Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022R0116

    Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/116 tas-27 ta’ Jannar 2022 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    C/2022/329

    ĠU L 19, 28.1.2022, p. 22–64 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

    Legal status of the document In force

    ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2022/116/oj

    28.1.2022   

    MT

    Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

    L 19/22


    REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/116

    tas-27 ta’ Jannar 2022

    li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill

    IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

    Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

    Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”) u, b’mod partikolari, l-Artikolu 11(2) tiegħu,

    Billi:

    1.   PROĊEDURA

    1.1.   Investigazzjonijiet preċedenti u miżuri fis-seħħ

    (1)

    Bir-Regolament (UE) 2015/1963 (2) il-Kummissjoni Ewropea imponiet dazji anti-dumping definittivi fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (“Ace-K”), li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“ir-RPĊ”, “iċ-Ċina” jew “il-pajjiż ikkonċernat”) (“il-miżuri oriġinali”). L-investigazzjoni li wasslet għall-impożizzjoni tal-miżuri oriġinali minn hawn ’il quddiem se tissejjaħ “l-investigazzjoni oriġinali”.

    (2)

    Ir-rati tad-dazju anti-dumping attwalment fis-seħħ ivarjaw minn EUR 2,64 għal EUR 4,58 għal kull kg netti fuq l-importazzjonijiet mill-produtturi esportaturi li kkooperaw, u rata tad-dazju ta’ EUR 4,58 għal kull kg nett tapplika għall-importazzjonijiet mill-kumpaniji l-oħra kollha.

    1.2.   Talba għal rieżami ta’ skadenza

    (3)

    Wara l-pubblikazzjoni ta’ notifika ta’ skadenza imminenti (3), il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) rċiviet talba għal rieżami skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (4)

    It-talba għal rieżami ġiet ippreżentata fil-31 ta’ Lulju 2020 minn Celanese Sales Germany GmbH (“l-applikant”), l-uniku manifattur fl-Unjoni u b’hekk tirrappreżenta 100 % tal-produzzjoni totali tal-Unjoni ta’ Ace-K. It-talba għal rieżami kienet ibbażata fuq ir-raġuni li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx li tirriżulta fil-kontinwazzjoni tad-dumping u r-rikorrenza tad-dannu għall-industrija tal-Unjoni (4).

    1.3.   Il-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza

    (5)

    Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament bażiku, li kienet teżisti biżżejjed evidenza għall-bidu ta’ rieżami ta’ skadenza, il-Kummissjoni, fit-30 ta’ Ottubru 2020, bdiet rieżami ta’ skadenza dwar l-importazzjonijiet ta’ Ace-K li joriġinaw mill-RPĊ abbażi tal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku. Hija ppubblikat Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (5) (“in-Notifika ta’ bidu”).

    1.4.   Il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-perjodu taħt kunsiderazzjoni

    (6)

    L-investigazzjoni tal-kontinwazzjoni tad-dumping kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2019 sat-30 ta’ Ġunju 2020 (“il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami” jew “PIR”). L-eżaminazzjoni tax-xejriet rilevanti għall-valutazzjoni tal-probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu kopriet il-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2017 sal-aħħar tal-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami (“il-perjodu kkunsidrat”) (6).

    1.5.   Il-partijiet interessati

    (7)

    Fin-Notifika ta’ bidu, il-partijiet interessati ġew mistiedna sabiex jikkuntattjaw lill-Kummissjoni sabiex jieħdu sehem fl-investigazzjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni għarrfet speċifikament lill-applikant, lill-produtturi magħrufa tal-Ace-K fil-pajjiż ikkonċernat u lill-awtoritajiet tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, lill-importaturi magħrufa u lill-utenti dwar il-bidu tal-investigazzjoni u stednithom jipparteċipaw.

    (8)

    Il-partijiet interessati kellhom ukoll l-opportunità li jikkummentaw dwar il-bidu tar-rieżami ta’ skadenza u li jitolbu smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Smigħ fil-proċedimenti kummerċjali.

    (9)

    Saru seduti ma’ produttur esportatur wieħed Anhui Jinhe Industrial Co. Ltd. (“Anhui Jinhe”) u mal-applikant.

    1.6.   Kummenti dwar il-bidu

    (10)

    Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar il-bidu mingħand Anhui Jinhe. L-applikant ipprovda wkoll kummenti f’dan ir-rigward.

    (11)

    Anhui Jinhe talbet divulgazzjoni u sommarju sinifikanti ta’ ċerta data fit-talba. B’mod partikolari, hija argumentat li l-applikant kellu jiżvela fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba, data dwar il-volum totali u l-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet miċ-Ċina fil-perjodu kkunsidrat imsemmi fit-talba. Anhui Jinhe sostniet li din id-data ma kinitx kunfidenzjali peress li kienet ġiet żvelata mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li d-data rispettiva ma kienet ibbażata fuq l-ebda data kummerċjalment sensittiva attwali iżda fuq l-istimi tal-applikant u li kwalunkwe referenza għad-drittijiet tal-awtur ma setgħetx tiġi invokata biex tinżamm din id-data. Barra minn hekk, Anhui Jinhe talbet ukoll li l-applikant jipprovdi sommarju sinifikanti tal-indikaturi rilevanti tad-dannu sabiex jipprovdi biżżejjed dettall biex jippermetti fehim raġonevoli tad-data sottomessa b’mod kunfidenzjali. Hija sostniet ukoll li fit-talba din id-data kienet jew kunfidenzjali jew ippreżentata abbażi ta’ firxiet bla sens li naqsu milli juru xi xejra, filwaqt li l-Kummissjoni pprovdiet din id-data f’forma indiċjata fl-investigazzjoni oriġinali. Għalhekk, Anhui Jinhe talbet lill-applikant jiżvela f’forma indiċjata d-data dwar il-konsum tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni, l-użu tal-kapaċità, l-ishma mis-suq, it-twaqqigħ tal-prezz, il-kost tal-produzzjoni, il-profittabbiltà, il-bejgħ għall-esportazzjoni u l-kost tal-materja prima. Anhui Jinhe talbet ukoll lill-applikant jipprovdi sommarju sinifikanti tal-livell attwali ta’ profittabbiltà tiegħu li jindika jekk kienx ogħla minn 5 % fil-perjodu ta’ referenza tar-rieżami kif ukoll data indiċizzata li tibda mill-2011 peress li l-applikant irrefera għal din is-sena bħala s-sena rilevanti għat-tqabbil.

    (12)

    Fit-tweġiba tiegħu, l-applikant sostna li l-biċċa l-kbira tal-informazzjoni kienet kunfidenzjali min-natura tagħha peress li kienet ibbażata fuq data minn kumpanija waħda biss u argumenta li kienu meħtieġa firxiet ta’ indiċijiet biex tiġi evitata r-rikostruzzjoni tad-data kunfidenzjali sottostanti. B’mod partikolari, l-applikant sostna li l-għoti taċ-ċifri eżatti tal-volum totali tal-importazzjonijiet miċ-Ċina flimkien mal-indiċjar tal-ishma tas-suq jippermetti r-rikostruzzjoni tal-bejgħ tal-uniku produttur tal-Unjoni. Fis-sottomissjoni tiegħu, l-applikant irreveda d-data mhux kunfidenzjali tiegħu u pprovda informazzjoni addizzjonali. F’dan ir-rigward, l-applikant ipprovda firxiet ta’ volum tal-importazzjonijiet totali, informazzjoni addizzjonali dwar ix-xejra tal-konsum, firxiet ta’ indiċjar għall-produzzjoni, ishma tas-suq, indiċjar tal-profittabbiltà, indikaturi oħrajn tad-dannu (bħall-ħażniet, l-impjiegi, il-fluss tal-flus, l-investimenti, ir-redditu fuq l-investimenti netti) u tal-evoluzzjoni tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni barra mill-Unjoni. Fir-rigward tal-bqija tad-data mitluba minn Anhui Jinhe, l-applikant sostna li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba kien fiha sommarju sinifikanti biżżejjed u li l-għoti ta’ informazzjoni addizzjonali ma jkunx possibbli mingħajr ma tiġi żvelata informazzjoni kunfidenzjali.

    (13)

    B’reazzjoni għad-data riveduta tal-applikant, Anhui Jinhe sostniet li t-talba xorta ma kienx fiha biżżejjed informazzjoni bħall-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jew mill-Unjoni u d-domanda globali għall-Ace-K. Anhui Jinhe argumentat li d-drittijiet tad-difiża jenħtieġ li jiġu kkunsidrati meta jiġi analizzat is-sinifikat tal-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba u li ma kinitx fil-pożizzjoni li tifhem jekk kienx hemm xi bażi fattwali għall-allegazzjonijiet tal-applikant.

    (14)

    L-applikant ma qabilx mal-asserzjonijiet ta’ hawn fuq u argumenta li l-verżjoni l-miftuħa tat-talba pprovdiet bażi fattwali għall-allegazzjonijiet tiegħu u d-data ġiet riveduta fejn ma kienx possibbli li jiġu pprovduti firxiet ta’ xejriet indiċjati mingħajr ma ġiet żvelata informazzjoni kunfidenzjali. B’mod partikolari, l-applikant afferma li l-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba wriet l-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet totali ta’ Ace-K miċ-Ċina u ppermettiet lil Anhui Jinhe tikkummenta dwarha. Fir-rigward tad-data fuq talba, l-applikant afferma li r-regolament li jimponi miżuri provviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-Ace-K miċ-Ċina (7) ma indikax il-konsum totali tal-Unjoni f’termini assoluti, u għalhekk l-applikant ma kellux għalfejn juri dan lanqas.

    (15)

    Ta’ min jinnota li peress li l-applikant huwa l-uniku produttur tal-Ace-K fl-Unjoni, kellha tiġi ppreżentata informazzjoni kunfidenzjali fil-firxiet u fl-indiċijiet sabiex ma tiġix żvelata informazzjoni kummerċjali speċifika għall-kumpanija. Il-Kummissjoni qieset li d-data fil-verżjoni mhux kunfidenzjali tat-talba kif ikkumplimentata mill-applikant fis-sottomissjoni tiegħu kienet f’dettall suffiċjenti biex tippermetti fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni sottomessa b’mod kunfidenzjali. L-applikant ipprovda sommarju sinifikanti b’firxiet li kienu stretti biżżejjed meta mqabbla maċ-ċifri attwali li ppermettew lill-partijiet interessati jivvalutaw il-volum tal-importazzjonijiet u x-xejriet tagħhom. Għalhekk, il-produtturi esportaturi Ċiniżi setgħu jeżerċitaw id-drittijiet ta’ difiża tagħhom.

    (16)

    Anhui Jinhe argumentat li t-talba naqset milli turi l-attraenza tas-suq tal-Unjoni peress li wriet li l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni tal-esportaturi Ċiniżi lejn l-Unjoni u swieq oħra kienu l-istess. Wieħed jista’ jgħid li dan wera li l-produtturi Ċiniżi kienu indifferenti bejn il-bejgħ lill-Unjoni u lil pajjiżi terzi. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe semmiet l-investigazzjonijiet Bioethanol (8) u Urea (9) fejn il-Kummissjoni kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi meta l-prezzijiet medji tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni kienu ogħla minn dawk lejn swieq terzi.

    (17)

    F’dan ir-rigward, l-applikant sostna li t-talba wriet b’mod ċar li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi esportaturi Ċiniżi peress li, fin-nuqqas tal-miżuri anti-dumping, dawn ikunu jistgħu jiksbu volumi ogħla ta’ bejgħ fis-suq tal-Unjoni milli fi swieq oħra. L-applikant argumenta wkoll li s-suq tal-Unjoni kien attraenti għall-produtturi Ċiniżi qabel ma ġew imposti d-dazji anti-dumping.

    (18)

    Il-Kummissjoni qieset li t-talba indikat li jekk il-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi x’aktarx iżidu b’mod sostanzjali l-volumi tal-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni.

    (19)

    Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-allegazzjonijiet ta’ bejgħ bi prezz imwaqqa’ tal-applikant kienu manifestament żbaljati minħabba li l-kost tal-produzzjoni tal-applikant użat fil-kalkolu tal-bejgħ bi prezz imwaqqa’ tat-talba kien għoli wisq meta mqabbel mal-investigazzjoni oriġinali u ma setax jiġi invokat. Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li l-applikant kien żied b’mod konsiderevoli l-livelli tal-prezzijiet tiegħu mill-investigazzjoni oriġinali u li l-miżuri anti-dumping ġabulu profitti eċċessivi, li kienu ferm lil hinn minn dak li ġie rreġistrat fl-investigazzjoni oriġinali. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe semma’ l-investigazzjonijiet Dicyandiamide (10) u Urea (11) fejn il-Kummissjoni ppermettiet li l-miżuri jiskadu fid-dawl tal-profittabbiltà għolja tal-industrija tal-Unjoni. Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-kapaċitajiet ta’ produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni ntużaw bis-sħiħ u ma kinux biżżejjed biex jissodisfaw id-domanda dejjem tikber tal-Unjoni u rreferiet għall-każ tal-Ferrosiliċju fejn il-Kummissjoni ma komplietx il-miżuri (12). Barra minn hekk, Anhui Jinhe ddikjarat li l-produtturi Ċiniżi xorta kellhom [28-34 %] tas-sehem mis-suq fis-suq tal-Unjoni minkejja l-miżuri projbittivi minħabba li l-utenti dejjem żammew żewġ fornituri jew aktar ta’ Ace-K biex jiżguraw is-sikurezza tal-katina tal-provvista speċjalment wara t-tfixkil riċenti minħabba l-COVID-19. Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe saħqet li l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tikkompeti mal-importazzjonijiet Ċiniżi fi swieq terzi fejn ma kien hemm l-ebda miżura fis-seħħ u biegħet volumi sinifikanti f’dawn is-swieq. Anhui Jinhe sostniet li dan wera li l-applikant kien kapaċi jikkompeti b’suċċess mal-importazzjonijiet Ċiniżi mingħajr miżuri anti-dumping, u dan jindika n-nuqqas ta’ probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu.

    (20)

    L-applikant ikkontesta l-asserzjonijiet ta’ hawn fuq. Fil-fatt, l-applikant afferma li huwa uża l-marġni ta’ profitt stabbilit mill-Kummissjoni fl-investigazzjoni oriġinali fil-kalkoli tal-bejgħ taħt il-prezz tat-talba tiegħu. Barra minn hekk, l-applikant argumenta li d-dazji anti-dumping żguraw li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina kienu f’livell mhux dannuż. L-applikant afferma li, li kieku l-miżuri anti-dumping kellhom jiskadu, il-produtturi esportaturi Ċiniżi jżidu s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni għall-istess livell perċentwali bħal fil-bqija tad-dinja. L-applikant issottometta wkoll xenarji dettaljati biex juri kif in-negozju tiegħu jiġi affettwat li kieku d-dazji anti-dumping kellhom jiskadu.

    (21)

    L-analiżi tal-Kummissjoni kkonfermat li l-ebda wieħed mill-elementi msemmija minn Anhui Jinhe, kemm jekk ikunu fattwalment korretti kif ukoll jekk le, ma kien biżżejjed biex wieħed jikkontesta l-konklużjoni li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza li għandha tendenza li turi li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu. Dawn l-aspetti kienu ġew stabbiliti abbażi tal-aħjar evidenza disponibbli għall-applikant f’dak iż-żmien, u kienu rappreżentattivi u affidabbli biżżejjed. Barra minn hekk, l-asserzjonijiet imressqa minn Anhui Jinhe u l-konfutazzjonijiet tal-applikant ġew eżaminati fid-dettall matul l-investigazzjoni, u huma indirizzati aktar hawn taħt.

    (22)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonfermat li t-talba pprovdiet biżżejjed evidenza li l-iskadenza tal-miżuri x’aktarx tirriżulta f’kontinwazzjoni ta’ dumping u rikorrenza ta’ dannu, u b’hekk tissodisfa r-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku.

    (23)

    Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ressqet l-argument li l-informazzjoni li tinsab fit-talba jew ma kinitx rilevanti (eż. evidenza ta’ distorsjonijiet li jikkonċernaw l-aċidu sulfamiku rreferiet għal distorsjonijiet allegati tal-urea u l-evidenza ta’ distorsjoni għall-idrossidu tal-potassju msemmija fil-melħ tal-potassju) jew ma kinitx ibbażata fuq sorsi disponibbli pubblikament (eż. id-distorsjoni tal-aċidu aċetiku tiddependi fuq rapport mixtri mill-applikant, li fl-istess ħin mhuwiex konsistenti mar-Rapport tal-Pajjiż taċ-Ċina).

    (24)

    F’dan ir-rigward, peress li l-aċidu sulfamiku huwa prodott mill-urea u l-idrossidu tal-potassju huwa prodott mill-melħ tal-potassju, kwalunkwe distorsjoni tas-suq li affettwat il-materja prima taffettwa wkoll il-prodott finali. Barra minn hekk, għall-kuntrarju ta’ dak li ssostni Anhui, fit-talba l-applikant jirreferi għar-Rapport taċ-Ċina flimkien ma’ sors kunfidenzjali ieħor. Kif indikat mill-applikant kien hemm inkonsistenza fir-Rapport tal-Pajjiż bejn it-test u ċ-ċifri rigward l-użu tal-kapaċità tal-aċidu aċetiku fiċ-Ċina. Madankollu, ma hemm l-ebda inkonsistenza bejn ir-Rapport taċ-Ċina u s-sors kunfidenzjali, minħabba li l-informazzjoni aġġornata dwar il-kapaċità pprovduta mill-applikant, li ġiet ivverifikata mill-Kummissjoni, kienet konsistenti maċ-ċifri tal-użu tal-kapaċità fir-Rapport taċ-Ċina. Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

    1.6.1.   Kampjunar

    (25)

    Fid-dawl tal-għadd kbir apparenti ta’ produtturi fil-pajjiż ikkonċernat u ta’ importaturi mhux relatati fl-Unjoni, il-Kummissjoni ddikjarat fin-Notifika ta’ bidu li hija tista’ tieħu kampjun tal-produtturi u tal-importaturi mhux relatati f’konformità mal-Artikolu 17 tar-Regolament bażiku.

    1.6.2.   Il-kampjunar tal-produtturi fir-RPĊ

    (26)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni talbet lill-produtturi kollha fir-RPĊ biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu. Barra minn hekk, il-Kummissjoni talbet lill-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea sabiex tidentifika u/jew tikkuntattja lil produtturi oħrajn, jekk hemm, li jistgħu jkunu interessati li jipparteċipaw fl-investigazzjoni.

    (27)

    Żewġ produtturi esportaturi fil-pajjiż ikkonċernat ipprovdew l-informazzjoni mitluba u qablu li jiġu inklużi fil-kampjun. Fid-dawl tan-numru baxx ta’ risposti, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma kienx meħtieġ kampjunar u għarrfet lill-partijiet interessati kollha permezz ta’ nota għall-fajl. Il-Kummissjoni stiednet lil dawn il-kumpaniji jieħdu sehem fl-investigazzjoni u bagħtitilhom link għall-kwestjonarju.

    1.6.3.   Kampjunar tal-importaturi

    (28)

    Sabiex tiddeċiedi jekk il-kampjunar kienx meħtieġ u, jekk iva, sabiex tagħżel kampjun, il-Kummissjoni stiednet lill-importaturi mhux relatati biex jipprovdu l-informazzjoni speċifikata fin-Notifika ta’ bidu.

    (29)

    L-ebda importatur mhux relatat ma pprovda l-informazzjoni mitluba u qabel li jiġi inkluż fil-kampjun.

    1.7.   Tweġibiet għall-kwestjonarju

    (30)

    Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku lill-Gvern tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“GTĊ”).

    (31)

    Il-Kummissjoni bagħtet links għall-kwestjonarju liż-żewġ produtturi esportaturi li rritornaw il-formola tal-kampjunar. L-istess kwestjonarji kienu wkoll disponibbli online (13) fil-jum tal-bidu.

    (32)

    Waslu tweġibiet sħaħ għall-kwestjonarju mingħand produttur esportatur wieħed u l-uniku produttur tal-Unjoni.

    1.8.   Il-verifika

    (33)

    Il-Kummissjoni fittxet u vverifikat l-informazzjoni kollha meqjusa bħala meħtieġa għad-determinazzjoni tal-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni jew ta’ rikorrenza ta’ dumping u dannu u tal-interess tal-Unjoni. Minħabba t-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19 u l-miżuri konsegwenti li ttieħdu biex tiġi indirizzata t-tifqigħa (“in-Notifika tal-COVID-19”) (14), il-Kummissjoni ma setgħetx twettaq żjarat ta’ verifika fil-bini tal-kumpaniji li kkooperaw. Minflok, il-Kummissjoni wettqet kontroverifiki mill-bogħod (“RCCs”) tal-informazzjoni pprovduta mill-kumpaniji li ġejjin permezz ta’ vidjokonferenza:

    (a)   Produttur tal-Unjoni

    Celanese Sales Germany GmbH, Celanese production Germany GmbH u Co. KG Sulzbach, il-Ġermanja u l-Kumpanija Operazzjonali Prinċipali Celanese Europe BV, Amsterdam, in-Netherlands;

    (b)   Produttur esportatur fir-RPĊ

    Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd, Chuzhou, Anhui.

    1.9.   Proċedura sussegwenti

    (34)

    Fis-27 ta’ Ottubru 2021, il-Kummissjoni żvelat il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien beħsiebha żżomm id-dazji anti-dumping (“żvelar finali”). Il-partijiet kollha ingħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar din id-divulgazzjoni u jitolbu seduta ta' smigħ mal-Kummissjoni u/jew mal-Uffiċjal tas-Seduta fil-proċedimenti tal-kummerċ.

    (35)

    Waslu kummenti mingħand Anhui Jinhe u mingħand l-applikant.

    (36)

    Saru seduti ta’ smigħ ma’ Anhui Jinhe u mal-applikant.

    2.   IL-PRODOTT IKKONĊERNAT U L-PRODOTT SIMILI

    2.1.   Il-prodott taħt rieżami

    (37)

    Il-prodott taħt rieżami huwa l-istess bħal dak fl-investigazzjoni oriġinali, jiġifieri l-aċesulfam K (melħ tal-potassju ta’ 6-methyl-1,2,3-oxathiazin-4(3H)-one 2,2-dioxide; CAS RN 55589-62-3) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li bħalissa huwa kklassifikat taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (kodiċi TARIC 2934999021) (“il-prodott taħt rieżami”). L-aċesulfam tal-potassju huwa komunement magħruf bħala Aċesulfam K jew Ace-K.

    (38)

    L-Ace-K jintuża bħala sustanza sintetika li tagħti l-ħlewwa f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet, pereżempju f’ikel, f’xorb, u fi prodotti farmaċewtiċi.

    2.2.   Prodott simili

    (39)

    Kif stabbilit fl-investigazzjoni oriġinali, din l-investigazzjoni ta’ rieżami ta’ skadenza kkonfermat li l-prodotti li ġejjin għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi bażiċi kif ukoll l-istess użi bażiċi:

    il-prodott taħt rieżami;

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fis-suq domestiku tar-RPĊ; u

    il-prodott manifatturat u mibjugħ fl-Unjoni mill-industrija tal-Unjoni.

    (40)

    Għalhekk, dawn il-prodotti huma kkunsidrati bħala prodotti simili skont it-tifsira tal-Artikolu 1(4) tar-Regolament bażiku.

    3.   PROBABBILTÀ TA’ KONTINWAZZJONI JEW TA’ RIKORRENZA TAD-DUMPING

    3.1.   Rimarki preliminari

    (41)

    F’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk huwiex probabbli li l-iskadenza tal-miżuri fis-seħħ twassal għal kontinwazzjoni jew għal rikorrenza ta’ dumping mir-RPĊ.

    (42)

    Matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, l-importazzjonijiet tal-Ace-K mir-RPĊ komplew, għalkemm f’livelli aktar baxxi milli fil-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali (jiġifieri mill-1 ta’ Lulju 2013 sat-30 ta’ Ġunju 2014). Skont id-data rrapportata lill-Kummissjoni mill-Istati Membri f’konformità mal-Artikolu 14(6) tar-Regolament bażiku (“il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)”), l-importazzjonijiet ta’ Ace-K mir-RPĊ ammontaw għal [31–37 %] tas-suq tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami meta mqabbla ma’ [65–80 %] sehem mis-suq matul l-investigazzjoni oriġinali. F’termini assoluti, l-importazzjonijiet mir-RPĊ naqsu b’[47-56 %] mill-perjodu ta’ investigazzjoni tal-investigazzjoni oriġinali.

    (43)

    Kif imsemmi fil-premessa (32) wieħed biss mill-esportaturi/produtturi mir-RPĊ issottometta tweġiba għall-kwestjonarju u għalhekk, tqies li kien qed jikkoopera fl-investigazzjoni.

    3.2.   Proċedura għad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku

    (44)

    Fid-dawl tal-evidenza suffiċjenti disponibbli fil-bidu tal-investigazzjoni li indikat l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku fir-rigward tar-RPĊ, il-Kummissjoni qieset li kien xieraq li tiftaħ l-investigazzjoni fir-rigward tal-produtturi esportaturi minn dan il-pajjiż b’kunsiderazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (45)

    Konsegwentement, sabiex tiġbor id-data meħtieġa għall-applikazzjoni eventwali tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fin-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-produtturi esportaturi Ċiniżi kollha biex jipprovdu informazzjoni dwar l-inputs użati għall-produzzjoni tal-Ace-K. Produttur esportatur Ċiniż wieħed issottometta l-informazzjoni rilevanti.

    (46)

    Sabiex tikseb l-informazzjoni li qieset meħtieġa għall-investigazzjoni tagħha fir-rigward tal-allegati distorsjonijiet sinifikanti, il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarju lill-GTĊ. Barra minn hekk, fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni stiednet lill-partijiet interessati kollha jesprimu l-fehmiet tagħhom, iressqu informazzjoni u jipprovdu evidenza ta’ sostenn fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, fi żmien 37 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. Ma ngħatat l-ebda tweġiba għall-informazzjoni mitluba mill-GTĊ. Sussegwentement, il-Kummissjoni infurmat lill-GTĊ li hija kienet se tuża l-fatti disponibbli skont it-tifsira tal-Artikolu 18 tar-Regolament bażiku biex tiddetermina l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

    (47)

    Waslu sottomissjonijiet dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mill-produttur esportatur Anhui Jinhe.

