Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0117

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/117 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jemenda għat-328 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    C/2022/604

    ĠU L 19, 28.1.2022, p. 65–66 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/117/oj

    28.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/65


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/117

    tas-27 ta’ Jannar 2022

    li jemenda għat-328 darba r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-ISIL (Da’esh) u mal-organizzazzjoni Al-Qaida

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 881/2002 tas-27 ta’ Mejju 2002 li jimponi ċerti miżuri speċifiċi restrittivi diretti kontra ċerti persuni u entitajiet assoċjati mal-organizzazzjonijiet ISIL (Da’esh) u Al-Qaida (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(1)(a) u l-Artikolu 7a(5) tiegħu,

    Billi:

    (1)

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jelenka l-persuni, il-gruppi u l-entitajiet koperti mill-iffriżar ta’ fondi u riżorsi ekonomiċi skont dan ir-Regolament.

    (2)

    Fl-24 ta’ Jannar 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi entrata waħda mil-lista ta’ persuni, gruppi u entitajiet li għalihom jenħtieġ li japplika l-iffriżar tal-assi u tar-riżorsi ekonomiċi.

    (3)

    Għalhekk jenħtieġ li l-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 jiġi emendat skont dan,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    L-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ nhar il-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

    Għall-Kummissjoni,

    F’isem il-President,

    Id-Direttur Ġenerali

    Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


    (1)  ĠU L 139, 29.5.2002, p. 9.


    ANNESS

    Fl-Anness I tar-Regolament (KE) Nru 881/2002, l-entrata li ġejja taħt l-intestatura “Persuni naturali” titħassar:

    “Khalil Ben Ahmed Ben Mohamed Jarraya (kitba oriġinali:

    Image 1
    ) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Khalil Yarraya; Ben Narvan Abdel Aziz (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); (c) Abdel Aziz Ben Narvan (Data tat-twelid: 15.8.1970; post tat-twelid: Sereka, eks-Jugoslavja); ) (alias ta’ kwalità tajba: (a) Amro; (b) Omar; (c) Amrou; (d) Amr). Data tat-twelid: 8.2.1969; Post tat-twelid: Sfax, it-Tuneżija. Nazzjonalità: Tuneżin. Nru tal-passaport K989895 (Passaport Tuneżin maħruġ fis-26.7.1995 f’Ġenova, l-Italja, li skada fil-25.7.2000). Indirizz: Nuoro, l-Italja. Informazzjoni oħra: (a) Iddeportat mill-Italja lejn it-Tuneżija fl-24.2.2015. Data tal-klassifikazzjoni msemmija fl-Artikolu 7d(2)(i): 25.6.2003.”


    Top