-istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).


Top