    (48)

    Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament bażiku, “[il]-valur normali għandu normalment ikun ibbażat fuq il-prezzijiet imħallsa jew pagabbli, fil-kors ordinarju tal-kummerċ, minn klijenti indipendenti fil-pajjiż esportatur”.

    (49)

    Madankollu, skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “f’każ li jiġi stabbilit […] li mhuwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’dak il-pajjiż skont it-tifsira tal-punt (b), il-valur normali għandu jinħadem b’mod esklużiv abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u tal-bejgħ li jirrifletti prezzijiet jew valuri referenzjarji mhux distorti”, u “għandu jinkludi ammont mhux distort u raġonevoli ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitti”.

    (50)

    Kif spjegat aktar fid-dettall hawn taħt, f’din l-investigazzjoni l-Kummissjoni kkonkludiet li, abbażi tal-evidenza disponibbli u fid-dawl tan-nuqqas ta’ kooperazzjoni mill-GTĊ, l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kienet xierqa.

    3.2.1.   L-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

    3.2.1.1.   Introduzzjoni

    (51)

    L-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku jistipula li d-“distorsjonijiet sinifikanti huma dawk id-distorsjonijiet li jseħħu meta prezzijiet jew kostijiet irrappurtati, inklużi l-kostijiet ta’ materji primi u ta’ enerġija, ma jkunux ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għax ikunu affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern. Meta tkun valutata l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti għandha tingħata attenzjoni, inter alia, lill-impatt potenzjali ta’ element wieħed jew aktar mis-segwenti:

    is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, kontroll jew superviżjoni politika jew gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur;

    il-preżenza tal-istat f’ditti li jippermettu lill-istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew kostijiet;

    politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles;

    in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet fil-qasam tal-fallimenti, dak soċjetarju jew dak tal-proprjetà;

    il-kostijiet tal-pagi soġġetti għal distorsjoni;

    l-aċċess għall-finanzi mogħtija minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat”.

    (52)

    Peress li l-lista fl-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma hijiex kumulattiva, mhux l-elementi kollha jeħtieġ li jingħataw attenzjoni għal sejba ta’ distorsjonijiet sinifikanti. Barra minn hekk, l-istess ċirkostanzi fattwali jistgħu jintużaw sabiex tintwera l-eżistenza ta’ wieħed jew aktar mill-elementi tal-lista. Madankollu, kwalunkwe konklużjoni dwar distorsjonijiet sinifikanti skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a)(a) trid issir abbażi tal-evidenza kollha disponibbli. Il-valutazzjoni globali dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tista’ tqis ukoll il-kuntest ġenerali u s-sitwazzjoni fil-pajjiż esportatur, b’mod partikolari fejn l-elementi fundamentali tal-istruttura ekonomika u amministrattiva tal-pajjiż esportatur jipprovdu lill-gvern b’setgħat sostanzjali sabiex jintervjeni fl-ekonomija b’tali mod li l-prezzijiet u l-kostijiet ma jkunux ir-riżultat tal-iżvilupp ħieles tal-forzi tas-suq.

    (53)

    L-Artikolu 2(6a)(c) tar-Regolament bażiku jipprevedi li “[f]ejn il-Kummissjoni jkollha indikazzjonijiet fondati sew tal-eżistenza potenzjali ta’ distorsjonijiet sinifikanti kif imsemmija fil-punt (b) f’ċertu pajjiż jew f’ċertu settur f’dak il-pajjiż, u fejn ikun xieraq għall-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha tipproduċi, tippubblika u taġġorna regolarment rapport li jiddeskrivi ċ-ċirkostanzi tas-suq imsemmija fil-punt (b) f’dak il-pajjiż jew settur”. Skont din id-dispożizzjoni, il-Kummissjoni ħarġet rapport tal-pajjiż dwar ir-RPĊ (minn hawn ’il quddiem “ir-Rapport”) (15), li juri l-eżistenza ta’ intervent sostanzjali mill-gvern f’ħafna livelli tal-ekonomija, inklużi distorsjonijiet speċifiċi f’ħafna fatturi ewlenin tal-produzzjoni (bħall-art, l-enerġija, il-kapital, il-materja prima u l-manodopera), kif ukoll f’setturi speċifiċi (bħall-azzar u s-sustanzi kimiċi). Il-partijiet interessati ġew mistiedna jirribattu, jikkummentaw jew jissupplimentaw l-evidenza li tinsab fil-fajl tal-investigazzjoni fi żmien tal-bidu. Ir-Rapport tqiegħed fil-fajl tal-investigazzjoni fl-istadju tal-bidu.

    (54)

    L-applikant ipprovda informazzjoni addizzjonali għas-sejbiet tar-Rapport li jaffettwaw il-materja prima użata għall-produzzjoni tal-Ace-K. L-applikant ikkummissjona rapport biex jidentifika l-karatteristiċi u d-distorsjonijiet relatati ma’ waħda mill-materji primi ewlenija tal-Ace-K, it-triossidu tal-kubrit, fiż-żewġ provinċji Ċiniżi fejn jiġi prodott, Jiangsu u Anhui. L-evidenza relevanti tinkludi l-Pjan ta’ Żvilupp tal-Industrija Kimika datat l-24 ta’ Ottubru 2016 li jindika objettivi u miri ta’ produzzjoni li jaffettwaw il-livell tal-provvista fis-settur kimiku, inklużi dawk tas-sulfonazzjoni tat-triossidu tal-kubrit u tal-Ace-K u tal-Provinċja ta’ Anhui billi jirreferu għall-Opinions of CPC Anhui Provincial Committee and Anhui Provincial People’s Government on Promoting High-quality Economic Development (Opinjonijiet tal-Kumitat Provinċjali ta’ CPC Anhui u tal-Gvern tal-Poplu Provinċjali ta’ Anhui dwar il-Promozzjoni ta’ Żvilupp Ekonomiku ta’ Kwalità Għolja), maħruġa fl-14 ta’ Marzu 2018. Dan id-dokument ta’ politika jistabbilixxi diversi inizjattivi ta’ politika industrijali għall-promozzjoni tal-iżvilupp ekonomiku ta’ kwalità għolja, b’mod partikolari fil-provinċja ta’ Anhui, bħall-użu ta’ inċentivi finanzjarji u tnaqqis fit-taxxa jekk il-kumpaniji industrijali u loġistiċi jkunu joperaw f’konformità mal-industriji “inkoraġġiti” fil-Katalogu Ċentrali tal-Aġġustament Strutturali. Barra minn hekk, l-applikant spjega kif State Council Decision on Promulgating the Implementation of the Interim Provisions on the Promotion of Industrial Restructuring (id-Deċiżjoni tal-Kunsill tal-Istat dwar il-Promulgazzjoni tal-Implimentazzjoni tad-Dispożizzjonijiet Interim dwar il-Promozzjoni tar-Ristrutturar Industrijali) tat-2 ta’ Diċembru 2005 tiddefinixxi l-objettivi tal-politika ekonomika u industrijali u tidderieġi lill-gvernijiet provinċjali kollha biex jidentifikaw miżuri speċifiċi biex jiggwidaw l-investimenti. Dan jinkludi politiki ta’ appoġġ li jikkonċernaw l-art, il-kreditu, it-tassazzjoni, l-importazzjoni u l-esportazzjoni. Huwa jirrefri għal għodod oħra tal-politika ta’ intervent tal-Istat, bħall-Guidance Catalogue for the Structural Adjustment of Industry (il-Katalgu ta’ Gwida għall-Aġġustament Strutturali tal-Industrija) maħruġ f’Jannar 2013 li jaqsam is-segmenti tal-industrija f’“imħeġġa,”“ristretti,” u “eliminati”. Is-sulfonazzjoni tat-triossidu tal-kubrit taqa’ fil-kategorija “imħeġġa” f’dan il-catalogu.

    (55)

    It-talba semmiet ukoll dokument bit-titolu Sulphur Trioxide’s Export Tax and VAT Refund Withdrawal (It-Taxxa fuq l-Esportazzjoni tat-Triossidu tal-Kubrit u l-Irtirar tar-Rifużjoni tal-VAT) li jidentifika kost tal-VAT relatat mal-esportazzjoni ugwali għal 13 % li jirriżulta f’restrizzjoni fuq l-esportazzjoni.

    (56)

    Fir-rigward tal-elettriku, il-gass, il-fluss u l-ilma, it-talba spjegat ir-rwol tal-kontrolli tal-ipprezzar fil-provinċji ta’ Jiangsu u Anhui u ġibdet l-attenzjoni għall-interventi statali u provinċjali fis-settur tal-faħam. Id-dokument intitolat Opinions of the State Council on the Reduction of Overcapacity in the Coal Industry and its Development (Opinjonijiet tal-Kunsill tal-Istat dwar it-Tnaqqis tal-Kapaċità Żejda fl-Industrija tal-Faħam u l-Iżvilupp tagħha), maħruġ fit-1 ta’ Frar 2016, ikkonferma l-eżistenza ta’ problemi ta’ kapaċità żejda kif ukoll l-intervent sinifikanti mill-Istat fis-suq f’dan is-settur.

    (57)

    Fl-aħħar nett, it-talba telenka sussidji speċifiċi għal Nantong Acetic Acid, kumpanija relatata mal-produttur ta’ Ace-K, Nantong Hongxin. Skont tħabbira pubblika minn Nantong Acetic Acid u r-Rapport Annwali ta’ Nantong Acetic Acid tal-2018, Nantong Acetic Acid tgawdi minn rata preferenzjali tat-taxxa fuq l-introjtu ta’ 15 % (minflok 25 %) taħt il-Preferential Income Tax Program for High- or New-Technology Enterprises (Programm ta’ Taxxa fuq id-Dħul Preferenzjali għal Intrapriża ta’ Teknoloġija Għolja jew Ġdida).

    (58)

    Barra minn hekk, it-talba rreferiet għal għadd ta’ distorsjonijiet identifikati fir-Rapport dwar materja prima oħra użata għall-produzzjoni tal-Ace-K bħad-diketene, l-aċidu sulfamiku, it-tri-etilamina, l-idrossidu tal-potassju, l-aċidu aċetiku, id-dichloromethane u l-ammonijaka. Tabilħaqq, it-talba pprovdiet evidenza dwar kapaċità żejda fis-settur kimiku li turi li r-rata ta’ użu tal-kapaċità Ċiniża tal-aċidu aċetiku kienet ta’ madwar 69 % fir-raba’ trimestru tal-2019 u kienet prevista mit-talba li tkun ta’ madwar 63 % fl-ewwel trimestru tal-2020, li jiżdied għal madwar 67 % sal-aħħar tal-2020. Minbarra l-kapaċità żejda tal-produzzjoni, l-investiment fil-produzzjoni tal-aċidu aċetiku fiċ-Ċina huwa soġġett għall-kontrolli tal-Catalogue for Guiding Industrial Restructuring (Katalgu għall-Gwida tar-Ristrutturar Industrijali) (kif rivedut fl-2013). Dawn iż-żewġ elementi flimkien jagħmlu s-suq Ċiniż għall-aċidu aċetiku distort, u, għaldaqstant, anki l-produzzjoni downstream tad-diketene.

    (59)

    Barra minn hekk, it-talba semmiet l-interferenza mill-Istat fl-objettivi u l-miri tal-politika fil-Hebei province Petrochemical 13th FYP (It-13-il FYP dwar il-Petrokimika tal-Provinċja ta’ Hebei). Il-pjan jenfasizza kif l-Istat Ċiniż jikkontrolla l-estrazzjoni għall-kubrit u jistabbilixxi limiti fuq id-dħul fis-suq għall-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku. Bl-impożizzjoni ta’ kontrolli fuq l-estrazzjoni tal-kubrit, u billi jiġi limitat l-investiment fil-produzzjoni tal-aċidu sulfuriku, il-GTĊ ifixkel mhux biss is-suq għal dawn iż-żewġ prodotti, iżda wkoll is-suq għall-produzzjoni tat-triossidu tal-kubrit.

    (60)

    It-talba rreferiet ukoll għal tipi oħra ta’ interferenza mill-Istat fis-suq tal-urea bħall-eżistenza ta’ kwoti stretti fuq l-importazzjoni għall-urea u t-taxxi fuq l-esportazzjoni. L-urea hija materja prima upstream użata għall-produzzjoni tal-aċidu sulfamiku flimkien mat-triossidu tal-kubrit u mal-aċidu tal-kubrit. Barra minn hekk, il-GTĊ eżenta l-bejgħ domestiku tal-urea mill-VAT mill-1 ta’ Lulju 2005. Fl-aħħar nett, il-GTĊ intervjena fis-suq permezz tas-Sistema tal-Fertilizzanti tal-Istat, li ilha topera mill-2004. Skont ir-Rapport, il-produtturi tal-urea jibbenefikaw minn rati tal-elettriku preferenzjali u minn rati preferenzjali tat-trasport tal-merkanzija bil-ferrovija.

    (61)

    B’referenza għar-Rapport, l-ilment indika li l-melħ tal-potassju jinsab fil-lista ta’ materja prima fit-13th FYP for Mineral Resources (It-13-il FYP għar-Riżorsi Minerali) li tinkludi għadd ta’ dispożizzjonijiet dettaljati fir-rigward ta’ gruppi minerali differenti. Taħt l-intestatura “Fosforu”, ir-Rapport tal-Kummissjoni kkonstata li wieħed mill-objettivi huwa li tiġi stabbilizzata l-provvista f’riżorsi minerali importanti użati fl-agrikoltura bħall-fosforu, il-kubrit u l-potassju, f’konformità mal-istrateġija dwar is-sigurtà tal-ikel. Barra minn hekk, “il-potassa u melħ mhux raffinat tal-potassju naturali” huma msemmija wkoll fir-Rapport fost l-oġġetti soġġetti għal dazji fuq l-esportazzjoni. Aktar interventi mill-istat imsemmija mit-talba jikkonċernaw ukoll l-ammonijaka, materja prima addizzjonali mixtrija għar-riċiklaġġ tal-iskart tal-aċidu sulfuriku.

    (62)

    L-applikant indika wkoll li skont ir-Rapport, il-GTĊ innifsu irrikonoxxa li għadu ma ġiex stabbilit mekkaniżmu ta’ kompetizzjoni effettiv għall-bejgħ tal-elettriku. Dan jimplika li jeżistu distorsjonijiet sinifikanti fis-suq Ċiniż għall-provvisti tal-elettriku għall-użu industrijali. It-talba fl-aħħar semmiet oqsma oħra fejn l-intervent mill-Istat jaffettwa l-kostijiet ta’ operatur industrijali fiċ-Ċina bħall-aċċess għad-drittijiet tal-użu tal-art (Rapport, Kapitolu 9), l-aċċess għall-kapital u l-finanzjament (Rapport, Kapitolu 11) u s-suq tax-xogħol (Rapport, Kapitolu 13).

    (63)

    Kif indikat fil-premessa (46), il-GTĊ la kkummenta u lanqas ma pprovda evidenza li tappoġġa jew li tirribatti l-evidenza eżistenti dwar il-fajl tal-każ, inkluż ir-Rapport u l-evidenza addizzjonali pprovduta mill-ilmentaturi, dwar l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti u/jew dwar l-adegwatezza tal-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku fil-każ inkwistjoni.

    (64)

    Waslu kummenti f’dan ir-rigward mill-produttur esportatur li kkoopera, Anhui Jinhe, li saħaq li l-argument ipprovdut biex jiġġustifika l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa bla bażi u ma japplikax għall-kumpanija. Anhui Jinhe argumentat li s-sejbiet dwar id-distorsjonijiet li jolqtu d-diketene, fit-triossidu tal-kubrit u fl-aċidu sulfuriku identifikati mir-rapport ikkummissjonat mill-applikant ma humiex rilevanti għal Anhui Jinhe minħabba li Anhui Jinhe tipproduċi dawn l-inputs internament. Il-materja prima upstream rilevanti hija l-aċidu aċetiku glaċjali, l-aċidu sulfamiku u l-idrossidu tal-potassju.

    (65)

    F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe rreferiet għall-prattika reċenti tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 2(6a)(a) u (c) tar-Regolament bażiku bħal fl-Eżtrużjonijiet tal-Aluminju (16) skont liema l-produtturi esportaturi huma meħtieġa jissottomettu evidenza dwar prezzijiet u kostijiet mingħajr distorsjoni sabiex “jistabbilixxu b’mod pożittiv” li l-kostijiet domestiċi tagħhom stess ma humiex affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Il-kumpanija sostniet li l-prezzijiet domestiċi tal-materja prima rilevanti huma orjentati lejn is-suq u nnegozjati abbażi tal-kundizzjonijiet prevalenti tas-suq. B’mod partikolari, il-kumpanija ppreżentat evidenza billi qabblet il-prezzijiet tagħha stess ma’ dawk Torok fuq il-bażi ta’ COMTRADE biex turi li prezzijiet tal-input aktar baxxi tal-aċidu aċetiku glaċjali, l-aċidu sulfamiku, u l-idrossidu tal-potassju meta mqabbla mal-prezzijiet internazzjonali huma dovuti l-aktar għal spejjeż ħafna aktar baxxi tat-trasport fiċ-Ċina peress li l-kumpanija tiddependi esklużivament fuq il-provvista domestika.

    (66)

    Barra minn hekk, il-kumpanija argumentat li ma toperax taħt il-kontroll tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur. Barra minn hekk, il-kumpanija sostniet li ma hemm l-ebda interferenza mill-Istat fir-rigward tal-prezzijiet u l-kostijiet tal-inputs għall-produzzjoni tal-Ace-K. Il-konfutazzjonijiet għal dawn l-affermazzjonijiet huma diskussi fit-taqsimiet 3.2.1.3 u 3.2.1.4.

    (67)

    Fil-kummenti tiegħu, il-produttur esportatur kompla jirreferi għall-fatt li l-Artikolu 2(6a) huwa inkonsistenti mal-Ftehim tad-WTO dwar l-Anti-Dumping (“ADA”). Dan għaliex, l-ewwel, l-Artikolu 2.2 tal-ADA jirrikonoxxi tliet xenarji li jippermettu l-istabbiliment tal-valur normali: (i) il-bejgħ ma jsirx fil-perkors normali tal-kummerċ, (ii) ikun hemm sitwazzjoni partikolari tas-suq jew (iii) minħabba l-volum baxx ta’ bejgħ fis-suq domestiku, dan il-bejgħ ma jkunx rappreżentattiv. Anhui Jinhe sostniet li distorsjonijiet sinifikanti ma jissodisfaw l-ebda wieħed mit-tliet kriterji. Hija sostniet ukoll li anki jekk il-kunċett ta’ distorsjonijiet sinifikanti jista’ possibbilment jitqies li jaqa’ taħt it-tieni kriterju ta’ hawn fuq, il-Bord fid-WTO DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 ikkonferma li l-fatt li l-prezz domestiku tal-prodott ikkonċernat u l-inputs tiegħu huma affettwati minn distorsjonijiet tal-gvern ma kienx biżżejjed biex jiġi kkunsidrat li l-paragun xieraq bejn il-bejgħ fis-suq domestiku u l-bejgħ tal-esportazzjoni huwa affettwat “minħabba s-sitwazzjoni partikolari tas-suq”. Barra minn hekk, Anhui Jinhe ikkummentat li l-Kummissjoni tistabbilixxi l-valur normali b’mod sistematiku, filwaqt li jenħtieġ li tivverifika fuq bażi ta’ każ b’każ jekk il-kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2 tal-ADA jiġux issodisfati.

    (68)

    Anhui Jinhe sostniet ukoll li l-Artikolu 2.2 tal-ADA jeħtieġ li l-kostruzzjoni tal-valur normali trid jirrifletti “kost fil-pajjiż tal-oriġini”, kif ikkonfermat fil-każijiet tad-WTO DS529 Awstralja – Miżuri Anti-Dumping fuq Karta Kopjanti A4 u tad-WTO DS473 Unjoni Ewropea – Miżuri Anti-Dumping fuq il-Bijodiżil mill-Arġentina. Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li l-istabbiliment ta’ valur normali jenħtieġ li jkun f’konformità mar-rekwiżiti tal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA, u qalet ukoll li s-sejbiet fil-każ tad-WTO DS427 Ċina — Miżuri ta’ Anti-Dumping u ta’ Dazji Kompensatorji fuq il-Prodotti tal-Brojlers mill-Istati Uniti kienu jirrikjedu li l-awtoritajiet investigattivi jqisu l-kostijiet irreġistrati tal-produtturi esportaturi sakemm ma jkunux f’konformità mal-prinċipji kontabilistiċi ġeneralment aċċettati jew ma jirriflettux b’mod raġonevoli l-kostijiet assoċjati mal-produzzjoni u l-bejgħ tal-prodott taħt kunsiderazzjoni. L-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa, skont Anhui Jinhe, inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.1.1 tal-ADA minħabba li l-kostijiet tal-produttur esportatur ma jiġux ikkunsidrati b’mod sistematiku, irrispettivament minn jekk l-ispejjeż irreġistrati jissodisfawx iż-żewġ kundizzjonijiet ta’ hawn fuq.

    (69)

    Il-Kummissjoni kkunsidrat li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huma kompletament konsistenti mal-obbligi tad-WTO tal-Unjoni Ewropea. Kif iċċarat espliċitament mill-Korp tal-Appell tad-WTO f’DS473, il-liġi tad-WTO tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, aġġustata kif xieraq meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat. Il-Kummissjoni fakkret li l-każijiet DS529 Awstralja — Miżuri Anti-Dumping fuq il-Karta Kopjanti A4 u DS427 Ċina — Prodotti tal-Brojlers (Artikolu 21.5 - US) ma kinux jikkonċernaw l-interpretazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku u l-kundizzjonijiet għall-applikazzjoni tiegħu. Barra minn hekk, is-sitwazzjonijiet fattwali sottostanti f’dawk il-każijiet kienu differenti mis-sitwazzjoni sottostanti u l-kriterji li wasslu għall-applikazzjoni tal-metodoloġija skont din id-dispożizzjoni tar-Regolament bażiku, li tikkonċerna l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur. Skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, huwa biss meta jinstab li hemm distorsjonijiet sinifikanti u li dawn jaffettwaw il-kostijiet u l-prezzijiet li l-valur normali jinħadem b’referenza għall-kostijiet u għall-prezzijiet mingħajr distorsjoni miksuba f’pajjiż rappreżentattiv jew b’referenza għal parametru referenzjarju internazzjonali. Fi kwalunkwe każ, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 2(6a), it-tielet sing tar-Regolament bażiku jipprevedi l-possibbiltà li jintużaw kostijiet domestiċi sal-punt li jiġi stabbilit li ma jkunux distorti. Għalhekk, il-Kummissjoni ma laqgħetx dawn l-affermazzjonijiet.

    (70)

    Barra minnhekk, Anhui Jinhe sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku huwa inkonsistenti mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA. Hija sostniet ukoll li l-Korp tal-Appell f’DS219 KE – Fittings tat-Tubi jew tal-Pajpijiet ikkonferma li l-awtorità investigattiva hija obbligata tuża l-SG&A u l-profitt effettivi tal-produtturi esportaturi, sakemm tali data tkun teżisti. Għalhekk, Anhui Jinhe sostniet li l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku kien inkompatibbli mal-Artikolu 2.2.2 tal-ADA.

    (71)

    Il-Kummissjoni nnotat li ladarba jiġi ddeterminat li minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fil-pajjiż esportatur f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku ma huwiex xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fil-pajjiż esportatur, il-valur normali jinbena b’referenza għal prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni f’pajjiż rappreżentattiv xieraq għal kull produttur esportatur skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku. Kif spjegat hawn fuq, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tippermetti wkoll l-użu tal-kostijiet domestiċi jekk jiġi stabbilit b’mod pożittiv li dawn ma humiex distorti. F’dak il-kuntest, il-produtturi esportaturi kellhom il-possibbiltà li jipprovdu evidenza li l-kostijiet tal-SG&A individwali tagħhom u/jew kostijiet oħra tal-input tagħhom kienu effettivament mingħajr distorsjoni. Madankollu, kif muri fit-Taqsimiet 3.2.1.2 sa 3.2.1.9, il-Kummissjoni stabbiliet l-eżistenza ta’ distorsjonijiet fl-industrija tal-Ace-K u ma kien hemm l-ebda evidenza pożittiva li l-fatturi ta’ produzzjoni ta’ produtturi esportaturi individwali ma humiex distorti. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

    (72)

    Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe sostniet li l-Kummissjoni kienet obbligata, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku, twettaq analiżi speċifika għall-kumpaniji u speċifika għall-kostijiet. Għalhekk, kellu jkun hemm analiżi speċifika ta’ Anhui Jinhe ibbażata fuq il-kwestjonarju li ppreżentat.

    (73)

    Il-Kummissjoni nnotat li l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti li jwasslu għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku hija stabbilita fuq livell nazzjonali. Jekk tiġi stabbilita l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti, allura d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku japplikaw, a priori, għall-produtturi esportaturi kollha fir-RPĊ u jirrigwardaw il-kostijiet kollha relatati mal-fatturi ta’ produzzjoni tagħhom. Fi kwalunkwe każ, l-istess dispożizzjoni tar-Regolament bażiku tipprevedi l-użu ta’ kostijiet domestiċi li huma stabbiliti b’mod pożittiv biex ma jiġux affettwati minn distorsjonijiet sinifikanti. Madankollu, l-ebda kost domestiku ma ġie stabbilit li ma fihx distorsjoni abbażi ta’ evidenza akkurata u xierqa. B’mod partikolari, il-produtturi esportaturi ma ppreżentawx evidenza akkurata u xierqa dwar il-prezzijiet u l-kostijiet mingħajr distorsjoni. Fi kwalunkwe każ, il-kalkoli li jikkonċernaw lil Anhui Jinhe jirriflettu d-data sottomessa mill-kumpanija nnifisha, inklużi l-fatturi tal-produzzjoni u l-ammonti kif irrapportati mill-kumpanija fit-tweġiba għall-kwestjonarju, iżda b’kunsiderazzjoni xierqa tal-eżistenza u tal-impatt ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ, f’konformità mad-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku, b’mod partikolari l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, dawn l-asserzjonijiet ġew miċħuda.

    (74)

    Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe tenniet l-argumenti tagħha stabbiliti fil-premessi (67) u (68) hawn fuq dwar il-kompatibbiltà tad-WTO tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-liġi tad-WTO. Huma ressqu l-argument li l-Kummissjoni Ewropea għandha żżomm lura milli tapplika l-metodoloġija tal-Artikolu 2(6a) jew tispjega b’mod preċiż kif din il-metodoloġija tista’ tiġi applikata b’mod konsistenti mal-obbligi mfissra fl-Artikoli 2.2, 2.2.1.1 u 2.2.2 tal-ADA. Fil-fatt, Anhui Jinhe ddikjarat li l-Kummissjoni setgħet tibni mill-ġdid il-valur normali biss jekk tkun preżenti waħda mit-tliet kundizzjonijiet tal-Artikolu 2.2. Jekk il-Kummissjoni tibbaża ruħha fuq it-tieni (jew it-tielet) kundizzjoni, hija għandha teżamina jekk “paragun xieraq” bejn il-prezz domestiku u dak tal-esportazzjoni huwiex permess jew le.

    (75)

    Barra minn hekk, fir-rigward tal-argument skont liema l-liġi tad-WTO (kif iċċarata fid-DS473) tippermetti l-użu ta’ data minn pajjiż terz, “debitament aġġustata meta tali aġġustament ikun meħtieġ u sostanzjat”, Anhui Jinhe ddikjarat li dan it-test legali ma ssemmiex fir-rapport tal-Bord jew tal-Korp tal-Appell. Skont l-interpretazzjoni ta’ Anhui Jinhe, il-Kummissjoni adottat qari preġudikat u limitat tar-Rapport li jsemmi b’mod espliċitu li “[m]eta tibbaża ruħha fuq kwalunkwe informazzjoni barra mill-pajjiż biex tiddetermina l- ‘kost tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini’ skont l-Artikolu 2.2, awtorità investigattiva għandha tiżgura li tali informazzjoni tintuża biex wieħed jasal għall- ‘ispiża tal-produzzjoni fil-pajjiż ta’ oriġini’, u dan jista’ jirrikjedi li l-awtorità investigattiva tadatta dikl-informazzjoni”.

    (76)

    Barra minn hekk, Anhui Jinhe argumentat li “distorsjoni sinifikanti” fiha nnifisha ma kinitx waħda mill-kundizzjonijiet biex wieħed jirrikorri għal kostruzzjoni ta’ valur normali. Fl-aħħar nett, dwar il-possibbiltà li jintużaw kostijiet domestiċi sal-punt li dawn ġew stabbiliti biex ma jiġux distorti, skont Anhui Jinhe, il-Kummissjoni setgħet użat il-possibbiltà miftuħa mill-Artikolu 2(6a) biex tuża d-data attwali tal-kumpanija.

    (77)

    Fir-rigward ta’ Anhui Jinhe dwar il-kompatibbiltà tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku mal-ADA u s-sejbiet tad-DSB, dawn kienu diġà indirizzati fil-Premessi (69), inkluża l-ispjegazzjoni li DS473 ma kinitx tikkonċerna l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Fir-rigward tal-affermazzjoni li l-kunċett ta’ “distorsjonijiet sinifikanti” inkluż fl-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku ma jidher fl-ebda regola tal-ADA tad-WTO tal-GATT 1994, il-Kummissjoni fakkret li l-liġi domestika ma għandhiex bżonn tuża l-istess termini eżatti bħall-Ftehimiet koperti sabiex tkun konformi ma’ dawk il-Ftehimiet, u li tqis li l-Artikolu 2(6a) huwa kompletament konformi mar-regoli rilevanti tal-ADA (u, b’mod partikolari, il-possibbiltajiet li jinbena valur normali previst fl-Artikolu 2.2 ADA). Għalhekk, dawn l-affermazzjonijiet ġew miċħuda.

    (78)

    Barra minn hekk, Anhui Jinhe ddikjarat li l-Kummissjoni ma pprovdiet l-ebda spjegazzjoni għaliex ma kkunsidratx l-elementi msemmija fil-premessi (65) u (66) u li jikkostitwixxu “evidenza pożittiva” skont it-tifsira tal-Artikolu 2(6a) li l-kostijiet tagħha ma kinux distorti. Anhui Jinhe tenniet din id-dikjarazzjoni u żiedet ukoll li l-prezzijiet tagħha ma kinux distorti minħabba l-prattiki ta’ akkwist tagħha (pjattaforma online) u n-nuqqas ta’ intervent tal-gvern minn kwalunkwe awtorità jew aġenzija governattiva li hija kkontrollata mill-gvern taċ-Ċina.

    (79)

    Kif intqal fil-premessa (65), l-evidenza ppreżentata minn Anhui Jinhe kienet biss tqabbil tal-prezzijiet tax-xiri domestiċi tagħhom stess għal materja prima waħda mal-prezzijiet tal-importazzjoni Torok estratti mill-bażi tad-data COMTRADE u mal-prezzijiet Tajlandiżi estratti mill-bażi tad-data tal-GTA. It-tqabbil wera li l-prezz domestiku kien aktar baxx mill-prezzijiet tal-importazzjonijiet Torok u Tajlandiżi għaż-żewġ materji primi. Anhui Jinhe sostniet li dan kien minħabba l-ispiża tat-trasport domestiku aktar baxxa tagħha. Anhui Jinhe sostniet ukoll li xtrat aċidu aċetiku glaċjali mingħand l-applikant.

    (80)

    Il-Kummissjoni tinnota li Anhui Jinhe ma pprovdiet l-ebda evidenza biex tissostanzja d-dikjarazzjoni tagħha rigward il-kost tat-trasport. Barra minn hekk, tqabbil tal-prezzijiet bħal dan mhuwiex biżżejjed biex juri li l-prezzijiet domestiċi fiċ-Ċina mhumiex distorti. Barra minn hekk, il-fatt li x-xiri fis-suq domestiku sar online, ma jfissirx li dawn il-prezzijiet ma kinux distorti. Barra minn hekk, l-investigazzjoni żvelat li għall-kuntrarju ta’ dak li ddikjarat Anhui Jinhe, Anhui Jinhe ma xtrax aċidu aċetiku glaċjali mingħand l-applikant għall-produzzjoni ta’ Ace-K. Għalhekk, il-pretensjonijiet ġew miċħuda.

    (81)

    Il-Kummissjoni eżaminat jekk kienx xieraq li jintużaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ, minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fis-sens tal-punt (b) tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni għamlet dan abbażi tal-evidenza disponibbli fil-fajl, inkluża l-evidenza li tinsab fir-Rapport, li hija bbażata fuq sorsi pubblikament disponibbli. Dik l-analiżi kopriet l-eżaminazzjoni tal-interventi sostanzjali mill-gvern fl-ekonomija tar-RPĊ inġenerali, iżda anki s-sitwazzjoni speċifika tas-suq fis-settur rilevanti, inkluż il-prodott ikkonċernat. Il-Kummissjoni kompliet tissupplimenta dawn l-elementi evidenzjarji bir-riċerka tagħha stess dwar id-diversi kriterji rilevanti biex tikkonferma l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ.

    3.2.1.2.   Distorsjonijiet sinifikanti li affettwaw il-prezzijiet u l-kostijiet domestiċi fir-RPĊ

    (82)

    Is-sistema ekonomika Ċiniża hija bbażata fuq il-kunċett ta’ “ekonomija tas-suq soċjalista”. Dak il-kunċett huwa minqux fil-Kostituzzjoni Ċiniża u jiddetermina l-governanza ekonomika tar-RPĊ. Il-prinċipju ewlieni huwa s-“sjieda pubblika soċjalista tal-mezzi ta’ produzzjoni, jiġifieri s-sjieda min-nies kollha u s-sjieda kollettiva mill-persuni li jaħdmu”. L-ekonomija tal-Istat hija “l-forza mexxejja tal-ekonomija nazzjonali” u l-Istat għandu l-mandat “li jiżgura l-konsolidazzjoni u t-tkabbir tagħha” (17). Konsegwentement, l-istruttura kumplessiva tal-ekonomija Ċiniża mhux biss tippermetti interventi sostanzjali tal-gvern fl-ekonomija, iżda titlob b’mod espliċitu tali interventi. Il-kunċett tas-supremazija tas-sjieda pubblika fuq dik privata huwa mifrux fis-sistema ġuridika kollha u huwa enfasizzat bħala prinċipju ġenerali fl-atti leġiżlattivi prinċipali kollha. Il-liġi Ċiniża fil-qasam tal-proprjetà hija eżempju ewlieni: hija tirreferi għall-istadju primarju tas-soċjaliżmu u tafda lill-Istat bil-ħarsien tas-sistema ekonomika bażika li permezz tagħha s-sjieda pubblika għandha rwol dominanti. Forom oħrajn ta’ sjieda huma tollerati, fejn il-liġi tippermettilhom jiżviluppaw spalla ma’ spalla mas-sjieda tal-Istat (18).

    (83)

    Barra minn hekk, skont id-dritt Ċiniż, l-ekonomija tas-suq soċjalista hija żviluppata taħt it-tmexxija tal-Partit Komunista Ċiniż (“CCP”). L-istrutturi tal-Istat Ċiniż u tas-CCP huma marbuta ma’ xulxin f’kull livell (legali, istituzzjonali, personali), u jiffurmaw sovrastruttura fejn ma ssirx distinzjoni bejn ir-rwoli tas-CCP u tal-Istat. Wara emenda tal-Kostituzzjoni Ċiniża f’Marzu 2018, ir-rwol ewlieni tas-CCP ingħata prominenza saħansitra akbar billi ġie affermat mill-ġdid fit-test tal-Artikolu 1 tal-Kostituzzjoni. Wara l-ewwel sentenza diġà eżistenti tad-dispożizzjoni: “[is]-sistema soċjalista hija s-sistema bażika tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”, iddaħħlet it-tieni sentenza ġdida li taqra: “[il-]karatteristika li tiddefinixxi s-soċjaliżmu b’karatteristiċi Ċiniżi hija t-tmexxija tal-Partit Komunista taċ-Ċina.” (19) Dan juri l-kontroll mhux iddubitat u dejjem jikber tas-CCP fuq is-sistema ekonomika tar-RPĊ. Din it-tmexxija u l-kontroll huma inerenti għas-sistema Ċiniża u jmorru ferm lil hinn mis-sitwazzjoni abitwali f’pajjiżi oħra fejn il-gvernijiet jeżerċitaw kontroll makroekonomiku ġenerali li fil-limitazzjonijiet tiegħu joperaw forzi tas-suq ħieles.

    (84)

    L-Istat Ċiniż iħaddem politika ekonomika intervenzjonista biex jilħaq għanijiet, li jikkoinċidu mal-aġenda politika stabbilita mis-CCP minflok ma jkunu jirriflettu l-kundizzjonijiet ekonomiċi prevalenti f’suq ħieles (20). Huma bosta l-għodod ekonomiċi intervenzjonisti użati mill-awtoritajiet Ċiniżi, u fosthom hemm is-sistema tal-ippjanar industrijali, is-sistema finanzjarja, kif ukoll il-livell tal-ambjent regolatorju.

    (85)

    L-ewwel nett, fil-livell tal-kontroll amministrattiv ġenerali, id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija regolata minn sistema kumplessa ta’ ppjanar industrijali li taffettwa l-attivitajiet ekonomiċi kollha fil-pajjiż. Dawn il-pjanijiet kollha jkopru matriċi komprensiva u kumplessa ta’ setturi u ta’ politiki trażversali u huma preżenti fil-livelli kollha tal-gvern. Il-pjanijiet fil-livell provinċjali huma spjegati fid-dettall, filwaqt li l-pjanijiet nazzjonali jistabbilixxu miri usa’. Il-pjanijiet jispeċifikaw ukoll il-mezzi sabiex jiġu appoġġati l-industriji/is-setturi rilevanti, kif ukoll il-perjodi ta’ żmien li fihom jeħtieġ li jintlaħqu l-objettivi. Xi pjanijiet xorta waħda jinkludu miri espliċiti tal-output, li kienet karatteristika regolari fiċ-ċikli tal-ippjanar preċedenti. Skont il-pjanijiet, qegħdin jiġu identifikati s-setturi u/jew il-proġetti industrijali individwali bħala prijoritajiet (pożittivi jew negattivi) f’konformità mal-prijoritajiet tal-gvern, u qegħdin jiġu attribwiti lilhom għanijiet ta’ żvilupp speċifiċi (titjib industrijali, espansjoni internazzjonali, eċċ.). L-operaturi ekonomiċi, privati u dawk tal-Istat kollha kemm huma jridu jaġġustaw b’mod effettiv l-attivitajiet kummerċjali tagħhom skont ir-realtajiet imposti mis-sistema tal-ippjanar. Dan ma huwiex biss minħabba n-natura vinkolanti tal-pjanijiet iżda anki minħabba l-fatt li l-awtoritajiet Ċiniżi rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern jaderixxu mas-sistema tal-pjanijiet u jużaw is-setgħat mogħtija lilhom skont kif ikun meħtieġ, u b’hekk jisfurzaw lill-operaturi ekonomiċi jikkonformaw mal-prijoritajiet stabbiliti fil-pjanijiet (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.7 ta’ hawn taħt) (21).

    (86)

    It-tieni, fil-livell tal-allokazzjoni tar-riżorsi finanzjarji, is-sistema finanzjarja tar-RPĊ hija ddominata mill-banek kummerċjali tal-Istat. Dawk il-banek, meta jkunu qed jistabbilixxu u jimplimentaw il-politika tas-self tagħhom iridu jallinjaw lilhom infushom mal-objettivi tal-politika industrijali tal-gvern minflok ma jivvalutaw qabel kollox il-merti ekonomiċi ta’ proġett partikolari (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) (22). L-istess japplika għall-komponenti l-oħrajn tas-sistema finanzjarja Ċiniża, bħas-swieq tal-istokks, is-swieq tal-bonds, is-swieq tal-ekwità privata, eċċ. Barra minn hekk, dawn il-partijiet tas-settur finanzjarju, għajr is-settur bankarju, huma istituzzjonalment u operazzjonalment stabbiliti b’mod li ma humiex xprunati biex itejbu l-funzjonament effiċjenti tas-swieq finanzjarji iżda biex jiżguraw il-kontroll u jippermettu l-intervent mill-Istat u mis-CCP (23).

    (87)

    It-tielet nett, fil-livell tal-ambjent regolatorju, l-interventi mill-Istat fl-ekonomija jieħdu għadd ta’ forom. Pereżempju, ir-regoli dwar l-akkwist pubbliku jintużaw regolarment sabiex jintlaħqu għanijiet ta’ politika għajr l-effiċjenza ekonomika, u b’hekk jimminaw il-prinċipji bbażati fuq is-suq fil-qasam. Il-leġiżlazzjoni applikabbli tipprevedi b’mod speċifiku li l-akkwist pubbliku għandu jsir sabiex jiġi ffaċilitat l-ilħuq tal-għanijiet imfassla mill-politiki tal-Istat. Madankollu, in-natura ta’ dawn l-għanijiet għadha ma hijiex definita, u għalhekk tħalli marġni ta’ apprezzament wiesa’ għall-korpi li jieħdu d-deċiżjonijiet (24). B’mod simili, fil-qasam tal-investiment, il-GTĊ iżomm kontroll u influwenza sinifikanti fuq id-destinazzjoni u l-kobor kemm tal-investiment tal-Istat kif ukoll ta’ dak privat. L-iskrinjar tal-investiment, kif ukoll diversi inċentivi, restrizzjonijiet, u projbizzjonijiet relatati mal-investiment jintużaw mill-awtoritajiet bħala għodda importanti biex jiġu appoġġati għanijiet ta’ politika industrijali, bħaż-żamma tal-kontroll tal-Istat fuq setturi ewlenin jew it-tisħiħ tal-industrija domestika (25).

    (88)

    Fil-qosor, il-mudell ekonomiku Ċiniż huwa bbażat fuq ċerti assjomi bażiċi, li jipprevedu u jinkoraġġixxu bosta interventi tal-gvern. Tali interventi sostanzjali mill-gvern huma f’kunflitt mal-azzjoni libera tal-forzi tas-suq, li jirriżulta fid-distorsjoni tal-allokazzjoni effettiva tar-riżorsi f’konformità mal-prinċipji tas-suq (26).

    3.2.1.3.   Distorsjonijiet sinifikanti skont l-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: is-suq inkwistjoni huwa servut f’miżura sinifikanti minn intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-awtoritajiet tal-pajjiż esportatur

    (89)

    Fir-RPĊ, l-intrapriżi li joperaw taħt is-sjieda, il-kontroll u/jew is-superviżjoni politika jew il-gwida tal-Istat jirrappreżentaw parti essenzjali mill-ekonomija.

    (90)

    Il-GTĊ u s-CCP għandhom strutturi li jiżguraw li jibqa’ jkollhom influwenza fuq l-intrapriżi, u b’mod partikolari fuq l-intrapriżi tal-Istat (SOEs). L-Istat (u f’ħafna aspetti anki s-CCP) mhux biss jifformula u jissorvelja b’mod attiv l-implimentazzjoni tal-politiki ekonomiċi ġenerali minn SOEs individwali, iżda jeżerċita wkoll id-drittijiet tiegħu li jipparteċipa fit-teħid ta’ deċiżjonijiet operazzjonali fl-SOEs. Tipikament, dan isir permezz tar-rotazzjoni ta’ uffiċjali tal-partit (cadres) bejn l-awtoritajiet tal-gvern u l-SOEs, permezz tal-preżenza ta’ membri tal-partit fuq il-korpi eżekuttivi tal-SOEs u ta’ ċelloli tal-partit fil-kumpaniji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.4), kif ukoll permezz tat-tfassil tal-istruttura korporattiva tas-settur tal-SOEs (27). Inkambju, l-SOEs igawdu minn status partikolari fl-ekonomija Ċiniża, li jinvolvi għadd ta’ benefiċċji ekonomiċi, b’mod partikolari ħelsien mill-kompetizzjoni u aċċess preferenzjali għal inputs rilevanti, inklużi l-finanzi (28). L-elementi li jindikaw l-eżistenza ta’ kontroll mill-gvern fuq l-intrapriżi fis-settur tal-Ace-K huma żviluppati ulterjorment fit-Taqsima 3.2.1.4.

    (91)

    Speċifikament fis-settur tal-Ace-K, anki jekk il-livell ta’ sjieda tal-Istat huwa relattivament baxx, għad hemm grad sostanzjali ta’ superviżjoni tal-politika mill-GTĊ. Tabilħaqq hemm biss ftit kumpaniji għajr l-applikant b’kapaċità ta’ produzzjoni fuq skala kbira fid-dinja. Fosthom, il-kumpanija li tesporta, Anhui Jinhe bħalissa għandha l-akbar kapaċità ta’ produzzjoni fid-dinja.

    (92)

    Minħabba l-livell għoli ta’ intervent tal-gvern fl-industrija tal-Ace-K, anke l-produtturi bi sjieda privata ma jitħallewx joperaw skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Tabilħaqq, anki l-intrapriżi privati fis-settur tal-Ace-K huma soġġetti b’mod indirett għal superviżjoni u gwida politika kif stabbilit fit-Taqsima 3.2.1.5.

    3.2.1.4.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tieni inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: il-preżenza tal-Istat f’ditti li jippermettu lill-Istat jinterferixxi fir-rigward tal-prezzijiet jew tal-kostijiet

    (93)

    Minbarra li jeżerċita kontroll fuq l-ekonomija permezz tas-sjieda tal-SOEs u għodod oħrajn, il-GTĊ jinsab f’pożizzjoni li jinterferixxi fil-prezzijiet u fil-kostijiet permezz tal-preżenza tal-Istat fid-ditti. Filwaqt li d-dritt għall-ħatra u t-tneħħija ta’ persunal kruċjali tal-maniġment f’SOEs mill-awtoritajiet rilevanti tal-Istat, kif previst fil-leġiżlazzjoni Ċiniża, jista’ jitqies li jirrifletti d-drittijiet ta’ sjieda korrispondenti (29), iċ-ċelloli tas-CCP fl-intrapriżi, kemm dawk tal-Istat kif ukoll dawk privati, jirrappreżentaw mezz importanti ieħor li permezz tiegħu l-Istat jista’ jinterferixxi fid-deċiżjonijiet tan-negozju. Skont il-liġi tal-kumpaniji tar-RPĊ, f’kull kumpanija għandha tiġi stabbilita organizzazzjoni tas-CCP (li jkollha tal-inqas tliet membri tas-CCP kif speċifikat fil-Kostituzzjoni tas-CCP (30)) u l-kumpanija għandha tipprovdi l-kundizzjonijiet meħtieġa għall-attivitajiet tal-organizzazzjoni tal-partit. Fil-passat, dan ir-rekwiżit jidher li mhux dejjem ġie segwit jew infurzat b’mod strett. Madankollu, minn tal-inqas l-2016, is-CCP saħħaħ il-pretensjonijiet tiegħu ta’ kontroll fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fl-SOEs bħala kwistjoni ta’ prinċipju politiku. Huwa rrapportat ukoll li s-CCP jeżerċita pressjoni fuq kumpaniji privati biex jipprijoritizzaw il-“patrijottiżmu” u biex jikkonformaw mad-dixxiplina tal-partit (31). Fl-2017, ġie rrapportat li kienu jeżistu ċelloli tal-partiti f’madwar 70 % ta’ madwar 1,86 miljun kumpanija bi sjieda privata, u dan irriżulta fi pressjoni dejjem akbar biex l-organizzazzjonijiet tas-CCP ikollhom l-aħħar kelma fuq id-deċiżjonijiet kummerċjali fil-kumpaniji rispettivi tagħhom (32). Dawn ir-regoli għandhom applikazzjoni ġenerali fl-ekonomija Ċiniża kollha, fost is-setturi kollha, inkluż għall-produtturi tal-Ace-K u għall-fornituri tal-inputs tagħhom.

    (94)

    Barra minn hekk, fil-15 ta’ Settembru 2020 inħareġ dokument bit-titolu “General Office of CCP Central Committee’s Guidelines on stepping up the United Front work in the private sector for the new era” (“il-Linji Gwida”) (33), li kompla jespandi r-rwol tal-kumitati tal-partit f’intrapriżi privati. It-Taqsima II.4 tal-Linji Gwida tiddikjara: “[i]rridu nżidu l-kapaċità ġenerali tal-Parti li jmexxi l-ħidma tal-Front Magħqud fis-settur privat u jżid b’mod effettiv il-ħidma f’dan il-qasam”; u t-Taqsima III.6 tiddikjara: “[i]rridu nżidu aktar il-bini tal-Partit f’intrapriżi privati u nippermettu liċ-ċelloli tal-Partit jaqdu r-rwol tagħhom b’mod effettiv bħala fortizza u nippermettu lill-membri tal-Partit iwettqu r-rwoli tagħhom bħala gwardji u pijunieri.” Għalhekk, il-Linji Gwida jenfasizzaw u jfittxu li jżidu r-rwol tas-CCP fil-kumpaniji u f’entitajiet oħrajn tas-settur privat (34).

    (95)

    L-eżempji li ġejjin juru x-xejra msemmija hawn fuq ta’ livell ta’ intervent mill-GTĊ li qed jiżdied fis-settur tal-Ace-K.

    (96)

    Skont l-informazzjoni miġbura dwar Anhui Jinhe (35), il-President tal-Bord Superviżorju huwa wkoll is-Segretarju tal-Kumitat tal-Partit ta’ Anhui Jinhe li l-objettivi tiegħu huma li jiffoka fuq il-miri tal-produzzjoni u tan-negozju tal-intrapriża u “li jistabbilixxi u jtejjeb il-mekkaniżmu ta’ diskussjoni u l-proċess ta’ deċiżjoni tal-Kumitat tal-Partit, fir-rigward tal-iżvilupp u l-ippjanar, il-pjanijiet ewlenin ta’ riforma, il-bidliet ewlenin fis-sistema ta’ ġestjoni...”. Il-preżenza u l-intervent tal-Istat fis-swieq finanzjarji (ara wkoll it-Taqsima 3.2.1.8 ta’ hawn taħt) kif ukoll fil-provvista ta’ materja prima u ta’ inputs għandhom effett ta’ distorsjoni addizzjonali fuq is-suq (36). Għalhekk, il-preżenza tal-Istat fid-ditti, inkluż fl-SOEs, fis-settur tal-Ace-K u f’setturi oħra (bħas-settur finanzjarji u dak tal-inputs) tippermetti lill-GTĊ jinterferixxi f’dak li għandu x’jaqsam mal-prezzijiet u mal-kostijiet.

    3.2.1.5.   Distorsjonijiet sinifikanti skont it-tielet inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: politiki jew miżuri pubbliċi li jiddiskriminaw favur fornituri domestiċi jew li b’xi mod ieħor jinfluwenzaw il-forzi tas-suq ħieles

    (97)

    Id-direzzjoni tal-ekonomija Ċiniża hija ddeterminata b’mod sinifikanti minn sistema elaborata ta’ ppjanar li tistabbilixxi l-prijoritajiet u tippreskrivi l-għanijiet li fuqhom iridu jiffukaw il-gvernijiet ċentrali u lokali. Jeżistu pjanijiet rilevanti fil-livelli kollha tal-gvern u dawn ikopru virtwalment is-setturi ekonomiċi kollha. L-objettivi stabbiliti mill-istrumenti ta’ ppjanar huma ta’ natura vinkolanti u l-awtoritajiet f’kull livell amministrattiv jimmonitorjaw l-implimentazzjoni tal-pjanijiet mil-livell korrispondenti aktar baxx tal-gvern. B’mod ġenerali, is-sistema tal-ippjanar fir-RPĊ tirriżulta fis-sitwazzjoni fejn ir-riżorsi jintbagħtu lejn setturi ddeżinjati bħala strateġiċi jew inkella politikament importanti mill-gvern, minflok ma jiġu allokati skont il-forzi tas-suq (37).

    (98)

    L-industrija tal-Ace-K titqies bħala industrija ewlenija mill-GTĊ. B’mod partikolari, f’dawn l-aħħar għaxar snin, filwaqt li d-domanda globali għal Ace-K kienet tibbilanċja l-provvista, il-kapaċità tal-produzzjoni ta’ Anhui Jinhe ġiet estiża gradwalment. Barra minn hekk, minħabba r-restrizzjoni gradwali tal-produzzjoni ta’ sustanzi oħra li jagħtu l-ħlewwa bħas-sakkarina u ċ-ċiklamati, seħħet espansjoni tas-suq tal-Ace-K bis-saħħa ta’ għajnuna mill-gvern u huwa mistenni li jkompli jespandi (38). Dan huwa kkonfermat f’għadd ta’ pjanijiet, direttivi u dokumenti oħra ffokati fuq l-Ace-K u l-materja prima ewlenija tiegħu, li jinħarġu fil-livell nazzjonali, reġjonali u muniċipali bħal:

    13th FYP on Petrochemical and Chemical Industry (39). Il-pjan iqis is-sustanzi kimiċi fini bħala industrija ewlenija li għandha tiġi appoġġata permezz ta’ pjattaforma ta’ innovazzjoni nazzjonali u tal-industrija. B’mod aktar speċifiku, fit-Taqsima III-2, il-pjan jippromwovi t-trasformazzjoni u t-titjib tal-industriji tradizzjonali billi jikkontrolla l-kapaċità miżjuda ġdida tal-urea, fost l-oħrajn, u jimplimenta proġetti avvanzati ta’ trasformazzjoni u aġġornament teknoloġiċi li jikkonformaw mar-rekwiżiti ta’ politika li għandhom ikunu soġġetti għal rekwiżit ta’ tiġdid tal-kapaċità ugwali jew imnaqqas.

    It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin ta’ Hebei dwar l-iżvilupp tal-industrija petrokimika. Il-pjan, f’konformità mal-politika nazzjonali tal-industrija u f’konformità mar-rekwiżiti tal-lista ta’ Hebei ta’ restrizzjonijiet u eliminazzjonijiet tal-industrija, jimplimenta strettament il-kundizzjonijiet tad-dħul fis-settur, jikkontrolla kwalunkwe proġett ġdid ta’ kapaċità tal-produzzjoni fir-rigward tal-aċidu sulfuriku, fost oħrajn.

    Il-ftehim iffirmat minn Anhui Jinhe mad-Distrett ta’ Dingyuan (40) (Provinċja ta’ Anhui) bil-ħsieb li jiġi żviluppat il-Ftehim Qafas dwar il-Proġett tal-Park Industrijali tal-Ekonomija Ċirkolari Industrijali ta’ Jinhe tal-24 ta’ Novembru 2017. Il-ftehim, immirat lejn l-iżvilupp ta’ materja prima upstream għal prodotti kimiċi eżistenti, l-espansjoni tal-katina industrijali u l-appoġġ tal-integrazzjoni vertikali tagħha, jistipula li l-kumpanija se tinvesti RMB 2,25 biljun fil-Park Industrijali Kimiku tal-Melħ ta’ Dingyuan biex tibni park industrijali tal-ekonomija ċirkolari u dan implika output annwali ta’ 310 000 tunnellata ta’ diketene (li huwa prodott internament mill-kumpanija għall-produzzjoni tal-Ace-K); produzzjoni annwali ta’ 30 000 tunnellata ta’ sorbat tal-potassju preservattiv tal-ikel b’effiċjenza għolja; u l-użu tal-kubrit bħala materja prima għall-iżvilupp ta’ serje ta’ prodotti kimiċi.

    (99)

    Il-GTĊ jiggwida wkoll l-iżvilupp tas-settur f’konformità ma’ firxa wiesgħa ta’ għodod ta’ politika u ta’ direttivi. Kif spjegat fil-premessa ta’ hawn fuq, l-appoġġ tal-gvern għall-integrazzjoni vertikali tal-katina industrijali fis-settur tal-Ace-K għen lil Anhui Jinhe ssir mexxej dinji mhux ikkontestat fis-settur. Il-kumpanija rċeviet ukoll ammonti kbar ta’ sussidji governattivi li ammontaw għal RMB 41 685 378 fl-2020 u RMB 40 900 000 fl-2019 kif iddikjarat fil-kont finanzjarju tal-kumpanija (li jammonta għal 1,2 % tal-fatturat totali) (41). Ma jistax jiġi eskluż li l-produtturi l-oħrajn, li ma kkooperawx fuq din l-investigazzjoni u li għadhom jirrappreżentaw parti sostanzjali mis-suq, setgħu bbenefikaw ukoll minn appoġġ finanzjarju simili. Permezz ta’ dawn l-istrumenti u strumenti oħra, il-GTĊ jidderiġi u jikkontrolla virtwalment kull aspett mill-iżvilupp u l-funzjonament tas-settur.

    (100)

    Fil-qosor, il-GTĊ għandu miżuri fis-seħħ biex iħeġġeġ lill-operaturi jikkonformaw mal-objettivi tal-ordni pubbliku ta’ appoġġ lill-industriji mħeġġa, inkluż il-produzzjoni tal-urea, tad-diketene u tat-triossidu tal-kubrit fost oħrajn bħala l-materja prima ewlenija li tintuża fil-manifattura tal-prodott taħt rieżami. Tali miżuri jimpedixxu l-forzi tas-suq milli joperaw b’mod ħieles.

    3.2.1.6.   Distorsjonijiet sinifikanti skont ir-raba’ inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: in-nuqqas, l-applikazzjoni diskriminatorja jew l-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-fallimenti, il-kumpaniji jew il-proprjetà

    (101)

    Skont l-informazzjoni fil-fajl, is-sistema Ċiniża dwar il-falliment ma timplimentax b’mod adegwat l-objettivi ewlenin proprji bħal pereżempju s-saldu ġust tal-pretensjonijiet u tad-dejn u biex jiġu salvagwardjati d-drittijiet u l-interessi legali tal-kredituri u tad-debituri. Dan jidher li huwa msejjes fil-fatt li filwaqt li l-liġi Ċiniża dwar il-falliment tibbaża formalment fuq prinċipji simili għal dawk li jiġu applikati f’liġijiet korrispondenti f’pajjiżi oħra minbarra r-RPĊ, is-sistema Ċiniża hija kkaratterizzata minn nuqqas ta’ infurzar sistematiku. L-għadd ta’ fallimenti jibqa’ magħruf li huwa baxx meta mqabbel mad-daqs tal-ekonomija tal-pajjiż, mhux l-inqas minħabba li l-proċedimenti ta’ insolvenza jbatu minn għadd ta’ nuqqasijiet, li effettivament jiffunzjonaw bħala diżinċentiv għall-preżentazzjonijiet ta’ fallimenti. Barra minn hekk, ir-rwol tal-Istat fil-proċedimenti ta’ insolvenza għadu b’saħħtu u attiv, fejn spiss ikollu influwenza diretta fuq l-eżitu tal-proċedimenti (42).

    (102)

    Barra minn hekk, in-nuqqasijiet tas-sistema tad-drittijiet ta’ proprjetà huma partikolarment evidenti fir-rigward tas-sjieda tal-art u d-drittijiet għall-użu tal-art fir-RPĊ (43). L-art kollha hija proprjetà tal-Istat Ċiniż (art rurali bi proprjetà kollettiva u art urbana tal-Istat). L-allokazzjoni tagħha għadha tiddependi biss mill-Istat. Hemm dispożizzjonijiet legali li għandhom l-għan li jallokaw id-drittijiet għall-użu tal-art b’mod trasparenti u bi prezzijiet tas-suq, pereżempju bl-introduzzjoni ta’ proċeduri ta’ offerti. Madankollu, dawn id-dispożizzjonijiet ma jiġux irrispettati b’mod regolari, fejn ċerti akkwirenti jiksbu l-art tagħhom mingħajr ħlas jew b’rati aktar baxxi mir-rati tas-suq (44). Barra minn hekk, l-awtoritajiet spiss isegwu għanijiet politiċi speċifiċi, inkluż l-implimentazzjoni tal-pjanijiet ekonomiċi, meta jkunu qed jallokaw l-art (45).

    (103)

    L-istess bħas-setturi l-oħrajn fl-ekonomija Ċiniża, il-produtturi tal-Ace-K huma soġġetti għar-regoli ordinarji dwar il-liġijiet Ċiniżi dwar il-falliment, dwar il-kumpaniji u dwar il-proprjetà. L-effett ta’ dan huwa li anki dawn il-kumpaniji huma soġġetti għad-distorsjonijiet minn fuq għal isfel li jirriżultaw mill-applikazzjoni diskriminatorja jew mill-infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà. Din l-investigazzjoni ma żvelat xejn li jqajjem dubji dwar dawn is-sejbiet. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-liġijiet Ċiniżi dwar il-fallimenti u l-proprjetà ma jaħdmux kif suppost, u b’hekk iwasslu għal distorsjonijiet meta ditti insolventi jiġu miżmuma ħajjin u meta d-drittijiet għall-użu tal-art jiġu allokati fir-RPĊ. Dawk il-kunsiderazzjonijiet, ibbażati fuq l-evidenza disponibbli, jidhru li huma applikabbli bis-sħiħ ukoll fis-settur tal-Ace-K.

    (104)

    Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li kien hemm applikazzjoni diskriminatorja jew infurzar inadegwat tal-liġijiet dwar il-falliment u l-proprjetà fis-settur tal-Ace-K, inkluż fir-rigward tal-prodott ikkonċernat.

    3.2.1.7.   Distorsjonijiet sinifikanti skont il-ħames inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: id-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi

    (105)

    Mhuwiex possibbli li fir-RPĊ tiżviluppa bis-sħiħ sistema ta’ pagi bbażata fuq is-suq peress li d-drittijiet ta’ organizzazzjoni kollettiva tal-ħaddiema u tal-impjegaturi huma mxekkla. Ir-RPĊ ma rratifikatx għadd ta’ konvenzjonijiet essenzjali tal-Organizzazzjoni Internazzjonali tax-Xogħol (“ILO”), b’mod partikolari dawk dwar il-libertà ta’ assoċjazzjoni u dwar in-negozjar kollettiv (46). Skont il-liġi nazzjonali, organizzazzjoni ta’ trade union waħda biss hija attiva. Madankollu, din l-organizzazzjoni ma hijiex indipendenti mill-awtoritajiet tal-Istat u l-involviment tagħha fin-negozjar kollettiv u fil-protezzjoni tad-drittijiet tal-ħaddiema għadu rudimentali (47). Barra minn hekk, il-mobilità tal-forza tax-xogħol Ċiniża hija ristretta mis-sistema ta’ reġistrazzjoni tal-unitajiet domestiċi, li tillimita l-aċċess għall-firxa sħiħa tal-benefiċċji tas-sigurtà soċjali u oħra għar-residenti lokali ta’ żona amministrattiva partikolari. Dan tipikament jirriżulta f’ħaddiema li ma jkollhomx ir-reġistrazzjoni tar-residenza lokali li jsibu ruħhom f’pożizzjoni ta’ impjieg vulnerabbli u li jirċievu introjtu aktar baxx mid-detenturi tar-reġistrazzjoni tar-residenza (48). Dawk is-sejbiet iwasslu għad-distorsjoni tal-kostijiet tal-pagi fir-RPĊ.

    (106)

    Ma ġiet ippreżentata l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-Ace-K ma jkunx soġġett għas-sistema Ċiniża dwar il-liġi tax-xogħol deskritta. Għalhekk, is-settur tal-Ace-K huwa affettwat mid-distorsjonijiet tal-kostijiet tal-pagi kemm direttament (fil-fabbrikazzjoni tal-prodott ikkonċernat jew tal-materja prima ewlenija għall-produzzjoni tiegħu) kif ukoll indirettament (meta jkollu aċċess għal kapital jew għal inputs minn kumpaniji soġġetti għall-istess sistema tax-xogħol fir-RPĊ).

    3.2.1.8.   Distorsjonijiet sinifikanti skont is-sitt inċiż tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku: l-aċċess għall-finanzi mogħti minn istituzzjonijiet li jimplimentaw objettivi ta’ ordni pubbliku jew li b’xi mod ieħor ma jaġixxux indipendentement mill-Istat

    (107)

    L-aċċess għall-kapital għal atturi korporattivi fir-RPĊ huwa soġġett għal diversi distorsjonijiet.

    (108)

    L-ewwel nett, is-sistema finanzjarja Ċiniża hija kkaratterizzata mill-pożizzjoni b’saħħitha tal-banek tal-Istat (49), li, meta jagħtu aċċess għal finanzjament, iqisu kriterji oħrajn għajr il-vijabbiltà ekonomika ta’ proġett. B’mod simili għall-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jibqgħu marbutin mal-Istat mhux biss permezz tas-sjieda iżda wkoll permezz ta’ relazzjonijiet personali (l-ogħla eżekuttivi tal-istituzzjonijiet finanzjarji tal-Istat fl-aħħar mill-aħħar jinħatru mis-CCP) (50) u, għal darb’oħra eżatt bħal fil-każ tal-SOEs mhux finanzjarji, il-banek jimplimentaw b’mod regolari ordnijiet pubbliċi mfassla mill-gvern. Meta jagħmlu dan, il-banek jikkonformaw ma’ obbligu legali espliċitu li jmexxu n-negozju tagħhom f’konformità mal-ħtiġijiet tal-iżvilupp ekonomiku u soċjali nazzjonali u skont il-gwida tal-politiki industrijali tal-Istat (51). Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (52).

    (109)

    Filwaqt li huwa rikonoxxut li diversi dispożizzjonijiet legali jirreferu għall-ħtieġa li jiġu rrispettati l-imġiba bankarja normali u r-regoli prudenzjali bħall-ħtieġa li tiġi eżaminata l-affidabbiltà kreditizja tal-mutwatarju, l-evidenza massiva, inkluż is-sejbiet li saru fl-investigazzjonijiet tad-difiża tal-kummerċ, tissuġġerixxi li dawn id-dispożizzjonijiet għandhom biss rwol sekondarju fl-applikazzjoni tad-diversi strumenti legali.

    (110)

    Pereżempju, il-GTĊ dan l-aħħar iċċara li anki d-deċiżjonijiet bankarji kummerċjali privati jridu jiġu ssorveljati mis-CCP u jibqgħu konformi mal-politiki nazzjonali. Wieħed mit-tliet għanijiet ġenerali tal-Istat fir-rigward tal-governanza bankarja issa huwa li tissaħħaħ it-tmexxija tal-Partit fis-settur bankarju u tal-assigurazzjoni, inkluż fir-rigward ta’ kwistjonijiet operazzjonali u ta’ ġestjoni fil-kumpaniji (53). Barra minn hekk, il-kriterji tal-evalwazzjoni tal-prestazzjoni tal-banek kummerċjali issa għandhom iqisu, b’mod partikolari, kif l-entitajiet “jaqdu l-objettivi ta’ żvilupp nazzjonali u l-ekonomija reali”, u b’mod partikolari kif “jaqdu l-industriji strateġiċi u emerġenti” (54).

    (111)

    Barra minn hekk, il-klassifikazzjonijiet tal-bonds u tal-kreditu ta’ spiss huma distorti għal diversi raġunijiet, inkluż il-fatt li l-valutazzjoni tar-riskju tiġi influwenzata mill-importanza strateġika tad-ditta għall-GOC u mis-saħħa ta’ kull garanzija impliċita mill-gvern. L-istimi jissuġġerixxu bil-qawwa li l-klassifikazzjonijiet ta’ kreditu Ċiniżi jikkorrispondu b’mod sistematiku ma’ klassifikazzjonijiet internazzjonali aktar baxxi (55).

    (112)

    Dan jiġi amplifikat permezz ta’ regoli eżistenti addizzjonali, li jidderieġu l-finanzi lejn setturi magħżula mill-gvern bħala mħeġġa jew li b’xi mod ieħor huma importanti (56). Dan jirriżulta f’tendenza favur li jingħata self lill-SOEs, lil ditti privati kbar u b’konnessjonijiet tajbin u lil ditti f’setturi industrijali ewlenin, u dan jimplika li d-disponibbiltà u l-kost tal-kapital ma humiex ugwali għall-atturi kollha fis-suq.

    (113)

    It-tieni nett, il-kostijiet tas-self inżammu baxxi b’mod artifiċjali biex jiġi stimolat it-tkabbir tal-investiment. Dan wassal għall-użu eċċessiv tal-investiment kapitali b’redditi dejjem aktar baxxi fuq l-investiment. Dan huwa muri mit-tkabbir fl-ingranaġġ korporattiv fis-settur tal-Istat minkejja tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà, li jissuġġerixxi li l-mekkaniżmi operati fis-sistema bankarja ma jsegwux risponsi kummerċjali normali.

    (114)

    It-tielet nett, għalkemm f’Ottubru 2015 inkisbet liberalizzazzjoni nominali tar-rata tal-imgħax, is-sinjali tal-prezzijiet għadhom ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles, iżda huma influwenzati minn distorsjonijiet ikkawżati mill-gvern. Is-sehem ta’ self fir-rata ta’ referenza jew taħtha għadu jirrappreżenta mill-inqas terz tas-self kollu sa mill-aħħar tal-2018 (57). Il-media uffiċjali fir-RPĊ dan l-aħħar irrapportat li s-CCP talab “li r-rata tal-imgħax tas-suq tas-self titmexxa ’l isfel.” (58) Rati tal-imgħax baxxi b’mod artifiċjali jirriżultaw fi twaqqigħ tal-prezzijiet, u konsegwentement, fl-użu eċċessiv tal-kapital.

    (115)

    It-tkabbir ġenerali tal-kreditu fir-RPĊ jindika deterjorament fl-effiċjenza tal-allokazzjoni tal-kapital mingħajr l-ebda sinjal ta’ restrizzjoni kreditizja li tkun mistennija f’ambjent tas-suq mingħajr distorsjoni. Bħala riżultat, is-self improduttiv żdied b’mod rapidu fis-snin reċenti. Quddiem sitwazzjoni ta’ żieda tad-dejn f’riskju, il-GTĊ għażel li jevita l-inadempjenzi. B’konsegwenza ta’ dan, il-problemi ta’ dejn mitluf ġew indirizzati permezz ta’ riportament tad-dejn, biex b’hekk inħolqu l-hekk imsejħa kumpaniji “żombi”, jew permezz tat-trasferiment tas-sjieda tad-dejn (eż. permezz ta’ fużjonijiet jew ta’ skambju ta’ dejn ma’ ekwità), mingħajr ma neċessarjament titneħħa l-problema ġenerali tad-dejn jew jiġu indirizzati l-kawżi ewlenin tagħha.

    (116)

    Essenzjalment, minkejja l-passi li ttieħdu biex is-suq jiġi liberalizzat, is-sistema tal-kreditu korporattiv fir-RPĊ hija affettwata minn distorsjonijiet sinifikanti bħala riżultat tar-rwol pervażiv kontinwu tal-Istat fis-swieq kapitali.

    (117)

    Ma ġiet sottomessa l-ebda evidenza li turi li s-settur tal-Ace-K se jkun eżentat mill-intervent tal-gvern deskritt hawn fuq fis-sistema finanzjarja. Il-Kummissjoni stabbiliet ukoll li l-produttur esportatur li kkoopera bbenefika minn self preferenzjali fit-tul, fost l-oħrajn, mill-2006 sal-2021 maħruġ mill-uffiċċju tal-Finanzi Distrettwali ta’ Lai’an. Għalhekk, l-intervent sostanzjali mill-gvern fis-sistema finanzjarja jwassal sabiex il-kundizzjonijiet tas-suq jiġu affettwati serjament fil-livelli kollha.

    3.2.1.9.   In-natura sistemika tad-distorsjonijiet deskritti

    (118)

    Il-Kummissjoni nnotat li d-distorsjonijiet deskritti fir-Rapport huma karatteristika għall-ekonomija Ċiniża. L-evidenza disponibbli turi li l-fatti u l-karatteristiċi tas-sistema Ċiniża kif deskritti hawn fuq fit-Taqsimiet 3.2.1.2 - 3.2.1.5 kif ukoll fil-Parti A tar-Rapport japplikaw fil-pajjiż kollu u fis-setturi kollha tal-ekonomija. L-istess japplika għad-deskrizzjoni tal-fatturi ta’ produzzjoni kif stabbilit fit-Taqsimiet 3.2.1.6 - 3.2.1.8 ta’ hawn fuq u fil-Parti B tar-Rapport.

    (119)

    Il-Kummissjoni tfakkar li sabiex jiġi prodott l-Ace-K, hemm bżonn ta’ firxa wiesgħa ta’ inputs. Skont l-evidenza fil-fajl, il-produttur esportatur kiseb l-inputs tiegħu kollha fir-RPĊ. Meta l-produtturi tal-Ace-K jixtru/jikkuntrattaw il-materja prima upstream biex jipproduċu l-inputs, il-prezzijiet li jħallsu (u li huma rreġistrati bħala l-kostijiet tagħhom) jiġu esposti b’mod ċar għall-istess distorsjonijiet sistemiċi msemmija qabel. Pereżempju, il-fornituri tal-inputs iħaddmu manodopera li tkun soġġetta għad-distorsjonijiet. Huma jistgħu jissellfu flus li huma soġġetti għad-distorsjonijiet fis-settur finanzjarju/l-allokazzjoni tal-kapital. Barra minn hekk, huma soġġetti għas-sistema ta’ ppjanar li tapplika fil-livelli kollha tal-gvern u tas-setturi.

    (120)

    B’konsegwenza ta’ dan, mhux biss il-prezzijiet tal-bejgħ domestiku tal-Ace K ma humiex xierqa għall-użu fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, iżda l-kostijiet tal-inputs kollha (inklużi l-materja prima, l-enerġija, l-art, il-finanzjament, il-manodopera, eċċ.) huma wkoll affettwati minħabba li l-formazzjoni tal-prezzijiet tagħhom hija affettwata minn intervent sostanzjali tal-gvern, kif deskritt fil-Partijiet A u B tar-Rapport. Tabilħaqq, l-interventi mill-gvern deskritti fir-rigward tal-allokazzjoni tal-kapital, tal-art, tal-manodopera, tal-enerġija u tal-materja prima huma preżenti fir-RPĊ kollha. Dan ifisser, pereżempju, li input li minnu nnifsu kien prodott fir-RPĊ permezz tal-kombinament ta’ firxa ta’ fatturi ta’ produzzjoni huwa espost għal distorsjonijiet sinifikanti. L-istess japplika għall-input, lejn l-input u l-bqija. Fl-investigazzjoni attwali, la l-GTĊ u lanqas il-produtturi esportaturi ma ppreżentaw evidenza jew argument li juri l-kuntrarju.

    3.2.1.10.   Konklużjoni

    (121)

    L-analiżi stabbilita fit-taqsimiet 3.2.1.2. sa 3.2.1.9., li tinkludi eżami tal-evidenza kollha disponibbli relatata mal-intervent tar-RPĊ fl-ekonomija tagħha b’mod ġenerali kif ukoll fis-settur tal-Ace-K (inkluż il-prodott ikkonċernat) uriet li l-prezzijiet jew il-kostijiet tal-prodott ikkonċernat, inkluż il-kostijiet tal-materja prima, tal-enerġija u tal-manodopera, ma humiex ir-riżultat ta’ forzi tas-suq ħieles għaliex huma affettwati minn intervent sostanzjali tal-gvern fis-sens tal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku kif muri mill-impatt attwali jew potenzjali ta’ wieħed jew aktar mill-elementi rilevanti elenkati fih. Abbażi ta’ dan, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kooperazzjoni mill-GTĊ, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi sabiex jiġi stabbilit il-valur normali f’dan il-każ.

    (122)

    Konsegwentement, il-Kummissjoni pproċediet sabiex tibni l-valur normali esklużivament abbażi tal-kostijiet tal-produzzjoni u l-bejgħ li jirriflettu prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni, jiġifieri, f’dan il-każ, abbażi tal-kostijiet korrispondenti tal-produzzjoni u l-bejgħ f’pajjiż rappreżentattiv xieraq, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, kif diskuss fit-taqsima li ġejja.

    3.3.   Pajjiż rappreżentattiv

    3.3.1.   Kummenti ġenerali

    (123)

    L-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kienet ibbażata fuq il-kriterji li ġejjin, skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku:

    Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ. Għal dan il-għan, il-Kummissjoni użat pajjiżi b’introjtu nazzjonali gross per capita simili għar-RPĊ abbażi tal-bażi tad-data tal-Bank Dinji (59);

    Il-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat f’dak il-pajjiż (60);

    Id-disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (124)

    F’każ li jkun hemm aktar minn pajjiż rappreżentattiv wieħed possibbli, jenħtieġ li tingħata preferenza, meta jkun xieraq, lill-pajjiż li jkollu livell xieraq ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali.

    (125)

    Kif spjegat fil-premessi (127) u (128), il-Kummissjoni ppubblikat żewġ noti għall-fajl dwar is-sorsi għad-determinazzjoni tal-valur normali. Dawn in-noti ddeskrivew il-fatti u l-evidenza li fuqhom huma bbażati l-kriterji rilevanti u indirizzaw il-kummenti li waslu mill-partijiet dwar dawk l-elementi u dwar is-sorsi rilevanti. Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bl-intenzjoni tagħha li tqis lill-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq f’dan il-każ jekk l-eżistenza tad-distorsjonijiet sinifikanti skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku tiġi kkonfermata.

    (126)

    Fil-punt 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu, il-Kummissjoni identifikat lit-Turkija bħala pajjiż rappreżentattiv potenzjali skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku bil-għan li tiddetermina l-valur normali abbażi ta’ prezzijiet jew ta’ valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni. Il-Kummissjoni stqarret ukoll li kienet se teżamina pajjiżi rappreżentattivi oħrajn li setgħu jkunu xierqa f’konformità mal-kriterji stabbiliti fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (127)

    Fil-15 ta’ Marzu 2021, il-Kummissjoni infurmat b’nota (“l-Ewwel Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali. F’dik in-nota, il-Kummissjoni pprovdiet lista tal-fatturi kollha tal-produzzjoni bħall-materja prima, il-manodopera u l-enerġija użati fil-produzzjoni tal-Ace-K. Barra minn hekk, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja bħala pajjiżi rappreżentattivi possibbli. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar l-Ewwel Nota mingħand l-applikant biss. Dawn il-kummenti ġew analizzati fid-dettall fil-premessi (129) sa (147).

    (128)

    Fil-11 ta’ Ġunju 2021, il-Kummissjoni infurmat permezz ta’ tieni nota (“it-Tieni Nota”) lill-partijiet interessati dwar is-sorsi rilevanti li kienet beħsiebha tuża biex tiddetermina l-valur normali, bil-Malasja bħala l-pajjiż rappreżentattiv. Hija infurmat ukoll lill-partijiet interessati li kienet se tistabbilixxi l-kostijiet tal-bejgħ, ġenerali u amministrattivi (“SG&A”) u l-profitti abbażi tal-informazzjoni disponibbli għall-kumpanija rilevanti Ajinomoto (Malaysia) Berhad. Il-Kummissjoni rċeviet kummenti dwar it-Tieni Nota mingħand l-applikant biss. Dawn il-kummenti huma analizzati fid-dettall fil-premessi (178) sa (192).

    3.3.2.   Livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ

    (129)

    Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi ta’ produzzjoni, il-Kummissjoni spjegat li l-prodott ikkonċernat ma kienx jidher li ġie prodott fi kwalunkwe wieħed mill-pajjiżi b’livell ta’ żvilupp ekonomiku simili għar-RPĊ f’konformità mal-kriterji msemmija fil-premessa (123). Ġie prodott biss fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u fl-UE.

    (130)

    B’riżultat ta’ dan, il-Kummissjoni qieset jekk kienx hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija ġenerali u/jew settur bħall-prodott ikkonċernat. Konsegwentement, il-Kummissjoni indikat li se tqis il-produzzjoni ta’ sustanzi li jagħtu l-ħlewwa, aromatizzanti u addittivi tal-ikel, li kienu prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K, biex tistabbilixxi pajjiż rappreżentattiv xieraq għall-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku.

    (131)

    Fl-Ewwel Nota dwar il-fatturi tal-produzzjoni, il-Kummissjoni identifikat l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja bħala pajjiżi b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħar-RPĊ skont il-Bank Dinji, jiġifieri lkoll kienu kklassifikati mill-Bank Dinji bħala pajjiżi “b’introjtu medju superjuri” fuq bażi tal-introjtu nazzjonali gross.

    (132)

    L-applikant ikkummenta li fil-kategorija tal-introjtu medju superjuri kien hemm firxa wiesgħa ta’ livelli ta’ żvilupp. Għalhekk kien meħtieġ li tingħata preferenza lill-pajjiżi kandidati “rappreżentattivi” li kienu qrib iċ-Ċina f’termini ta’ ING per capita. Huma indikaw li mit-tliet pajjiżi proposti mill-Kummissjoni, l-Arġentina u l-Malasja kellhom livelli simili ta’ ING, iżda t-Tajlandja kienet sostanzjalment aktar baxxa u jenħtieġ li tiġi eskluża.

    (133)

    Meta jkun qed jinħadem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni tista’ tuża pajjiż rappreżentattiv b’livell simili ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż esportatur. Ir-Regolament bażiku ma fih l-ebda rekwiżit ieħor biex jintgħażel il-pajjiż bl-eqreb livell ta’ żvilupp ekonomiku bħall-pajjiż tal-esportazzjoni.

    (134)

    Il-fatt li pajjiż jista’ jkollu ING per capita eqreb għal dak taċ-Ċina minn ieħor ma huwiex fattur deċiżiv fl-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv xieraq. Għalhekk, din l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    3.3.3.   Disponibbiltà tad-data pubblika rilevanti fil-pajjiż rappreżentattiv

    (135)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni identifikat kumpanija waħda fl-Arġentina, kumpanija waħda fil-Malasja u erba’ kumpaniji fit-Tajlandja li għalihom l-informazzjoni finanzjarja għall-prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-prodott taħt rieżami kienet faċilment disponibbli fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet (61).

    (136)

    Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat li għall-pajjiżi identifikati, jiġifieri l-Arġentina, il-Malasja u t-Tajlandja, hija investigat ulterjorment id-disponibbiltà ta’ data finanzjarja pubblika.

    (137)

    Fir-rigward tal-Arġentina, il-Kummissjoni sabet informazzjoni finanzjarja disponibbli faċilment għal produttur wieħed, il-Laboratorios Argentinos Farmesa, ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet iżda ma sabitx rapporti finanzjarji ppubblikati.

    (138)

    L-applikant ikkummenta li l-proporzjon ta’ profitt mal-bejgħ ta’ 5,3 % għal dan il-produttur tal-Arġentina ma kienx raġonevoli għan-negozju tal-Ace-K.

    (139)

    Fir-rigward tal-Malasja, il-Kummissjoni sabet rapporti finanzjarji ppubblikati faċilment disponibbli għall-kumpanija tal-Malasja, Ajinomoto (Malaysia) Berhad (“Ajinomoto Malaysia”) imsemmija fl-Ewwel Nota, għas-snin finanzjarji li ntemmu fil-31 ta’ Marzu 2017, 2018, 2019 u 2020 (62) kif ukoll data finanzjarja faċilment disponibbli għal dik il-kumpanija fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet.

    (140)

    L-applikant ipprovda l-istess rapporti finanzjarji li l-Kummissjoni kienet identifikat. Huwa argumenta wkoll li dawn ir-rapporti annwali wrew ċifri ta’ profittabbiltà differenti għas-settur industrijali (li allegatament kienu aktar xierqa għan-negozju tal-Ace-K) u għas-settur tal-konsumatur u ta diżaggregazzjoni tal-introjtu, tal-kostijiet u tal-ispejjeż, li ppermettiet l-estrazzjoni ta’ ċifri xierqa ta’ SG&A u ta’ profitt. L-applikant argumenta wkoll li ċ-ċifra tal-kost tal-bejgħ fir-rapporti finanzjarji ppubblikati kienet aktar affidabbli miċ-ċifri tal-kost ekwivalenti estratti mill-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet. Barra minn hekk, l-applikant indika li peress li l-profittabbiltà kienet stabbli għas-snin finanzjarji mill-2017 sal-2020, dan ipprovda fiduċja li l-profittabbiltà fis-sena finanzjarja 2020 kienet rappreżentattiva.

    (141)

    Fir-rigward tat-Tajlandja, il-Kummissjoni sabet data finanzjarja disponibbli faċilment għal erba’ kumpaniji profittabbli ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali jiġifieri aromatizzanti u addittivi tal-ikel, bħall-Ace-K, fil-bażi tad-data ta’ Dun and Bradstreet.

    (142)

    L-applikant argumenta li għalkemm il-Kummissjoni kienet sabet data bħal din għal erba’ kumpaniji fit-Tajlandja, tnejn mill-kumpaniji mit-Tajlandja, Shimakiyu Co. Ltd. u Patchara Products Ltd., ma kinux adattati minħabba l-proporzjonijiet baxxi tagħhom tal-profitt għall-bejgħ ta’ 6,1 % u 2,7 % rispettivament.

    (143)

    Il-Kummissjoni qieset li tabilħaqq, l-informazzjoni finanzjarja disponibbli għall-Ajinomoto Malaysia tkun l-aktar sors xieraq biex jiġu stabbiliti l-SG&A u l-profitti għall-kalkolu tal-valur normali. Id-dikjarazzjonijiet finanzjarji awditjati li jikkoinċidu mal-perjodu ta’ investigazzjoni b’9 xhur kienu faċilment disponibbli għall-Ajinomoto Malaysia. Barra minn hekk, Ajinomoto Malaysia hija kumpanija kbira u għandha produzzjoni sinifikanti ta’ prodotti fl-istess kategorija ġenerali bħall-Ace-K.

    (144)

    Sabiex tiddetermina pajjiż rappreżentattiv xieraq, il-Kummissjoni vvalutat ukoll l-eżistenza ta’ distorsjonijiet tas-suq skont ir-restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni u/jew l-importazzjoni fuq l-Ace-K kif ukoll fuq il-materja prima, jiġifieri dawk li jirrappreżentaw l-aktar elementi importanti tal-kost tal-manifattura użati għall-produzzjoni tal-Ace-K.

    (145)

    Abbażi tal-bażi tad-data tal-OECD (63) u tal-bażi tad-data tal-Global Trade Alert (64) u b’mod partikolari l-lista ta’ restrizzjonijiet fuq l-esportazzjoni/l-importazzjoni ta’ materja prima industrijali, ġew indikati diversi restrizzjonijiet, fl-Ewwel Nota, għall-fatturi ewlenin tal-produzzjoni. Għall-Arġentina, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-aċidu aċetiku (291521) mill-Istati Uniti u rekwiżiti ta’ liċenzjar tal-importazzjoni għall-idrossidu tal-potassju (281520) mill-Brażil, mill-Korea u mill-Istati Uniti, il-kubrit (250300) mill-Każakistan, mir-Russja, minn Spanja u mill-Istati Uniti tal-Amerika, il-karbonat tal-kalċju (251710) mill-Paragwaj u l-aċidu aċetiku (291521) mill-Istati Uniti tal-Amerika. Għat-Tajlandja, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-antraċit (270111) mill-Vjetnam u l-karbonat tal-kalċju (251710) mil-Laos. Fl-aħħar nett għall-Malasja, il-Kummissjoni identifikat tariffi tal-importazzjoni fuq l-aċidu sulfamiku (281119) min-Namibja; ir-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-aċidu aċetiku (291521) lejn il-Belġju, l-Indja, l-Indoneżja, il-Ġappun, il-Pakistan, Singapore u t-Tajlandja; u r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni fuq l-esportazzjonijiet tal-karbonat tal-kalċju (251710) lejn il-Brunei Darussalam, l-Indoneżja u Singapore.

    (146)

    L-applikant afferma li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-importazzjoni implimentati fuq erba’ materji primi mill-Arġentina (bħall-idrossidu tal-potassju, il-kubrit, il-karbonat tal-kalċju u l-aċidu aċetiku) enfasizzati mill-Kummissjoni fl-Ewwel Nota, illimitaw is-sorsi tal-provvista u b’hekk żammew il-prezzijiet fis-suq domestiku għoljin. Huma argumentaw ukoll li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni, kif implimentati mill-Malasja fuq tnejn minn dawn il-materji primi (bħall-aċidu aċetiku u l-karbonat tal-kalċju), jista’ jkollhom l-effett oppost billi jmantnu l-provvista domestika u jżommu l-prezzijiet baxxi fis-suq domestiku. Għalhekk, huma qiesu li l-Malasja tkun għażla aħjar ta’ pajjiż rappreżentattiv mill-Arġentina f’dan ir-rigward.

    (147)

    Fir-rigward tar-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni applikati mill-Malasja, il-Kummissjoni indikat fl-Ewwel Nota li dawn kienu japplikaw biss għal żewġ materji primi, l-aċidu aċetiku u l-karbonat tal-kalċju. L-impatt tar-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-esportazzjoni jkun li l-prezzijiet domestiċi jinżammu baxxi, li x’aktarx ukoll kien se jżomm il-kwantitajiet u/jew il-prezzijiet tal-importazzjoni baxxi sabiex jikkompetu mal-provvisti domestiċi. Bħala tali, il-prezzijiet tal-importazzjoni għal dawn iż-żewġ materji primi x’aktarx li kienu inqas milli suppost jekk jintużaw biex jinħadem il-valur normali (65).

    (148)

    Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati bit-Tieni Nota li hija kellha l-ħsieb li tuża l-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq u l-kumpanija, Ajinomoto (Malasia) Berhad, f’konformità mal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex tikseb prezzijiet jew valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni għall-kalkolu tal-valur normali.

    (149)

    Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar l-adegwatezza tal-Malasja bħala pajjiż rappreżentattiv u ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad bħala produtturi fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (150)

    Wara t-Tieni Nota, waslu kummenti mingħand l-applikant biss. L-applikant ipprovda kummenti fuq il-bażi li l-Malasja tintgħażel bħala l-pajjiż rappreżentattiv.

    3.3.4.   Livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali

    (151)

    Wara li ġie stabbilit li l-Malasja kien il-pajjiż rappreżentattiv xieraq, abbażi tal-elementi kollha msemmija hawn fuq, ma kienx hemm bżonn li titwettaq valutazzjoni tal-livell ta’ protezzjoni soċjali u ambjentali f’konformità mal-aħħar sentenza tal-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.3.5.   Konklużjoni

    (152)

    Fid-dawl tal-analiżi ta’ hawn fuq, il-Malasja ssodisfat il-kriterji stipulati fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku sabiex titqies bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (153)

    Fil-kummenti tagħhom wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ddikjara li l-Malasja ma kinitx pajjiż rappreżentattiv xieraq peress li kien hemm kumpanija waħda biss, Ajinomoto (Malaysia) Berhad, li topera fl-istess kategorija ta’ prodotti ġenerali bħal Ace-K, u d-data finanzjarja ta’ Ajinomoto kienet distorta minħabba li l-kostijiet tagħha kienu dipendenti ħafna fuq ix-xiri minn kumpaniji relatati. Huma argumentaw li l-materja prima aktar baxxa li tirriżulta u spejjeż diretti oħra mġarrba mill-kumpanija spjegaw il-perċentwal għoli ta’ SG&A użat għall-bini tal-valur normali.

    (154)

    Il-Kummissjoni nnotat li fin-Nota 29 tan-Noti għar-Rapporti Finanzjarji ta’ Ajinomoto (il-Malasja) Berhad għas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 (66), dikjarazzjoni mid-diretturi, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet ma’ partijiet relatati, inkluż ix-xiri, indikat “Id-diretturi huma tal-opinjoni li t-tranżazzjonijiet kollha ta’ hawn fuq saru fil-kors normali tan-negozju u ġew stabbiliti fuq termini u kundizzjonijiet negozjati li mhumiex materjalment differenti minn dawk miksuba fi tranżazzjonijiet ma’ partijiet mhux relatati”. Barra minn hekk, din id-dikjarazzjoni, inkorporata fin-noti għar-rapporti finanzjarji, ġiet awditjata, bħala parti mill-awditu statutorju, minn awdituri indipendenti, li ddikjaraw (67) li r-rapporti finanzjarji taw stampa vera u ġusta tal-pożizzjoni finanzjarja tal-kumpanija fil-31 ta’ Marzu 2020. Bħala tali, il-Kummissjoni qieset li setgħet tistabbilixxi l-kostijiet SG & A abbażi tal-proporzjon tal-SG & A tal-Ajinomoto (il-Malasja) Berhad u ċaħdet l-argument imqajjem minn Anhui Jinhe.

    (155)

    Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-Arġentina kienet pajjiż rappreżentattiv aktar xieraq minħabba li kienet disponibbli informazzjoni finanzjarja, il-proporzjon tal-profitt meta mqabbel mal-bejgħ ta’ 5.3 % kien raġonevoli u l-argument tal-Kummissjoni li r-rekwiżiti tal-liċenzjar tal-importazzjoni mill-Arġentina kienu sorsi limitati ta’ provvista ma kienx validu peress li t-tariffi tal-importazzjoni kienu applikati biss lejn pajjiż wieħed (l-Istati Uniti) u prodott wieħed.

    (156)

    Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ dawn l-asserzjonijiet. Il-Kummissjoni ma ċaħditx li l-Arġentina tkun pajjiż rappreżentattiv minħabba li l-proporzjon tal-profitt meta mqabbel mal-bejgħ ta’ 5.3 % ma kienx raġonevoli, iżda għal raġunijiet oħra. Fil-fatt, kif spjegat fil-premessa (137), l-ebda dikjarazzjoni finanzjarja dettaljata ma kienet disponibbli għal kwalunkwe kumpanija rilevanti fl-Arġentina, peress li kienet disponibbli għall-Malasja. Barra minn hekk, minbarra t-tariffa tal-importazzjoni msemmija minn Anhui Jinhe, il-Kummissjoni identifikat rekwiżiti għal-liċenzjar tal-importazzjoni għal erba’ materji primi oħra, li jistgħu jillimitaw is-sorsi tal-provvista u b’hekk iżidu l-prezzijiet fis-suq domestiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet din l-affermazzjoni.

    3.4.   Is-sorsi użati sabiex jiġu stabbiliti l-kostijiet mingħajr distorsjoni

    (157)

    Fl-Ewwel Nota, il-Kummissjoni elenkat il-fatturi ta’ produzzjoni, bħall-materjali, l-enerġija u l-manodopera, użati fil-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat mill-produtturi esportaturi u stiednet lill-partijiet interessati jikkummentaw u jipproponu informazzjoni disponibbli faċilment dwar il-valuri mingħajr distorsjoni għal kull wieħed mill-fatturi ta’ produzzjoni msemmija f’dik in-nota.

    (158)

    Sussegwentement, fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni ddikjarat li, sabiex taħdem il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, hija tuża d-data tal-GTA biex tistabbilixxi l-kost mingħajr distorsjoni tal-biċċa l-kbira tal-fatturi ta’ produzzjoni, b’mod partikolari l-materja prima. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ddikjarat li se tuża l-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA, Institute of Labour Market Information and Analysis) (68) biex tistabbilixxi l-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-informazzjoni dwar il-prezzijiet tal-manodopera u tal-elettriku ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fis-sit web tagħha (69) għall-kostijiet tal-elettriku.

    (159)

    Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni infurmat ukoll lill-partijiet interessati li minħabba l-importanza limitata ta’ xi oġġetti ta’ materja prima individwali fil-kost totali tal-produzzjoni, uħud mill-fatturi tal-produzzjoni tqiesu bħala “oġġetti tal-konsum”. Barra minn hekk, il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati li hija se tikkalkula l-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fil-kost totali tal-produzzjoni u se tapplika dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-produzzjoni bl-użu tal-valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni stabbiliti fil-pajjiż rappreżentattiv xieraq.

    (160)

    Matul seduta ta’ smigħ, Anhui Jinhe ressqet l-argument li l-Kummissjoni ma kinitx żiedet l-Ewwel Nota mal-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni fi żmien 65 jum mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu, kif indikat fit-taqsima 5.3.2. tan-Notifika ta’ bidu.

    (161)

    Madankollu, dan it-terminu ma jinkludix in-noti tal-fajl. Il-Kummissjoni ħarġet l-Ewwel Nota tagħha fil-15 ta’ Marzu 2021 u t-Tieni Nota tagħha fil-11 ta’ Ġunju 2021 u fiż-żewġ Noti, il-partijiet interessati kellhom 10 ijiem biex jissottomettu kummenti dwar dawk l-aspetti. Anhui Jinhe ma ssottomettiet l-ebda kumment bħala reazzjoni għal xi waħda min-noti.

    (162)

    Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe tenniet l-affermazzjonijiet tagħha msemmija fil-premessa (160). Hija ressqet ukoll l-argument li biż-żieda tal-Ewwel Nota fil-fajl tal-investigazzjoni wara 4.5-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni u t-Tieni Nota wara 7.5-il xahar, il-Kummissjoni ma żiditx in-noti fil-fajl “fi żmien qasir” f’konformità mat-taqsima 5.3.2 tan-Notifika ta’ bidu u “fil-pront” skont l-Artikolu 2(6a)(e) tar-Regolament bażiku u għalhekk għandhom jiġu injorati. Barra minn hekk, ġie ddikjarat li t-talba ma kien fiha l-ebda element rigward id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs speċifiċi użati fil-proċess tal-produzzjoni minn Anhui Jinhe u l-Kummissjoni ma ġietx ipprovduta b’evidenza bħal din fi żmien 37 jum mid-data tal-Avviż dwar il-bidu mill-applikant. Fl-aħħar nett, ġie argumentat li bil-preżentazzjoni tal-Ewwel Nota wara t-37 jum mill-bidu, inkisru d-drittijiet tad-difiża ta’ Anhui Jinhe.

    (163)

    Il-Kummissjoni ma taqbilx ma’ dawn l-affermazzjonijiet. L-għan tal-Ewwel Nota u t-Tieni Nota għall-fajl huwa li l-partijiet jiġu infurmati dwar is-sorsi rilevanti li biħsiebha tuża għall-fini tad-determinazzjoni tal-valur normali skont l-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. In-Noti ma jinkludux valutazzjoni dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, partikolarità ta’ dan il-każ kienet il-fatt li kif spjegat fil-premessa ’(129), Ace-K kien immanifatturat biss fl-Unjoni u fir-RPĊ. Għalhekk, il-proċess tal-għażla tal-pajjiż rappreżentattiv kien aktar kumpless mis-soltu peress li l-Kummissjoni kellha tikkunsidra jekk kienx hemm produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali bħall-prodott ikkonċernat. Barra minn hekk, investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 11.2 tar-Regolament bażiku, bħal dik attwali, jeħtieġ li tiġi konkluża fi żmien 12-il xahar u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn 15-il xahar mid-data tal-pubblikazzjoni tan-Notifika ta’ bidu (kif iddikjarat fit-Taqsima 6 tan-Notifika ta’ bidu), meta mqabbla ma’ investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku meta l-miżuri proviżorji għandhom jiġu imposti mhux aktar tard minn 8-il xahar mill-bidu tal-investigazzjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe kellha biżżejjed żmien biex tikkummenta dwar in-noti. Madankollu, Anhui Jinhe ma għamlet l-ebda kumment għall-Ewwel Nota, li identifikat tliet pajjiżi rappreżentattivi potenzjali. Anhui Jinhe lanqas ma pprovdiet kummenti dwar it-Tieni Nota. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjonijiet li kien hemm ksur tad-drittijiet tad-difiża ta’ Anhui Jinhe.

    (164)

    Fir-rigward tal-affermazzjoni li t-talba ma kien fiha l-ebda element rigward id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs speċifiċi, kif iddikjarat fil-premessa (22), il-Kummissjoni kkonkludiet li t-talba kien fiha biżżejjed evidenza biex tinbeda l-investigazzjoni. L-applikant mhuwiex obbligat jippreżenta evidenza addizzjonali speċifikament rigwar id-distorsjonijiet ta’ ċerti inputs sabiex il-Kummissjoni teżamina l-applikazzjoni tal-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    3.5.   Kostijiet u valuri referenzjarji mingħajr distorsjoni

    3.5.1.   Fatturi ta’ produzzjoni

    (165)

    Meta titqies l-informazzjoni kollha ppreżentata mill-partijiet interessati u miġbura matul il-kontroverifiki mill-bogħod, il-fatturi ta’ produzzjoni li ġejjin u s-sorsi tagħhom ġew identifikati sabiex jiġi ddeterminat il-valur normali f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku:

    Tabella 1

    Fatturi tal-produzzjoni tal-Ace-K

    Fattur ta’ Produzzjoni

    Kodiċi tal-Komodità fil-Malasja

    Valuri mingħajr distorsjoni f’CNY

    Unità ta’ kejl

    Materja prima

    Karbonju attivat

    38021000

    17,78

    kg

    Fosfat tal-ammonju/ fosfat tad-diammonju

    31053000

    2,87

    kg

    Antraċit

    27011100

    0,99

    kg

    Butyl acetate

    29153300

    6,99

    kg

    Trab tal-ġebel tal-karbonat tal-kalċju/CaCO3/xibka 200

    25171000

    0,72

    kg

    Aġent għat-tneħħija tar-ragħwa/Silikoni f’forma primarja

    39100020

    39100090

    64,55

    kg

    Dichloromethane

    29031200

    4,51

    kg

    Aċidu aċetiku glaċjali

    29152100

    6,00

    kg

    Ossidu tal-kalċju/Trab/xibka 250

    25221000

    1,07

    kg

    Idrossidu tal-potassju

    28152000

    4,14

    kg

    Aċidu sulfamiku

    28111990

    18,14

    kg

    Kubrit/likwidu

    25030000

    0,77

    kg

    Triethylamine

    29211900

    47,51

    kg

    Enerġija

    Elettriku

    Mhux applikabbli

    0,52

    kWh

    Manodopera

    Kostijiet lavorattivi fis-settur tal-manifattura

    Mhux applikabbli

    64,10

    Siegħa ta’ xogħol

    (166)

    Il-Kummissjoni inkludiet ukoll valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex tkopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija aktar ’il fuq. Il-metodoloġija biex jiġi stabbilit dan l-ammont hija spjegata kif xieraq fil-premessa (186).

    Materja prima u prodotti sekondarji

    (167)

    Sabiex jiġi stabbilit il-prezz mingħajr distorsjoni ta’ materja prima kif ikkonsenjata sax-xatba tal-produttur rappreżentattiv tal-pajjiż, il-Kummissjoni użat bħala bażi l-prezz medju ponderat ta’ importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv kif irrapportat fil-GTA li miegħu żdiedu d-dazji fuq l-importazzjoni u l-kostijiet tat-trasport. Prezz tal-importazzjoni fil-pajjiż rappreżentattiv ġie ddeterminat bħala medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi kollha bl-esklużjoni tar-RPĊ u l-pajjiżi li ma humiex membri tad-WTO elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (70). Il-Kummissjoni ddeċidiet li teskludi l-importazzjonijiet mir-RPĊ lejn il-pajjiż rappreżentattiv peress li fil-premessa (121) din ikkonkludiet li ma huwiex xieraq li jintużaw prezzijiet u kostijiet domestiċi fir-RPĊ minħabba l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(b) tar-Regolament bażiku. Minħabba li ma hemm l-ebda evidenza li turi li l-istess distorsjonijiet ma jaffettwawx bl-istess mod il-prodotti maħsuba għall-esportazzjoni, il-Kummissjoni qieset li l-istess distorsjonijiet affettwaw il-prezzijiet tal-esportazzjoni. Wara l-esklużjoni tal-importazzjonijiet fil-Malasja miċ-Ċina u mill-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament 2015/755, il-Kummissjoni sabet li l-importazzjonijiet tal-materja prima ewlenija minn pajjiżi terzi oħrajn baqgħu rappreżentattivi (aktar minn 75 % tal-volumi totali importati lejn il-Malasja).

    (168)

    Għal għadd żgħir ta’ fatturi ta’ produzzjoni u prodotti sekondarji, il-kostijiet effettivi mġarrba, jew il-valuri kreditati mill-produtturi esportaturi li kkooperaw kienu jirrappreżentaw sehem negliġibbli tal-kostijiet totali tal-materja prima fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    (169)

    Peress li l-valur użat għal dawn ma kellu l-ebda impatt apprezzabbli fuq il-kalkoli tal-marġni tad-dumping, irrispettivament mis-sors użat, il-Kummissjoni ddeċidiet li tinkludi l-valur nett ta’ dawk il-kostijiet f’oġġetti tal-konsum.

    (170)

    Fir-rigward tal-istim, kost sinifikanti ġie rrapportat mill-produttur esportatur fil-kategorija tal-oġġetti tal-konsum. Peress li l-istim kien ukoll prodott sekondarju tal-proċess tal-produzzjoni, il-Kummissjoni inkludiet kemm il-kost kif ukoll il-valur tal-introjtu mill-prodott sekondarju għall-istim, fil-prodotti tal-konsum.

    (171)

    Il-Kummissjoni kkalkulat il-perċentwal tal-oġġetti tal-konsum fuq il-kost totali tal-materja prima u applikat dan il-perċentwal għall-kost ikkalkulat mill-ġdid tal-materja prima meta użat il-prezzijiet mingħajr distorsjoni stabbiliti.

    (172)

    Sabiex tistabbilixxi l-prezz mingħajr distorsjoni tal-materja prima, kif previst fl-ewwel inċiż tal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni applikat id-dazji fuq l-importazzjoni rilevanti tal-pajjiż rappreżentattiv.

    (173)

    Il-Kummissjoni esprimiet il-kost tat-trasport imġarrab mill-produttur esportatur li kkoopera għall-provvista ta’ materja prima bħala perċentwal tal-kost attwali ta’ materja prima bħal din u mbagħad applikat l-istess perċentwal għall-kost mingħajr distorsjoni tal-istess materja prima sabiex jinkiseb il-kost mingħajr distorsjoni tat-trasport. Il-Kummissjoni kkunsidrat li, fil-kuntest ta’ din l-investigazzjoni, il-proporzjon bejn il-materja prima tal-produttur esportatur u l-kostijiet tat-trasport irrapportati jista’ jintuża b’mod raġonevoli bħala indikazzjoni sabiex jiġu stmati l-kostijiet mingħajr distorsjoni tat-trasport tal-materja prima meta tiġi kkonsenjata lill-fabbrika tal-kumpanija.

    (174)

    Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-Kummissjoni ma ħaditx punt ta’ riferiment preċiż għall-idrossidu tal-potassju. Hija argumentat li l-Kummissjoni użat il-prezz Malasjan għal SA 281520 f’dan ir-rigward u din il-metodoloġija ma kkunsidratx il-fatt li l-idrossidu tal-potassju seta’ jiġi importat f’forma likwida u solida li għandhom prezzijiet differenti.

    (175)

    Biex jinbena l-punt ta’ riferiment għall-idrossidu tal-potassju, il-Kummissjoni użat il-kodiċi HS ippreżentat minn Anhui Jinhe, li kien l-istess kemm għall-forom likwidi kif ukoll għal dawk solidi. Il-kodiċi tal-prodott b’ 8 ċifri fil-Malasja għal dan il-prodott ma jagħmilx differenza bejn prodotti likwidi u solidi. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    (176)

    Anhui Jinhe argumentat ukoll li l-premessa bażika li fuqha huwa bbażat il-kunċett ta’ dazji fuq l-importazzjoni kienet li, jekk il-materja prima tinxtara fis-suq domestiku, il-prezz tax-xiri kien soġġett għat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT), filwaqt li jekk il-materja prima kienet akkwistata fi swieq barranin, il-pajjiżi li esportaw il-materja prima ġeneralment ma kinux jimponu l-VAT. Għalhekk, fl-istadju ta’ l-importazzjoni ġew imposti dazji ta’ importazzjoni biex it-taxxa tkun ugwali b’tali mod li l-prezz domestiku kien komparabbli mal-prezz ta’ l-importazzjoni. Madankollu, jekk kumpanija tixtri materja prima, il-VAT imħallsa hija l-VAT tal-input li ma kinitx parti mill-ispiża tal-produzzjoni peress li kienet tpaċija tal-VAT tal-output. Għalhekk, Anhui Jinhe sostniet li għall-kalkolu tal-valur normali d-dazju tal-importazzjoni ma għandux jiżdied.

    (177)

    Il-Kummissjoni ma qablitx ma’ din l-affermazzjoni. Ir-reġim tal-VAT huwa differenti mid-dazju tal-importazzjoni. Filwaqt li għall-VAT, hemm tpaċija bejn il-VAT tal-input u tal-output anki għall-materja prima importata, dan il-kumpens ma japplikax għad-dazji tal-importazzjoni. Barra minn hekk, l-għan taż-żieda tad-dazji tal-importazzjoni huwa li jinkiseb il-prezz finali tal-importazzjoni fis-suq domestiku. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    Manodopera

    (178)

    Fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni indikat l-intenzjoni tagħha li tuża l-istatistika ppubblikata mill-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) (71) fil-Malasja biex tiddetermina l-pagi fil-Malasja billi tuża l-informazzjoni għall-kost lavorattiv medju għal kull impjegat fis-settur tal-manifattura għall-perjodu ta’ investigazzjoni.

    (179)

    Wara t-Tieni Nota, l-applikant ikkummenta li abbażi tal-kost tax-xogħol mhux eżekuttiv stabbilit mill-Kummissjoni għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad (RM 38 791 005) u l-fatt li dan kien relatat ma’ 452 persuna, wieħed seta’ jiddeduċi li Ajinomoto (Malaysia) Berhad ħallset lil kull impjegat mhux eżekuttiv, bħala medja, 85 820,81 RM/sena li kien ekwivalenti għal 7 151,73 RM/xahar (11 952,8 CNY/xahar). Huma indikaw li peress li Ajinomoto (Malaysia) Berhad operat fl-istess settur tan-negozju bħall-produtturi tal-Ace-K, ikun raġonevoli li jiġi kkalkolat il-parametru referenzjarju għall-manodopera bl-użu ta’ kostijiet lavorattivi mhux eżekuttivi fis-siegħa mir-rapporti finanzjarji ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad.

    (180)

    Il-Kummissjoni tinnota li ċ-ċifri tal-Istitut tal-Informazzjoni u tal-Analiżi tas-Suq tax-Xogħol (ILMIA) huma relatati mas-sena 2016. Peress li ċ-ċifri lavorattivi mhux eżekuttivi proposti mill-applikant huma relatati mas-sena finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 u ġejjin minn kumpanija fl-istess settur tan-negozju bħall-produtturi tal-Ace-K, il-Kummissjoni sabet li kien xieraq li ssir talba mill-applikant biex jiġu stabbiliti l-kostijiet tal-manodopera fuq dik il-bażi.

    Elettriku

    (181)

    Il-prezzijiet għall-elettriku għall-kumpaniji (l-utenti industrijali) fil-Malasja huma ppubblikati mill-kumpanija tal-elettriku Tenaga Nasional Berhad (TNB) fis-sit web tagħha (72). L-aktar rati riċenti ġew ippubblikati fl-1 ta’ Jannar 2014 u kienu għadhom applikabbli fir-RIP. Il-Kummissjoni użat ir-rati tal-prezzijiet tal-elettriku industrijali fil-faxxa tal-konsum “Tariff E2 - Tariffa Industrijali Konsum Massimu/Mhux Konsum Massimu Vultaġġ Medju”, minn TNB biex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh.

    (182)

    Fir-rigward tal-element ta’ domanda massima, il-produttur esportatur ma pprovdiex dettalji tad-domanda massima għal kull nofs siegħa, li hija element tal-kalkolu. Għalhekk, il-Kummissjoni stabbiliet dan l-element, b’mod konservattiv, abbażi tad-domanda medja għal kull nofs siegħa għax-xahar bl-ogħla domanda.

    (183)

    Il-Kummissjoni mbagħad stabbiliet il-konsum mill-produttur esportatur Ċiniż matul il-perjodi massimi u kwieti fis-sistema tat-tariffi tal-Malasja, li jikkorrispondu mal-perjodi massimi u fissi (il-perjodu massimu tal-Malasja) u l-perjodu minimu (il-perjodu kwiet tal-Malasja) fis-sistema tariffarja Ċiniża.

    (184)

    Imbagħad, il-Kummissjoni applikat il-prezzijiet tal-Malasja għal kull unità kkonsmata matul il-perjodi massimi u kwieti fil-Malasja għall-konsum tal-produttur esportatur Ċiniż f’kWh matul dawk il-perjodi u żiedet it-tariffa massima tad-domanda stabbilita hawn fuq u t-tariffa tal-alimentazzjoni ta’ 1,6 % sabiex tistabbilixxi l-kost tal-elettriku għal kull kWh.

    3.5.2.   Kostijiet ġenerali tal-manifattura, SG&A u profitti

    (185)

    Skont l-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku, “il-valur normali maħdum għandu jinkludi ammont raġonevoli u mingħajr distorsjoni għal kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għal profitti”. Barra minn hekk, kien jeħtieġ li jiġi stabbilit valur għall-ispejjeż ġenerali tal-manifattura sabiex ikopri l-kostijiet mhux inklużi fil-fatturi ta’ produzzjoni msemmija hawn fuq.

    (186)

    L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera ġew espressi bħala sehem mill-kostijiet tal-manifattura effettivament imġarrba mill-produttur esportatur. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (187)

    Biex tistabbilixxi ammont mhux distort u raġonevoli għall-SG&A u l-profitt, il-Kummissjoni bbażat ruħha fuq id-data finanzjarja li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad. Il-Kummissjoni għamlet din id-data disponibbli għall-partijiet interessati fit-Tieni Nota.

    (188)

    Kif indikat fit-Tieni Nota, il-Kummissjoni l-ewwel analizzat ir-Rapport tal-Introjtu awditjat u n-Noti mar-rapporti finanzjarji għal Ajinomoto (Malaysia) Berhad għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020 sabiex tistabbilixxi l-Kost tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-SG&A. Ċerti tipi ta’ kostijiet ġew allokati direttament għall-kost tal-bejgħ (eż. deprezzament tal-impjanti, tal-makkinarju u tat-tagħmir) jew għall-ispejjeż tal-SG&A (eż. is-salarji tad-diretturi) kif xieraq. Spejjeż oħra ġew imqassma mal-kost tal-bejgħ u l-ispejjeż tal-SG&A abbażi tan-numri ta’ impjegati mhux eżekuttivi (imqassma mal-kost tal-bejgħ) u impjegati oħra (imqassma mal-SG&A). B’din l-analiżi, il-Kummissjoni esprimiet l-ispejjeż tal-SG&A bħala perċentwal tal-Kost tal-bejgħ.

    (189)

    Wara t-Tieni Nota, l-applikant ikkummenta li d-dħul mill-imgħax ta’ MR 2 894 308 ma għandux jiġi ttrattat bħala kost negattiv tal-SG&A.

    (190)

    Il-Kummissjoni qablet li peress li Ajinomoto (Malaysia) Berhad kellha assi ta’ flus sinifikanti, li kienu jkunu s-sors ta’ tali introjtu, l-imgħax riċevut jenħtieġ li ma jiġix inkluż biex jitnaqqsu l-kostijiet tal-SG&A assoċjati mal-produzzjoni tal-prodott taħt rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni aġġustat il-kostijiet tal-SG&A f’dan ir-rigward.

    (191)

    L-applikant argumenta wkoll li fl-istabbiliment tal-livell ta’ profittabbiltà, il-Kummissjoni jenħtieġ li tqis il-profittabbiltà ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad fuq il-bejgħ industrijali tagħha aktar milli fuq il-bejgħ lill-konsumaturi tagħha, peress li kemm l-applikant kif ukoll Anhui Jinhe jbigħu l-Ace-K “minn negozju għal negozju”. Huma indikaw li jkun possibbli li tiġi kkalkolata l-profittabbiltà għas-settur industrijali bl-użu tal-informazzjoni segmentali disponibbli fil-paġna 89 tar-Rapport Annwali 2020.

    (192)

    Il-Kummissjoni nnotat li ċ-ċifri fir-Rapport Annwali kienu jippermettu d-determinazzjoni ta’ perċentwal ta’ profitt għall-bejgħ industrijali, iżda mhux perċentwal ekwivalenti tal-ispejjeż tal-SG&A għall-bejgħ industrijali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet dan l-argument u stabbiliet il-profitt u l-SG&A abbażi taċ-ċifri totali tal-kumpanija Ajinomoto (Malasia) Berhad.

    (193)

    Fil-kummenti tagħha wara d-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe ressqet l-argument ulterjuri li l-Kummissjoni tat stima għolja żżejjed tal-ispejjeż ta’ SG&A ta’ Ajinomoto, billi allokat it-totalità tal-“ispejjeż l-oħra tal-operat” lil SG&A. Huma ressqu l-argument li partijiet mill-“ispejjeż l-oħra tal-operat” jikkostitwixxu b’neċessità kosti ta’ bejgħ, aktar milli SG&A, peress li pereżempju, l-ebda spiża li ma ġietx ikklassifikata bħala “spiża oħra tal-operat” ma jidher li tinkludi l-ispejjeż għall-enerġija li jmisshom, tal-anqas parzjalment, jitqiesu bħala kosti tal-produzzjoni aktar milli SG&A.

    (194)

    Il-Kummissjoni tinnota li ma hemm l-ebda indikazzjoni ċara jew tqassim tal-ispejjeż inklużi fil-kategorija fir-rapport annwali ta’ Ajinomoto. Id-divulgazzjoni dettaljata tal-allokazzjoni tal-kostijiet biex jiġu ddeterminati l-ispejjeż SG & A saret bħala parti mit-Tieni Nota u l-partijiet interessati ngħataw 10 jum biex jikkummentaw. Anhui Jinhe ma kkummentatx dwar dan l-aspett f’dak iż-żmien. Madankollu, anki jekk il-Kummissjoni taċċetta dik id-dikjarazzjoni, dan ma jbiddilx il-konklużjonijiet tal-investigazzjoni li d-dumping (b’rata għolja) kompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

    3.5.3.   Il-kalkolu

    (195)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ħadmet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works, f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    (196)

    L-ewwel, il-Kummissjoni stabbiliet il-kostijiet mingħajr distorsjoni tal-manifattura (li jkopru l-konsum tal-materja prima, tal-manodopera u tal-enerġija). Il-Kummissjoni applikat il-kostijiet unitarji mingħajr distorsjoni għall-konsum effettiv tal-fatturi individwali tal-produzzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera. Il-Kummissjoni mmultiplikat il-fatturi tal-użu bil-kostijiet mhux distorti għal kull unità li ġew osservati fil-pajjiż rappreżentattiv.

    (197)

    It-tieni, biex waslet għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni żiedet il-kostijiet ġenerali tal-manifattura. L-ispejjeż ġenerali tal-manifattura mġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera żdiedu bl-ispejjeż tal-materja prima u tal-oġġetti tal-konsum imsemmija fil-premessi (168) sa (171) u sussegwentement ġew espressi bħala sehem mill-ispejjeż tal-manifattura li effettivament ġew imġarrba mill-produttur esportatur li kkoopera. Dan il-perċentwal ġie applikat għall-kostijiet tal-manifattura mingħajr distorsjoni.

    (198)

    Ladarba ġie stabbilit il-kost tal-manifattura mingħajr distorsjoni, il-Kummissjoni applikat l-SG&A u l-profitt kif innotat fil-premessi (188) sa (192). Dawn ġew iddeterminati abbażi tar-rapporti finanzjarji ta’ Ajinomoto (Malaysia) Berhad kif spjegat fil-premessa (187).

    (199)

    L-ispejjeż SG&A, espressi bħala perċentwal tal-Kostijiet tal-Prodotti Mibjugħa (“COGS”) u applikati għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammontaw għal 32,7 %. Il-profitt, espress bħala perċentwal tas-COGS u applikat għall-kostijiet tal-produzzjoni mingħajr distorsjoni, ammonta għal 22,8 %.

    (200)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni bniet il-valur normali għal kull tip ta’ prodott fuq bażi ex-works f’konformità mal-Artikolu 2(6a)(a) tar-Regolament bażiku.

    3.6.   Prezz tal-esportazzjoni

    (201)

    Il-produttur esportatur li kkoopera esporta direttament lil klijenti indipendenti fis-suq tal-Unjoni.

    (202)

    Il-prezz tal-esportazzjoni kien il-prezz effettivament imħallas jew li jista’ jitħallas għall-prodott ikkonċernat meta mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni, f’konformità mal-Artikolu 2(8) tar-Regolament bażiku.

    3.7.   Paragun

    (203)

    Il-Kummissjoni qabblet il-valur normali u l-prezz tal-esportazzjoni tal-produttur esportatur li kkoopera fuq bażi ex-works.

    (204)

    Fejn iġġustifikat mill-ħtieġa li jiġi żgurat tqabbil ġust, il-Kummissjoni aġġustat il-valur normali u/jew il-prezz tal-esportazzjoni għad-differenzi li jaffettwaw il-prezzijiet u l-komparabbiltà tal-prezzijiet, f’konformità mal-Artikolu 2(10) tar-Regolament bażiku. Saru aġġustamenti għall-prezz tal-esportazzjoni għall-ispejjeż tan-nol, tal-immaniġġjar, tat-tagħbija u dawk anċillari fir-RPĊ, tat-trasport bil-baħar u tal-assigurazzjoni, tal-kostijiet tal-kreditu, tal-imposti bankarji u tal-ispejjeż tal-imballaġġ.

    3.8.   Marġni tad-dumping

    (205)

    Għall-produttur esportatur li kkoopera, Anhui Jinhe, il-Kummissjoni qabblet il-valur normali ta’ prodott simili mal-prezz tal-esportazzjoni tat-tip korrispondenti tal-prodott ikkonċernat, f’konformità mal-Artikolu 2(11) u (12) tar-Regolament bażiku.

    (206)

    Abbażi ta’ dan, il-marġni ta’ dumping medju ponderat, espress bħala perċentwal tal-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, kien ta’ 67,6 %.

    (207)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjoni miċ-Ċina mill-istatistika uffiċjali huma konformi mal-prezzijiet ta’ Anhui Jinhe. Minħabba l-marġni ta’ dumping sinifikanti u n-nuqqas ta’ kooperazzjoni minn produtturi esportaturi oħra, il-Kummissjoni kkunsidrat li kumpaniji oħra kienu qed jesportaw ukoll bi prezzijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    (208)

    Għalhekk ġie konkluż li d-dumping tkompla matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    4.   IL-PROBABBILTÀ TAL-KONTINWAZZJONI TA’ DUMPING

    (209)

    Wara s-sejba tal-eżistenza tad-dumping matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami, il-Kummissjoni investigat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, il-probabbiltà tal-kontinwazzjoni ta’ dumping f’każ li l-miżuri jiġu mħassra. L-elementi addizzjonali li ġejjin ġew analizzati: il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, l-attraenza tas-suq tal-Unjoni u l-prezzijiet probabbli u l-marġnijiet tad-dumping jekk il-miżuri jiġu revokati.

    4.1.   Il-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ

    (210)

    Il-Kummissjoni analizzat is-sitwazzjoni relatata mal-kapaċità tal-produzzjoni u l-kapaċità ta’ riżerva abbażi tal-informazzjoni fit-talba, il-formoli tal-kampjunar sottomessi mill-produtturi esportaturi Ċiniżi, it-tweġiba għall-kwestjonarju li waslet mill-produttur esportatur li kkoopera, is-sottomissjonijiet li waslu u s-siti web tal-produtturi fiċ-Ċina.

    (211)

    Fit-talba, l-applikant indika li l-kapaċità eżistenti fir-RPĊ kienet tammonta għal 39 500 tunnellata u l-użu tal-kapaċità bbażat fuq il-bejgħ globali kien inqas minn 50 % (73).

    (212)

    Anhui Jinhe sostniet li tliet kumpaniji biss, Anhui Jinhe, Vitasweet u Yabang kienu qed jipproduċu Ace-K fir-RPĊ u pprovdiet evidenza biex turi li xi wħud mill-produtturi Ċiniżi indikati fit-talba ma kinux qed jipproduċu Ace-K.

    (213)

    Il-Kummissjoni aċċettat l-evidenza (74) minn Anhui Jinhe, li kienet tidher li tissuġġerixxi li Shandong MinghuiFood Co., Ltd, Suzhou PeacockFood Additive Co., Ltd u Suzhou Hope Technology Co., Ltd ma kinux għadhom jipproduċu Ace-K. Madankollu, ma kien hemm l-ebda evidenza li tindika li l-kapaċità tagħhom ma kinitx għadha teżisti jew informazzjoni dwar jekk il-kapaċità tagħhom setgħetx terġa’ tiġi stabbilita fuq terminu qasir.

    (214)

    Fir-rigward tal-kumpanija Hangzhou SanheFood Co., Ltd, fin-nuqqas ta’ evidenza għall-kuntrarju, il-Kummissjoni qieset li dawn kienu għadhom produttur u kkonkludiet mis-sit web tagħhom (75) li għandhom kapaċità ta’ mill-inqas 5 000 tunnellata u potenzjalment aktar.

    (215)

    L-applikant ipprovda evidenza li kumpanija msemmija Nantong Hongxin kellha kapaċità ta’ Ace-K taħt kostruzzjoni li tammonta għal 15 000 tunnellata bi tlestija mistennija fl-2021 (76) u li kumpanija msemmija Ningxia Wanxiangyuan kellha pjanijiet li tibni faċilità ta’ produzzjoni ġdida ta’ Ace-K, b’kapaċità ta’ 5 000 tunnellata fis-sena, li għaddiet mill-istadju tal-valutazzjoni ambjentali f’Ottubru 2020 (77). L-applikant irrefera wkoll għal tħabbira fl-2017 minn Anhui Jinhe dwar żieda potenzjali fil-kapaċità tal-produzzjoni iżda ma pprovda l-ebda evidenza li din l-espansjoni seħħet jew dwar il-volum tal-kapaċità tal-produzzjoni kkonċernata.

    (216)

    Anhui Jinhe ma kkontestatx din l-evidenza.

    (217)

    Il-Kummissjoni saret taf ukoll bi produttur possibbli ieħor tal-Ace-K fiċ-Ċina msemmi Jiangxi Beiyang, iżda ma setgħetx issib informazzjoni aktar dettaljata dwar il-kapaċità potenzjali ta’ produzzjoni jew il-kapaċità ta’ produzzjoni tiegħu.

    (218)

    Meta titqies l-evidenza kollha disponibbli, il-Kummissjoni qieset li l-kapaċità Ċiniża attwali x’aktarx kienet fil-medda ta’ bejn 32 000 u 40 500 tunnellata u l-kapaċità x’aktarx li tiżdied fuq terminu qasir b’20 000 tunnellata għal bejn 52 000 u 60 500 tunnellata.

    (219)

    Anhui Jinhe stmat id-domanda globali annwali għall-Ace-K fil-medda ta’ 18 000 sa 20 000 tunnellata u argumentat li b’rata ta’ tkabbir annwali ta’ 2,3 – 4,5 % (li għalihom ġiet ipprovduta evidenza mill-applikant), dan malajr jeżawrixxi kwalunkwe kapaċità ta’ riżerva disponibbli fiċ-Ċina.

    (220)

    Madankollu, abbażi tal-kapaċità attwali fiċ-Ċina ta’ bejn 32 000 u 40 500 tunnellata, kien ċar li ċ-Ċina waħedha setgħet tissodisfa faċilment id-domanda globali eżistenti u tkun tista’ tissodisfaha għal mill-inqas l-10 snin li ġejjin.

    (221)

    Il-Kummissjoni eżaminat ukoll is-sitwazzjoni fir-rigward tal-kapaċità ta’ riżerva.

    (222)

    Abbażi tal-informazzjoni disponibbli dwar it-tliet kumpaniji li Anhui Jinhe sostniet li bħalissa kienu qed jipproduċu kif ukoll għal Hangzhou SanheFood Co. Ltd., il-Kummissjoni kkonkludiet li dawn l-erba’ kumpaniji x’aktarx li jkollhom kapaċità ta’ riżerva ta’ madwar 5 200 tunnellata (78). Dan kien bejn wieħed u ieħor id-doppju tal-konsum tal-Unjoni fir-RIP (ara l-premessa (239)).

    (223)

    Il-kapaċità ta’ riżerva attwali stmata ta’ madwar 5 200 tunnellata, flimkien mal-kapaċità addizzjonali ta’ 20 000 tunnellata li għandha tiġi installata fiċ-Ċina fuq terminu qasir, hija ogħla mill-istima ta’ Anhui Jinhe tad-domanda globali attwali u aktar minn 8 darbiet il-konsum totali tal-Unjoni.

    (224)

    Għalhekk, se jkun hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ, biex jiżdied il-bejgħ lejn is-suq tal-Unjoni b’mod massiv f’każ li l-miżuri anti-dumping jitħallew jiskadu.

    4.2.   L-attraenza tas-suq tal-Unjoni

    (225)

    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-esportazzjonijiet Ċiniżi kienet evidenti minħabba l-preżenza kontinwa u massiva tagħhom anke b’miżuri anti-dumping – li laħqu [31 % sa 37 %] tas-sehem mis-suq tal-Unjoni matul ir-RIP kif imsemmi fil-premessa (242).

    (226)

    Il-kapaċità żejda Ċiniża tipprovdi inċentiv qawwi għall-esportazzjoni f’dan is-settur orjentat b’mod naturali lejn l-esportazzjoni minħabba li hemm kompetitur barrani wieħed biss (l-applikant). L-esportaturi Ċiniżi diġà użaw il-potenzjal tas-swieq tal-esportazzjoni minbarra l-Unjoni minħabba li diġà jiddominawhom b’sehem mis-suq bħala medja ta’ aktar minn 70 % (79).

    (227)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe sostniet li l-Kummissjoni naqset milli turi li l-Unjoni kienet suq attraenti għall-produtturi Ċiniżi tal-Ace-K. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe sostniet li l-applikant biegħ parti dejjem akbar tal-produzzjoni tiegħu lil swieq terzi, li ssuġġerixxa li s-suq tal-Unjoni lanqas biss kien attraenti għall-produttur tal-Unjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li l-prezz tal-esportazzjoni tal-produtturi Ċiniżi lejn l-Unjoni kien l-istess, jew ftit inqas mill-prezz tal-esportazzjoni tagħhom lejn swieq mhux tal-UE. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, Anhui Jinhe kkonkludiet li s-suq tal-Unjoni kien inqas attraenti għall-produtturi Ċiniżi minn kwalunkwe suq terz ieħor minħabba l-preżenza ta’ kompetitur lokali.

    (228)

    Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li d-dazji antidumping ma eskludewx lill-produtturi esportaturi Ċiniżi mis-suq tal-Unjoni. L-applikant argumenta wkoll li s-suq tal-Unjoni jista’ jkun inqas attraenti għall-produtturi Ċiniżi minħabba d-dazji antidumping fis-seħħ, iżda jekk dawn id-dazji jitħassru, il-produtturi Ċiniżi jqisu s-suq tal-Unjoni bħala attraenti.

    (229)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-produtturi esportaturi Ċiniżi żammew sehem mis-suq importanti ħafna fis-suq tal-Unjoni anki wara l-impożizzjoni ta’ dazji antidumping kif deskritt fil-premessa (242). Jekk is-suq ma jkunx attraenti, tali penetrazzjoni għolja ma tkunx teżisti. Dan huwa aktar il-każ fejn japplikaw dazji antidumping addizzjonali, peress li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-iżbark huma ogħla u jagħmlu l-esportazzjonijiet lejn l-UE aktar għaljin. Taħt dawn iċ-ċirkostanzi tal-prezzijiet, l-esportaturi ma jkomplux ibiegħu kwantitajiet sinifikanti lil suq mhux attraenti. Għalhekk, abbażi tas-sejbiet miġbura fil-qosor fil-premessa (234), il-Kummissjoni tiċħad l-argument ta’ hawn fuq. Jekk id-dazji antidumping jitħallew jiskadu, il-produtturi Ċiniżi jkollhom l-opportunità li jżidu l-bejgħ u s-sehem mis-suq tagħhom fl-Unjoni.

    (230)

    L-attraenza tas-suq tal-Unjoni ġiet ikkonfermata ulterjorment mill-elementi tal-prezzijiet analizzati fil-premessi (232) sa (233).

    4.3.   Il-prezzijiet u l-marġnijiet tad-dumping probabbli f’każ li l-miżuri jiġu mħassra

    (231)

    Anhui Jinhe argumentat li l-prezzijiet tal-esportazzjoni tal-Ace-K mir-RPĊ lejn pajjiżi terzi kienu ogħla mill-prezzijiet tal-esportazzjoni lejn l-Unjoni. Barra minn hekk, huma argumentaw li ma kien hemm l-ebda restrizzjoni fuq il-bejgħ tal-Ace-K lil pajjiżi terzi.

    (232)

    Il-Kummissjoni sabet li l-prezzijiet tal-esportazzjoni Ċiniżi lejn pajjiżi terzi kienu bejn wieħed u ieħor fl-istess livell tal-prezzijiet tagħhom lejn l-Unjoni. Dan jindika li d-dumping huwa strateġija strutturali għall-penetrazzjoni tas-swieq ta’ pajjiżi terzi u li għalhekk se jkompli.

    (233)

    Il-produtturi Ċiniżi jistgħu jkunu jistgħu jbigħu bi prezz ogħla lejn l-Unjoni milli lejn pajjiżi terzi oħra jekk id-dazji eżistenti jitħallew jiskadu, iżda l-provvista eċċessiva sostanzjali fiċ-Ċina x’aktarx li twaqqa’ l-prezzijiet għal livelli taħt il-livelli eżistenti fis-suq tal-Unjoni. Għalhekk, il-marġnijiet tad-dumping x’aktarx li jkomplu jiżdiedu.

    4.4.   Konklużjoni

    (234)

    Il-Kummissjoni sabet li kien hemm kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ, li x’aktarx kompliet tikber aktar fit-terminu qasir. L-attraenza tas-suq tal-Unjoni kienet ċara mis-sehem għoli tas-suq li jgawdu l-produtturi Ċiniżi minkejja d-dazji anti-dumping sinifikanti fis-seħħ. Barra minn hekk, il-prezzijiet għas-suq tal-Unjoni kienu attraenti u għalkemm ikun hemm potenzjal għall-produtturi Ċiniżi li jgħollu l-prezzijiet tagħhom mil-livelli attwali, jekk jiskadu l-miżuri, il-kapaċità żejda fiċ-Ċina, flimkien mar-rati moderati antiċipati ta’ tkabbir tas-suq globali, x’aktarx li tkompli tnaqqas il-prezzijiet, fin-nuqqas ta’ miżuri.

    (235)

    Barra minn hekk, il-livell ta’ dumping li nstab kien sostanzjali.

    (236)

    Għalhekk, l-analiżi tal-Kummissjoni żvelat id-dumping fil-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami u l-probabbiltà li l-importazzjonijiet ikomplu, f’volumi sinifikanti, bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, jekk il-miżuri jiskadu.

    5.   DANNU

    5.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

    (237)

    Il-prodott simili kien immanifatturat minn produttur wieħed fl-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Dan il-produttur jikkostitwixxi l-“industrija tal-Unjoni” skont it-tifsira tal-Artikolu 4(1) tar-Regolament bażiku.

    5.2.   Konsum tal-Unjoni

    (238)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-konsum tal-Unjoni abbażi tal-bejgħ fis-suq ħieles tal-industrija tal-Unjoni fis-suq tal-Unjoni u l-importazzjonijiet mir-RPĊ u minn pajjiżi terzi oħra, kif indikat fl-istatistika dwar l-importazzjoni abbażi tal-bażi tad-data tal-14(6).

    (239)

    Il-konsum tal-Unjoni żviluppa kif ġej:

    Tabella 2

    Il-konsum tal-Unjoni (tunnellati)

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Il-konsum totali tal-Unjoni

    [2 313 -2 800 ]

    [2 339 -2 831 ]

    [2 549 -3 085 ]

    [2 447 -2 962 ]

    Indiċi

    100

    101

    110

    106

    Sors: Data mill-industrija tal-Unjoni u l-bażi tad-data tal-14(6)

    (240)

    Il-konsum tal-Ace-K żdied b’6 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat minħabba żieda fid-domanda għal prodotti mingħajr zokkor fl-Unjoni.

    5.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    5.3.1.   Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

    (241)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-volum tal-importazzjonijiet abbażi tal-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6). Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet ġie stabbilit abbażi tal-bażi tad-data tal-14(6) u tad-data tal-industrija tal-Unjoni.

    (242)

    L-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppaw kif ġej:

    Tabella 3

    Volum u sehem mis-suq tal-importazzjonijiet

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

    [669 -810 ]

    [699 -846 ]

    [658 -796 ]

    [788 -953 ]

    Indiċi

    100

    104

    98

    118

    Sehem mis-suq (%)

    [27 -33 ]

    [28 -34 ]

    [25 -30 ]

    [31 -37 ]

    Indiċi

    100

    103

    89

    111

    Sors: Data mill-industrija tal-Unjoni u l-bażi tad-data tal-14(6)

    (243)

    Il-volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wera xi fluttwazzjonijiet b’żieda ta’ 4 % fl-2018, segwita minn tnaqqis fl-2019. Matul ir-RIP, il-volum tal-importazzjonijiet żdied b’mod konsiderevoli bi 18 %, meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda mill-2019 ħabtet fl-istess żmien ma’ tnaqqis żgħir fil-konsum fl-Unjoni matul l-istess perjodu.

    (244)

    Is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet miċ-Ċina wera żvilupp simili bħall-volum tal-importazzjonijiet, b’żieda ta’ 3 % fl-2018, segwit minn tnaqqis fl-2019. Dan it-tnaqqis jista’ jiġi rkuprat matul ir-RIP b’żieda ta’ 11 % meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Il-Kummissjoni osservat li fir-RIP, minkejja t-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, is-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ żdied għad-detriment tal-volum tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni kif deskritt fil-premessi (257) u (258).

    5.3.2.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

    (245)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-prezzijiet tal-importazzjonijiet abbażi tad-data mill-bażi tad-data tal-14(6).

    (246)

    Il-prezz medju tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat żviluppa kif ġej:

    Tabella 4

    Il-prezzijiet tal-importazzjonijiet (EUR/ tunnellata)

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Prezz tal-importazzjonijiet medju mill-pajjiż ikkonċernat

    [5 202 -6 297 ]

    [5 232 -6 334 ]

    [5 827 -7 054 ]

    [6 207 -7 513 ]

    Indiċi

    100

    101

    112

    119

    Sors: Il-bażi tad-data tal-Artikolu 14(6)

    (247)

    Il-prezzijiet medji tal-importazzjonijiet mir-RPĊ urew b’mod ġenerali żieda qawwija ta’ 19 % matul il-perjodu kkunsidrat. Il-prezzijiet tal-importazzjoni miċ-Ċina baqgħu sostanzjalment aktar baxxi meta mqabbla mal-prezzijiet tal-Unjoni, kif rifless fit-Tabella 8.

    (248)

    Il-Kummissjoni ddeterminat it-twaqqigħ tal-prezz matul il-perjodu tal-investigazzjoni tar-rieżami billi qabblet:

    (a)

    il-prezzijiet tal-bejgħ medji ponderati għal kull tip ta’ prodott tal-produttur uniku tal-Unjoni imposti fuq il-klijenti mhux relatati fis-suq tal-Unjoni, aġġustati għal livell ex-works; u

    (b)

    il-prezzijiet medji ponderati korrispondenti għal kull tip ta’ prodott tal-importazzjonijiet mill-produttur Ċiniż uniku li kkoopera lill-ewwel klijent indipendenti fis-suq tal-Unjoni, stabbiliti fuq il-bażi ta’ kost, assigurazzjoni u nol (CIF), inkluż id-dazju antidumping, b’aġġustamenti xierqa għall-kostijiet ta’ wara l-importazzjoni.

    (249)

    It-tqabbil tal-prezzijiet sar fuq bażi ta’ tip b’tip għat-tranżazzjonijiet fl-istess livell ta’ kummerċ, b’aġġustament dovut fejn meħtieġ, u wara tnaqqis tar-rifużjonijiet u tal-iskontijiet. Matul ir-RIP, ir-riżultat tal-paragun kien espress bħala perċentwal tal-fatturat tal-produttur tal-Unjoni. Dan wera marġni medju pponderat ta’ twaqqigħ tal-prezz ta’ aktar minn 10 %. Meta d-dazji antidumping ma jiġux ikkunsidrati, il-marġni medju ponderat tat-twaqqigħ tal-prezz laħaq aktar minn 45 %.

    5.4.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ

    (250)

    L-importazzjonijiet ta’ Ace-K minn pajjiżi terzi għajr ir-RPĊ jirrappreżentaw sehem mis-suq ta’ 1 sa 4 % biss matul il-perjodu kkunsidrat. Billi lßAce-K huwa prodott biss fiċ-Ċina u fl-Unjoni, il-Kummissjoni qieset li dawn l-importazzjonijiet kienu kklassifikati ħażin bħala Ace-K jew li l-oriġini tagħhom kienet ħażina. Għal din ir-raġuni, il-Kummissjoni ma qisitx aktar dawn l-importazzjonijiet fl-analiżi tad-dannu tagħha.

    5.5.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

    5.5.1.   Kummenti ġenerali

    (251)

    Il-valutazzjoni tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni kienet tinkludi evalwazzjoni tal-indikaturi ekonomiċi kollha li influwenzaw l-istat tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni.

    5.5.1.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

    (252)

    Il-produzzjoni totali tal-Unjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 5

    Il-volum ta’ produzzjoni, il-kapaċità tal-produzzjoni u l-użu tal-kapaċità tal-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Il-volum tal-produzzjoni (tunnellati)

    [4 271 – 5 171 ]

    [4 833 – 5 850 ]

    [4 860 – 5 883 ]

    [4 873 – 5 899 ]

    Indiċi

    100

    113

    114

    114

    Il-kapaċità tal-produzzjoni (tunnellati)

    [5 700 – 6 900 ]

    [5 700 – 6 900 ]

    [5 700 – 6 900 ]

    [5 700 – 6 900 ]

    Indiċi

    100

    100

    100

    100

    L-użu tal-kapaċità

    [71 - 86 ]

    [81 - 97 ]

    [81 - 98 ]

    [81 - 98 ]

    Indiċi

    100

    113

    114

    114

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (253)

    Il-volum tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni żdied b’14 % matul il-perjodu kkunsidrat. Din iż-żieda tista’ tkun relatata l-ewwel maż-żieda ġenerali fid-domanda għall-Ace-K u t-tieni, mal-effett tad-dazji antidumping li ppermettew lill-industrija tirkupra u żżid il-volum tal-produzzjoni tagħha.

    (254)

    Il-kapaċità tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni nżammet fl-istess livell matul il-perjodu kkunsidrat. Għalkemm id-dazji antidumping ippermettew lill-industrija tal-Unjoni tirkupra, l-evalwazzjoni tas-suq ma ġġustifikat l-ebda estensjoni tal-kapaċità.

    (255)

    L-użu tal-kapaċità żdied f’konformità mal-volum ta’ produzzjoni annwali deskritt fil-premessa (253) u żdied b’14 % minħabba d-dazji antidumping u ż-żieda ġenerali fid-domanda għall-Ace-K.

    5.5.1.2.   Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq

    (256)

    Il-volum ta’ bejgħ u s-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 6

    Il-volum tal-bejgħ u s-sehem mis-suq tal-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Il-volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

    [1 614 –1 953 ]

    [1 565 –1 894 ]

    [1 786 –2 162 ]

    [1 623 –1 964 ]

    Indiċi

    100

    97

    111

    101

    Sehem mis-suq (%)

    [66 -80 ]

    [64 -77 ]

    [67 -81 ]

    [63 -76 ]

    Indiċi

    100

    96

    100

    95

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (257)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-volum tal-bejgħ tal-produttur tal-Unjoni varja. Il-volum tal-bejgħ naqas fl-2018 bi 3 %, segwit minn żieda qawwija ta’ 11 % fl-2019 meta mqabbel mal-bidu tal-perjodu kkunsidrat. Matul ir-RIP, il-volum tal-bejgħ reġa’ lura għal-livell inizjali fil-bidu tal-perjodu kkunsidrat.

    (258)

    Is-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni varja matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni u naqas b’5 % matul ir-RIP.

    5.5.1.3.   Impjiegi u produttività

    (259)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni, l-impjiegi u l-produttività fl-Unjoni żviluppaw kif ġej:

    Tabella 7

    L-impjieg u l-produttività fl-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Numru ta’ impjegati

    [73 - 89 ]

    [76 - 93 ]

    [76 - 92 ]

    [76 - 92 ]

    Indiċi

    100

    113

    114

    114

    Produttività (tunnellati/FTE)

    [55 - 67 ]

    [60 - 73 ]

    [61 - 74 ]

    [61 - 74 ]

    Indiċi

    100

    108

    110

    110

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (260)

    Mill-2017 sa tmiem il-perjodu ta’ investigazzjoni, l-industrija tal-Unjoni żiedet il-persunal tagħha b’14 %, f’konformità maż-żieda fil-produzzjoni.

    (261)

    Fl-istess ħin, il-produttività żdiedet b’10 % matul l-istess perjodu.

    5.5.1.4.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

    (262)

    Il-marġni tad-dumping għall-produttur esportatur li kkoopera kif iddikjarat fil-premessa (206) kien ogħla b’mod sinifikanti mil-livell de minimis, u l-volum u s-sehem mis-suq tal-importazzjonijiet mir-RPĊ kif deskritti fil-premessi (243) u (244) kienu għadhom sinifikanti matul il-perjodu kkunsidrat.

    (263)

    Madankollu, minkejja l-fatt li kien għad hemm dumping mir-RPĊ, l-industrija tal-Unjoni rnexxielha tirkupra minn prattiki ta’ dumping tal-passat.

    5.5.1.5.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

    (264)

    Il-prezzijiet medji ponderati tal-bejgħ ta’ unità tal-produttur uniku tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 8

    Il-prezzijiet tal-bejgħ fl-Unjoni

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Prezz unitarju medju tal-bejgħ fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

    [9 840 –11 911 ]

    [9 833 –11 903 ]

    [10 941 –13 245 ]

    [13 279 –16 075 ]

    Prezz medju tal-bejgħ ta’ unità fl-Unjoni fis-suq totali (EUR/tunnellata)

    100

    100

    111

    135

    Spiża tal-unità ta' produzzjoni (EUR/tunnellata) — Indiċi

    100

    97

    101

    101

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (265)

    Il-prezz unitarju medju tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni lil klijenti mhux relatati żdied b’35 % matul il-perjodu kkunsidrat wara l-impożizzjoni ta’ miżuri antidumping.

    (266)

    Il-kost tal-produzzjoni baqa’ stabbli matul il-perijodu kkunsidrat.

    5.5.1.6.   Kostijiet lavorattivi

    (267)

    Matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni l-kostijiet lavorattivi medji tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

    Tabella 9

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat (EUR)

    [88 709 –107 384 ]

    [91 459 –110 714 ]

    [96 239 –116 500 ]

    [98 783 –119 579 ]

    Indiċi

    100

    103

    108

    111

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (268)

    Il-kostijiet lavorattivi medji għal kull impjegat tal-industrija tal-Unjoni żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    5.5.1.7.   Inventarji

    (269)

    Il-livelli tal-istokkijiet tal-produttur uniku tal-Unjoni żviluppaw kif ġej matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni:

    Tabella 10

    L-inventarji

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    L-istokkijiet tal-għeluq (tunnellati)

    [696 - 842 ]

    [979 – 1 186 ]

    [1 150 –1 392 ]

    [1 226 –1 484 ]

    Indiċi

    100

    103

    108

    111

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (270)

    Il-prezzijiet żdiedu bi 11 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    5.5.1.8.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

    (271)

    Matul il-perjodu kkunsidrat, il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti tal-produttur tal-Unjoni żviluppaw kif ġej:

    Tabella 11

    Il-profittabbiltà, il-fluss tal-flus, l-investimenti u r-redditu fuq l-investimenti

     

    2017

    2018

    2019

    Perjodu ta’ Investigazzjoni tar-Rieżami

    Profittabilità tal-bejgħ fl-Unjoni lil klijenti mhux relatati (Indiċi)

    100

    116

    137

    193

    Il-fluss tal-flus (EUR)

    [12 183 444 – 14 748 380 ]

    [10 422 105 – 12 616 232 ]

    [15 616 733 – 18 904 467 ]

    [21 987 559 - 26 616 519 ]

    Indiċi

    100

    86

    128

    180

    Investimenti (EUR)

    [1 360 987 –1 647 510 ]

    [1 187 387 –1 437 363 ]

    [1 236 940 –1 497 348 ]

    [1 182 289 –1 431 192 ]

    Indiċi

    100

    87

    91

    87

    Redditu fuq l-investimenti

    [92 - 111 ]

    [92 - 111 ]

    [131 - 159 ]

    [206 - 250 ]

    Indiċi

    100

    100

    142

    224

    Sors: Data pprovduta mill-industrija tal-Unjoni

    (272)

    Il-Kummissjoni stabbiliet il-profittabbiltà tal-produttur tal-Unjoni billi esprimiet il-profitt nett qabel it-taxxa tal-bejgħ tal-prodott simili lil klijenti mhux relatati fl-Unjoni bħala perċentwal mill-fatturat ta’ dak il-bejgħ. Il-profittabbiltà wriet żieda qawwija ta’ 93 % matul il-perjodu taħt kunsiderazzjoni. Id-dazji antidumping ippermettew lill-produttur tal-Unjoni jirritorna għal livell għoli ta’ profittabbiltà.

    (273)

    L-investigazzjoni wriet li r-RIP kien ikkaratterizzat minn ċirkostanzi eċċezzjonali, li kienu marbuta mat-tifqigħa tal-pandemija tal-COVID-19. B’mod partikolari, klijenti kbar tal-ikel u tal-farmaċewtika xtraw volumi ogħla ta’ Ace-K mill-industrija tal-Unjoni matul l-ewwel nofs tal-2020 sabiex jiżguraw provvisti ta’ dan l-ingredjent. Barra minn hekk, il-manutenzjoni annwali tal-industrija tal-Unjoni li tinvolvi perjodu fejn il-produzzjoni titwaqqaf, ġiet posposta fl-2020 meta mqabbla mat-twaqqit tas-soltu tagħha fis-sena, u dan wassal għal żieda fil-produzzjoni fir-RIP. Dawn l-iżviluppi eċċezzjonali tas-suq iġġeneraw żieda fil-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni meta mqabbla mal-2019 u żieda fil-profitt tal-industrija tal-Unjoni fir-RIP. L-investigazzjoni sabet li bl-eliminazzjoni ta’ tali impatti ta’ darba, il-profitt tal-industrija tal-Unjoni jkun fl-istess ordni ta’ kobor bħall-profittabbiltà miksuba qabel ma seħħew iċ-ċirkostanzi eċċezzjonali, jiġifieri fl-2019.

    (274)

    Il-fluss tal-flus nett huwa l-kapaċità tal-produtturi tal-Unjoni li jiffinanzjaw l-attivitajiet tagħhom stess. Ix-xejra fil-fluss tal-flus nett żdiedet b’mod simili għall-profittabbiltà bi 80 %, u dan jirrifletti mill-ġdid l-effett pożittiv tad-dazji antidumping u ċ-ċirkostanzi eċċezzjonali fir-RIP deskritti fil-premessa (273).

    (275)

    Il-livell ta’ investiment naqas bi 13 % matul il-perjodu kkunsidrat. Kif deskritt fil-premessa (272), id-dazji antidumping ippermettew ritorn għal attivitajiet kummerċjali b’saħħithom iżda ma kinux jiġġustifikaw il-ħtieġa għal investimenti f’kapaċitajiet ta’ produzzjoni addizzjonali.

    (276)

    Ir-redditu fuq l-investimenti naqas b’124 % matul il-perjodu kkunsidrat.

    5.5.1.9.   Konklużjoni dwar id-dannu

    (277)

    Il-biċċa l-kbira tal-indikaturi tad-dannu, bħall-produzzjoni, l-impjiegi, l-użu tal-kapaċità, il-produttività il-profittabbiltà u l-fluss tal-flus żviluppaw b’mod pożittiv. Filwaqt li x-xejra tal-indikaturi finanzjarji bħal-livell tal-investiment u r-redditu fuq l-investimenti hija negattiva, il-livelli assoluti tagħhom għadhom sodisfaċenti u ma jurux sinjali ta’ dannu materjali.

    (278)

    Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-industrija tal-Unjoni rkuprat mid-dannu preċedenti u ma ġarrbitx dannu materjali fis-sens tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami.

    6.   IL-PROBABBILTÀ TA’ RIKORRENZA TAD-DANNU

    (279)

    Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa (278) li l-industrija tal-Unjoni ma ġarrbitx dannu materjali matul il-perjodu ta’ investigazzjoni tar-rieżami. Għalhekk, il-Kummissjoni vvalutat, f’konformità mal-Artikolu 11(2) tar-Regolament bażiku, jekk ikunx hemm probabbiltà ta’ rikorrenza ta’ dannu oriġinarjament ikkawżat mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ li kieku l-miżuri kontra l-importazzjonijiet Ċiniżi jitħallew jiskadu.

    (280)

    Il-Kummissjoni eżaminat il-kapaċità tal-produzzjoni u tal-kapaċità ta’ riżerva fir-RPĊ, il-livelli tal-prezz probabbli tal-importazzjonijiet mir-RPĊ fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni inkluż il-livell ta’ twaqqigħ tal-prezz fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping.

    (281)

    Kif stabbilit fil-premessi (210) - (223) hawn fuq, hemm kapaċità ta’ produzzjoni u kapaċità ta’ riżerva sostanzjali fir-RPĊ biex jiżdiedu l-esportazzjonijiet lejn is-suq tal-UE malajr f’każ li l-miżuri antidumping jitħallew jiskadu.

    (282)

    Din il-kapaċità żejda sinifikanti u l-attraenza tas-suq tal-Unjoni deskritti fil-premessi (225) sa (229) x’aktarx li jiġġeneraw esportazzjonijiet addizzjonali enormi lejn l-Unjoni bi prezzijiet oġġett ta’ dumping, li jistgħu faċilment ikopru l-konsum sħiħ tal-Unjoni.

    (283)

    Fis-suq dinji barra mill-Unjoni, fejn ma hemm fis-seħħ l-ebda miżura ta’ difiża tal-kummerċ, il-produtturi Ċiniżi għandhom sehem dominanti mis-suq (bħala medja aktar minn 70 %).

    (284)

    Fin-nuqqas ta’ miżuri, huwa probabbli li s-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi jilħaq mill-inqas is-sehem mis-suq dinji tagħhom.

    (285)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li ma kien hemm l-ebda pożizzjoni dominanti taċ-Ċina fi swieq terzi peress li l-allegat sehem mis-suq ta’ 70 % tal-produtturi Ċiniżi fi swieq terzi kien jikkorrispondi għas-sehem tagħhom fil-kapaċità totali tal-produzzjoni fid-dinja, u għalhekk dan is-sehem mis-suq irrifletta tqassim ibbilanċjat sew tas-suq dinji bejn il-produtturi li jikkompetu.

    (286)

    Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li l-argument ta’ Anhui Jinhe kien ibbażat fuq tqabbil tal-kapaċità tal-produzzjoni Ċiniża totali mal-kapaċità tal-produzzjoni totali tal-applikant u li dan l-argument kien invalidu minħabba li kien hemm kapaċità żejda sinifikanti fiċ-Ċina.

    (287)

    L-argument ta’ Anhui Jinhe jirrifletti l-approċċ gradwali taċ-Ċina għall-politika industrijali: tinbena kapaċità żejda massiva, ibbażata fuq distorsjonijiet immexxija mill-Istat; parti kbira minn dik il-kapaċità żejda tiġi esportata globalment; it-tkissir tal-kompetituri fl-UE (u bnadi oħra), mhux fuq il-bażi ta’ kompetittività ġenwina, iżda fuq il-bażi ta’ kummerċ inġust; Il-kumpaniji Ċiniżi jiksbu pożizzjonijiet enormi, anke dominanti madwar id-dinja. Imbagħad jingħad li dan huwa “ripartizzjoni normali”. Madankollu s-swieq ma għandhomx ikunu xprunati mid-daqs tal-kompetituri, iżda pjuttost mill-kapaċità tagħhom li jikkompetu fuq bażi ġusta b’kundizzjonijiet ekwi. Din l-argumentazzjoni tipprovdi narrattiva Ċiniża dwar ir-raġunijiet għall-preżenza globali massiva taċ-Ċina. Iżda jibqa’ l-fatt li preżenza massiva bħal din għandha impatt materjali fuq il-kompetizzjoni, u twassal għas-sejbiet tal-Kummissjoni li fin-nuqqas ta’ miżuri antidumping, is-sehem mis-suq tal-produtturi Ċiniżi fis-suq tal-Unjoni x’aktarx li jiżdied b’mod sinifikanti u li dan ikun jinvolvi telf importanti tas-sehem mis-suq għall-produttur tal-Unjoni. Għalhekk, l-affermazzjoni ġiet miċħuda.

    (288)

    Mingħajr id-dazji antidumping, il-prezzijiet doganali kklirjati tal-Ace-K Ċiniż ivarjaw minn madwar 6,2 sa 6,75 EUR/kg. Meta jitqabblu dawn il-prezzijiet mal-kost unitarju tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, nett min-nol u mill-ħażna matul ir-RIP u l-prezz medju tal-bejgħ ex-works tagħha fl-Unjoni għal Ace-K tal-grad tal-ikel waqt ir-RIP lill-utenti u lin-negozjanti, l-analiżi wriet li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet miċ-Ċina jkunu inqas mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni b’aktar minn 45 %.

    (289)

    Fin-nuqqas ta’ miżuri, f’xenarju fejn il-produtturi esportaturi Ċiniżi jkollhom fl-UE l-istess penetrazzjoni bħal fi swieq dinjija oħra (medja ta’ madwar 70 %) (80), it-telf fil-bejgħ u ż-żieda li tirriżulta fil-kostijiet tal-industrija tal-Unjoni jkunu jinvolvu telf finanzjarju sinifikanti meta jitqiesu l-livelli probabbli tal-prezzijiet, filwaqt li l-profittabbiltà ssir negattiva. Għalhekk, id-dannu jsir materjali fi żmien qasir u jipperikola s-sopravivenza tal-industrija tal-Unjoni.

    (290)

    Dan ix-xenarju probabbli huwa appoġġat mill-evidenza pprovduta mill-applikant dwar ir-Renju Unit fejn seħħ telf sinifikanti ta’ bejgħ u ta’ sehem mis-suq wara Brexit u t-tneħħija li rriżultat ta’ miżuri antidumping fuq l-Ace-K. Tabilħaqq, fin-nuqqas ta’ miżuri, sitwazzjoni simili x’aktarx li tiżviluppa fis-suq tal-Unjoni.

    (291)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-applikant ma sofriex telf sinifikanti ta’ bejgħ u sehem mis-suq fir-Renju Unit wara t-tneħħija tad-dazji antidumping minħabba l-Brexit. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li ma kien hemm l-ebda evidenza fil-fajl miftuħ rigward il-bejgħ tar-Renju Unit tal-applikant u żieda fl-esportazzjonijiet Ċiniżi lejn ir-Renju Unit.

    (292)

    Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li Anhui Jinhe kellu aċċess għall-istatistika tal-esportazzjoni Ċiniża u li l-applikant kien ipprovda wkoll tali data dwar l-esportazzjoni matul l-investigazzjoni. Barra minn hekk, ir-rikorrenti enfasizzat li t-telf tal-attività tagħha seħħ diġà qabel it-tneħħija tad-dazji antidumping fir-Renju Unit.

    (293)

    F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tfakkar li l-applikant l-ewwel issottometta t-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju b’data li tinkludi lir-Renju Unit fil-bejgħ tal-UE u mbagħad verżjoni ġdida b’data li teskludi r-Renju Unit. Il-verżjonijiet mhux kunfidenzjali taż-żewġ tweġibiet għall-kwestjonarju jinsabu fil-fajl miftuħ. Il-Kummissjoni analizzat ukoll l-istatistika tal-importazzjoni tal-prodott taħt rieżami miċ-Ċina lejn ir-Renju Unit. Bi tweġiba għas-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, żdiedet nota fil-fajl mhux kunfidenzjali tal-investigazzjoni f’dan ir-rigward. Kemm it-tweġibiet għall-kwestjonarju kif ukoll l-istatistika kkonfermaw is-sejbiet dwar it-telf tas-sehem mis-suq tal-applikant diġà b’antiċipazzjoni tat-tneħħija tad-dazji antidumping minħabba l-Brexit. Għalhekk, l-allegazzjoni ta’ Anhui Jinhe ta’ hawn fuq hija infondata.

    (294)

    L-analiżi ta’ hawn fuq uriet li l-industrija tal-Unjoni bbenefikat mill-impożizzjoni ta’ dazji u rkuprat mis-sitwazzjoni dannuża tagħha wara li ġew imposti l-miżuri. Madankollu, fin-nuqqas ta’ miżuri, iż-żieda enormi mistennija fl-importazzjonijiet miċ-Ċina bi prezzijiet dannużi malajr twassal għad-deterjorament tas-sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni li tirriżulta f’dannu materjali.

    (295)

    Għalhekk, ġie konkluż li wisq probabbli n-nuqqas ta’ miżuri wisq probabbli jwassal għal żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mill-pajjiż ikkonċernat bi prezzijiet dannużi u li aktarx iwassal għal rikorrenza ta’ dannu materjali.

    7.   INTERESS TAL-UNJONI

    (296)

    F’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament bażiku, il-Kummissjoni eżaminat jekk iż-żamma tal-miżuri antidumping eżistenti tmurx kontra l-interessi tal-Unjoni. Id-determinazzjoni tal-interess tal-Unjoni kienet ibbażata fuq apprezzament tal-interessi varji kollha involuti, inklużi dawk tal-industrija, tal-importaturi u tal-utenti tal-Unjoni.

    (297)

    Il-partijiet interessati kollha ngħataw l-opportunità li jesprimu l-fehmiet tagħhom skont l-Artikolu 21(2) tar-Regolament bażiku.

    (298)

    Abbażi ta’ dan, il-Kummissjoni eżaminat jekk, minkejja l-konklużjonijiet dwar il-probabbiltà ta’ kontinwazzjoni ta’ dumping u ta’ rikorrenza tad-dannu, kinux jeżistu raġunijiet konvinċenti li jwasslu għall-konklużjoni li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li jinżammu l-miżuri eżistenti.

    7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

    (299)

    Kif iddikjarat fil-premessa (278), l-industrija tal-Unjoni rkuprat mill-ħsara kkawżata minn dumping fil-passat u l-operazzjonijiet tagħha huma vijabbli meta ma jkunux soġġetti għal kompetizzjoni inġusta minn importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping.

    (300)

    Jekk il-miżuri jitħallew jiskadu, is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni x’aktarx li tiddeterjora malajr kif spjegat fil-premessi (279) sa (294).

    (301)

    Għaldaqstant, ġie konkluż li l-estensjoni tal-miżuri fis-seħħ kontra r-RPĊ tkun fl-interess tal-industrija tal-Unjoni.

    7.2.   Interess ta’ importaturi mhux relatati

    (302)

    Kif iddikjarat fil-premessa (29), l-ebda importatur mhux relatat ma kkoopera matul l-investigazzjoni.

    (303)

    L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ fuq l-importaturi.

    (304)

    L-investigazzjoni preċedenti kkonkludiet li l-importaturi jistgħu jiġu affettwati b’mod negattiv mill-miżuri iżda sa punt limitat ħafna. L-Ace-K hu parti żgħira biss tan-negozju għall-importaturi, li għandhom portafoll usa’ ta’ prodotti.

    (305)

    Għalhekk, mill-informazzjoni disponibbli, jidher ċar li l-impożizzjoni tal-miżuri fuq l-importaturi jkollha impatt limitat ħafna, jekk xejn, u dan l-impatt jingħeleb b’mod ċar mill-benefiċċji li l-miżuri jistgħu jġibu lill-industrija tal-Unjoni.

    7.3.   Interess tal-utenti

    (306)

    L-Ace-K jintuża prinċipalment bħala sostitut taz-zokkor fis-settur tal-ikel u x-xorb, pereżempju fis-soft drinks jew fil-prodotti tal-ħalib. Sa ċertu punt, l-Ace-K jintuża fis-settur tal-farmaċewtika.

    (307)

    L-ebda utent ma kkoopera fl-investigazzjoni.

    (308)

    L-investigazzjoni attwali ma żvelat l-ebda impatt negattiv sinifikanti tal-miżuri fis-seħħ. L-investigazzjoni preċedenti kontra r-RPĊ żvelat li f’termini ta’ kostijiet, l-impatt tal-Ace-K fi prodotti lesti huwa minimu. Madankollu, din żvelat ukoll li l-użu tal-Ace-K huwa essenzjali għal prodotti li diġà huma fis-suq. Prodotti ġodda jistgħu jiġu żviluppati b’sustanzi li jagħtu l-ħlewwa alternattivi iżda bidla fil-formulazzjoni ta’ prodotti stabbiliti hija riskjuża u għalja. Għalhekk, l-aċċess tal-utenti għal sorsi alternattivi ta’ Ace-K kien meqjus importanti ħafna.

    (309)

    Għal dawn ir-raġunijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li jekk il-miżuri jiġu estiżi, l-impatt fuq is-sitwazzjoni ekonomika tal-utenti x’aktarx ma jkunx sinifikanti.

    7.4.   Fatturi oħrajn

    7.4.1.   Sigurtà tal-provvista

    (310)

    Il-produttur tal-Unjoni saħaq li s-sigurtà tal-provvista tal-Ace-K kruċjali għall-produtturi tal-ikel u tax-xorb u li ma kienx fl-interess tal-Unjoni li ssir dipendenti fuq provvisti ta’ prodotti ta’ pajjiż wieħed biss. Il-produttur ikkunsidra wkoll li ladarba produttur ta’ prodott tax-xorb jew tal-ikel ikun għażel li juża l-Ace-K bħala l-ħlewwa b’livell baxx ta’ kaloriji tiegħu, dan ma jistax jaqleb għal ħlewwa oħra mingħajr ma jbiddel it-togħma b’mod materjali u jaffettwa l-perċezzjoni tal-prodott tal-konsumaturi.

    7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni

    (311)

    Abbażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li ma kienx hemm raġunijiet serji għall-interess tal-Unjoni kontra ż-żamma tal-miżuri eżistenti fuq l-importazzjonijiet ta’ Ace-K li joriġinaw mir-RPĊ.

    (312)

    Fil-kummenti tagħha dwar id-divulgazzjoni finali, Anhui Jinhe argumentat li l-kontinwazzjoni tal-miżuri ma kinitx fl-interess tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, Anhui Jinhe sostniet li l-applikant kellu kapaċità ta’ produzzjoni limitata u rata għolja ta’ użu tal-kapaċità u għalhekk ma kienx kapaċi jforni s-suq kollu mingħajr diżimpenn mis-swieq tal-esportazzjoni. Barra minn hekk, Anhui Jinhe sostniet li l-utenti tal-Ace-K kienu jiddependu fuq sorsi alternattivi ta’ provvista u għalhekk ma kellhomx għażla ħlief li jħallsu d-dazji antidumping u jgħadduhom lill-konsumaturi, li għollew il-prezzijiet tal-ikel. Fl-aħħar nett, Anhui Jinhe sostniet li l-istrateġija ta’ provvista multipla tal-utenti tkun fi kwalunkwe każ protezzjoni suffiċjenti għall-applikant, peress li tipprevjeni l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jaħtfu ishma sostanzjali mis-suq mill-produttur tal-Unjoni.

    (313)

    Fil-kummenti tiegħu dwar is-sottomissjoni ta’ Anhui Jinhe, l-applikant sostna li kellu biżżejjed kapaċità ta’ produzzjoni biex iforni s-suq kollu tal-Unjoni kif ukoll l-esportazzjonijiet attwali tiegħu lejn pajjiżi terzi. L-applikant argumenta wkoll li minħabba l-livelli ta’ dożaġġ żgħar ħafna tal-Ace-K użat fix-xorb u fl-ikel, l-effett tad-dazji antidumping fuq il-kost tal-prodotti lesti kien negliġibbli. Barra minn hekk, l-applikant iddikjara li għall-kuntrarju tal-allegazzjoni ta’ Anhui Jinhe, l-istrateġija ta’ akkwist doppju tal-utenti tal-Ace-K ma waqqfitx l-importazzjonijiet Ċiniżi milli jaħtfu ishma tas-suq sostanzjali għad-detriment tal-produttur tal-Unjoni fil-perjodu ta’ qabel l-investigazzjoni oriġinali.

    (314)

    Fir-rigward ta’ dawn l-argumenti, il-Kummissjoni tfakkar li l-ebda importatur, utent jew organizzazzjoni tal-konsumatur ma kkoopera fir-rieżami ta’ skadenza attwali. Fil-fatt, l-investigazzjoni stabbiliet li kien hemm kapaċità ta’ produzzjoni suffiċjenti ta’ Ace-K fl-UE biex tkopri l-konsum kif jidher fil-premessi (239) u (252) b’żieda mal-kapaċità ta’ riżerva fiċ-Ċina kif deskritt fil-premessi (210) sa (223) u għalhekk ma kienx hemm riskju ta’ provvista insuffiċjenti tal-prodott soġġett għar-reviżjoni. Barra minn hekk, il-Kummissjoni sabet li f’termini ta’ kostijiet, l-impatt tal-Ace-K fil-prodotti lesti kien minimu kif deskritt fil-premessa (308). Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet l-argumenti tal-FTT.

    8.   MIŻURI ANTI-DUMPING

    (315)

    Abbażi tal-konklużjonijiet milħuqa mill-Kummissjoni dwar il-kontinwazzjoni ta’ dumping, ir-rikorrenza ta’ dannu u l-interess tal-Unjoni, il-miżuri antidumping dwar l-Ace-K mir-RPĊ jenħtieġ li jinżammu.

    (316)

    Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (81), meta ammont ikun irid jiġi rrimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, l-imgħax li jrid jitħallas jenħtieġ li jkun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikat fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

    (317)

    Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat kif stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036,

    ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

    Artikolu 1

    1.   Dazju antidumping definittiv huwa impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (melħ tal-potassju ta’ 6-metil-1,2,3- ossatijazina-4(3H)-one 2,2-dijossidu; CAS RN 55589-62-3) li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina li bħalissa jaqa’ taħt il-kodiċi NM ex 2934 99 90 (kodiċi TARIC 2934999021).

    2.   Ir-rati tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u prodott mill-kumpaniji elenkati hawn taħt għandhom ikunu kif ġejjin:

    Kumpanija

    Dazju antidumping - euro għal kull kg nett

    Kodiċi addizzjonali TARIC

    Anhui Jinhe Industrial Co., Ltd

    4,58

    C046

    Suzhou Hope Technology Co., Ltd

    4,47

    C047

    Anhui Vitasweet Food Ingredient Co., Ltd

    2,64

    C048

    Il-kumpaniji l-oħrajn kollha

    4,58

    C999

    3.   L-applikazzjoni tar-rati individwali tad-dazju antidumping speċifikati gћall-kumpaniji elenkati fil-paragrafu 2 għandha sseћћ bil-kundizzjoni li tiġi ppreżentata fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fiha trid tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li toħroġ din il-fattura, identifikat b’ismu/isimha u bil-kariga tiegħu/tagħha, abbozzata kif ġej: “Jien, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum) tal-aċesulfam K mibjugħ għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert b’din il-fattura ġie mmanifatturat minn (l-isem u l-indirizz tal-kumpanija) (Kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni mogħtija f’din il-fattura hija sħiħa u korretta.” Jekk fattura bħal din ma tiġix ippreżentata, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-“Kumpaniji l-oħrajn kollha”.

    4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

    Artikolu 2

    Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

    Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

    Magħmul fi Brussell, is-27 ta’ Jannar 2022.

    Għall-Kummissjoni

    Il-President

    Ursula VON DER LEYEN


    (1)  ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21.

    (2)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/1963 tat-30 ta’ Ottubru 2015 li jimponi dazju antidumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-aċesulfam potassiku li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 287, 31.10.2015, p. 1).

    (3)  Avviż dwar l-iskadenza imminenti ta’ ċerti miżuri anti-dumping (ĠU C 46, 11.2.2020, p. 8.).

    (4)  Minħabba l-fatt li hemm produttur wieħed biss tal-Ace-K fl-Unjoni, xi data f’dan ir-Regolament qed tiġi ppreżentata f’meded jew f’forma ta’ indiċi biex tiġi ppreżervata l-kunfidenzjalità tad-data tal-produttur tal-Unjoni.

    (5)  Notifika ta’ bidu ta’ rieżami ta’ skadenza tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet tal-aċesulfam K (Ace-K) li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C 366, 30.10.2020, p. 13).

    (6)  Fil-31 ta’ Jannar 2020, ir-Renju Unit irtira mill-Unjoni. L-Unjoni u r-Renju Unit qablu b’mod konġunt fuq perjodu ta’ tranżizzjoni li matulu r-Renju Unit baqa’ soġġett għad-dritt tal-Unjoni, li ntemm fil-31 ta’ Diċembru 2020. Ir-Renju Unit ma għadux Stat Membru tal-Unjoni u għalhekk iċ-ċifri, is-sejbiet u l-konklużjonijiet f’dan ir-Regolament jittrattaw lir-Renju Unit bħala pajjiż terz.

    (7)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/787 tad-19 ta’ Mejju 2015 li jimponi dazju antidumping provviżorju fuq importazzjonijiet ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina kif ukoll ta’ aċesulfam tal-potassju li joriġina mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina li jinsab f’ċerti tħejjijiet u/jew taħlitiet (ĠU L 125, 21.5.2015, p. 15).

    (8)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/765 tal-14 ta’ Mejju 2019 li jirrevoka d-dazju anti-dumping fuq l-importazzjonijiet tal-bijoetanol li joriġina mill-Istati Uniti tal-Amerika u li jtemm il-proċedimenti fir-rigward ta’ tali importazzjonijiet, wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 126, 15.5.2019, p. 4), premessa (89).

    (9)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 240/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jirrevoka d-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skond l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 33), premessa (76).

    (10)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 135/2014 tal-11 ta’ Frar 2014 li jirrevoka d-dazju anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ diċjandjammidu li joriġinaw mir-Repubblika Popolari taċ-Ċina wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 1225/2009 (ĠU L 43, 13.2.2014, p. 1), premessa (70).

    (11)  Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 240/2008 tas-17 ta’ Marzu 2008 li jirrevoka d-dazju ta’ anti-dumping fuq importazzjonijiet ta’ urea li joriġinaw fil-Belarus, fil-Kroazja, fil-Libja u fl-Ukraina, wara reviżjoni ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 (ĠU L 75, 18.3.2008, p. 33), premessa (102).

    (12)  Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-21 ta’ Frar 2001 li ttemm il-proċedura antidumping dwar l-importazzjonijiet ta’ ferrosiliċju li joriġinaw fil-Brażil, fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, fil-Każakistan, fir-Russja, fl-Ukrajna u fil-Venezwela (ĠU L 84, 23.3.2001, p. 36).

    (13)  https://trade.ec.europa.eu/tdi/case_details.cfm?id=2491

    (14)  Notifika dwar il-konsegwenzi tat-tifqigħa tal-COVID-19 fuq investigazzjonijiet anti-dumping u antisussidji (ĠU C 86, 16.3.2020, p. 6).

    (15)  Id-Dokument ta’ Ħidma tal-Persunal tal-Kummissjoni dwar Distorsjonijiet Sinifikanti fl-Ekonomija tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-finijiet tal-Investigazzjonijiet dwar id-Difiża tal-Kummerċ, l-20 ta’ Diċembru 2017, SWD(2017) 483 final/2 (minn hawn ’il quddiem ir-“Rapport”).

    (16)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/546 tad-29 ta’ Marzu 2021 li jimponi dazju anti-dumping definittiv u li jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet ta’ estrużjonijiet tal-aluminju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L 109, 30.3.2021, p. 1).

    (17)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 6-7.

    (18)  Ir-Rapport – Kapitolu 2, p. 10.

    (19)  Disponibbli fuq http://www.fdi.gov.cn/1800000121_39_4866_0_7.html (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

    (20)  Rapport – Kapitolu 2, p. 20-21.

    (21)  Ir-Rapport – Kapitolu 3, p. 41, 73-74.

    (22)  Rapport – Kapitolu 6, p. 120-121.

    (23)  Rapport – Kapitolu 6, p. 122 -135.

    (24)  Rapport – Kapitolu 7, p. 167-168.

    (25)  Rapport – Kapitolu 8, p. 169-170, 200-201.

    (26)  Rapport – Kapitolu 2, p. 15-16, Rapport – Kapitolu 4, p. 50, p. 84, Rapport – Kapitolu 5, p. 108-9.

    (27)  Rapport – Kapitolu 3, p. 22-24 u Kapitolu 5, p. 97-108.

    (28)  Rapport – Kapitolu 5, p. 104-9.

    (29)  Rapport – Kapitolu 5, p. 100-1.

    (30)  Rapport – Kapitolu 2, p. 26.

    (31)  Rapport – Kapitolu 2, p. 31-2.

    (32)  Disponibbli fuq https://www.reuters.com/article/us-china-congress-companies-idUSKCN1B40JU (ikkonsultat l-aħħar fil-15 ta’ Lulju 2019).

    (33)  Disponibbli fuq www.gov.cn/zhengce/2020-09/15/content_5543685.htm (ikkonsultat l-aħħar fl-10 ta’ Marzu 2021)

    (34)  Financial Times (2020) “Chinese Communist Party asserts greater control over private enterprise”, disponibbli fuq: https://on.ft.com/3mYxP4j

    (35)  Is-sit web ta’ Anhui Jinhe Industrial (jinheshiye.com).

    (36)  Rapport – Kapitoli 14.1 sa 14.3.

    (37)  Rapport – Kapitolu 4, p. 41-42, 83.

    (38)  Zhongtai securities’ analysis of Anhui Jinhe Industrial, February 2020 (dfcfw.com).

    (39)  It-13-il Pjan ta’ Ħames Snin dwar l-iżvilupp tal-industrija petrokimika u kimika 2016-2020, muri fuq is-sit web tal-NDRC.

    (40)  Tħabbira li Anhui Jinhe Industrial iffirmat ftehim qafas mal-Kontea ta’ Dingyuan dwar proġett ta’ park industrijali tal-ekonomija ċirkolari - 24 ta’ NOV 2017 kif maħruġa fuq is-sit web tal-informazzjoni finanzjarja cninfo.com.cn

    (41)  Ir-rapport annwali ta’ Anhui Jinhe Industrial tal-2020 (dfcfw.com).

    (42)  Rapport – Kapitolu 6, p. 138-149.

    (43)  Rapport – Kapitolu 9, p. 216.

    (44)  Rapport – Kapitolu 9, p. 213-215.

    (45)  Rapport – Kapitolu 9, p. 209-211.

    (46)  Rapport – Kapitolu 13, p. 332-337.

    (47)  Rapport – Kapitolu 13, p. 336.

    (48)  Rapport – Kapitolu 13, p. 337-341.

    (49)  Rapport – Kapitolu 6, p. 114-117.

    (50)  Rapport – Kapitolu 6, p. 119.

    (51)  Rapport – il-Kapitolu 6, p. 120.

    (52)  Ir-Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

    (53)  Ara d-dokument ta’ politika uffiċjali tal-Kummissjoni Regolatorja taċ-Ċina dwar l-Attività Bankarja u l-Assigurazzjoni (CBIRC) tat-28 ta’ Awwissu 2020: Three-year action plan for improving corporate governance of the banking and insurance sectors (2020-2022). http://www.cbirc.gov.cn/cn/view/pages/ItemDetail.html?docId=925393&itemId=928 (ikkonsultat l-aħħar fit-3 ta’ April 2021). Il-Pjan jagħti struzzjonijiet biex “jiġi implimentat aktar l-ispirtu inkorporat fid-diskors ewlieni tas-Segretarju Ġenerali Xi Jinping dwar l-avvanz fir-riforma tal-governanza korporattiva tas-settur finanzjarju”. Barra minn hekk, it-taqsima II tal-Pjan għandha l-għan li tippromwovi l-integrazzjoni organika tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva: “għandna nagħmlu l-integrazzjoni tat-tmexxija tal-Partit fil-governanza korporattiva aktar sistematika, standardizzata u bbażata fuq il-proċeduri […] Il-Kumitat tal-Partit irid ikun iddiskuta kwistjonijiet operazzjonali u maniġerjali ewlenin qabel ma jiġu deċiżi mill-Bord tad-Diretturi jew mill-maniġment superjuri.”

    (54)  Ara Notice on the Commercial banks performance evaluation method tas-CBIRC, maħruġa fil-15 ta’ Diċembru 2020. http://jrs.mof.gov.cn/gongzuotongzhi/202101/t20210104_3638904.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

    (55)  Ara d-Dokument ta’ Ħidma tal-FMI “Resolving China’s Corporate Debt Problem”, ta’ Wojciech Maliszewski, Serkan Arslanalp, John Caparusso, José Garrido, Si Guo, Joong Shik Kang, W. Raphael Lam, T. Daniel Law, Wei Liao, Nadia Rendak, Philippe Wingender, Jiangyan, Ottubru 2016, WP/16/203.

    (56)  Rapport – Kapitolu 6, p. 121-122, 126-128, 133-135.

    (57)  Ara OECD (2019), OECD Economic Surveys: China 2019, OECD Publishing, Pariġi, p. 29.

    https://doi.org/10.1787/eco_surveys-chn-2019-en

    (58)  Ara: http://www.xinhuanet.com/fortune/2020-04/20/c_1125877816.htm (ikkonsultat l-aħħar fit-12 ta’ April 2021).

    (59)  World Bank Open Data – Upper Middle Income, https://data.worldbank.org/income-level/upper-middle-income.

    (60)  Jekk ma jkun hemm l-ebda produzzjoni tal-prodott taħt rieżami fi kwalunkwe pajjiż li jkollu livell simili ta’ żvilupp, tista’ titqies il-produzzjoni ta’ prodott fl-istess kategorija u/jew settur ġenerali tal-prodott taħt rieżami.

    (61)  https://globalfinancials.com/index-admin.html

    (62)  https://www.ajinomoto.com.my/investors/annual-reports

    (63)  http://qdd.oecd.org/subject.aspx?Subject=ExportRestrictions_IndustrialRawMaterials

    (64)  https://www.globaltradealert.org/data_extraction

    (65)  Minħabba li fir-rieżami tal-iskadenza, id-dazji anti-dumping ma jiġux riveduti, l-użu ta’ dawn iż-żewġ materji primi biex jinħadem il-valur normali fil-prinċipju ma jaffettwax is-sejbiet ġenerali ta’ dan ir-rieżami. Fil-fatt, f’dan il-każ partikolari, kwalunkwe impatt ikun ta’ vantaġġ għall-produtturi esportaturi peress li l-valur normali maħdum, u l-marġni tad-dumping li jirriżulta, ikun potenzjalment ogħla fin-nuqqas ta’ tali rekwiżiti ta’ liċenzjar.

    (66)  Ajinomoto (Malaysia) Berhad Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020, p. 84.

    (67)  Ajinomoto (Malaysia) Berhad Dikjarazzjonijiet Finanzjarji għas-sena li ntemmet fil-31 ta’ Marzu 2020, p. 45.

    (68)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

    (69)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

    https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

    (70)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33).

    (71)  https://www.ilmia.gov.my/index.php/my/labour-cost

    (72)  https://www.tnb.com.my/commercial-industrial/pricing-tariffs1

    https://www.tnb.com.my/assets/files/Tariff_Rate_Final_01.Jan.2014.pdf

    (73)  Verżjoni miftuħa tat-Talba, p. 41.

    (74)  Ċertifikat maħruġ mill-Assoċjazzjoni taċ-Ċina dwar l-Addittivi tal-Ikel u l-Ingredjenti fit-2 ta’ Marzu 2021, ipprovdut minn Anhui Jinhe fis-Slajd 16 tas-Sottomissjoni Miftuħa tagħhom datata l-4 ta’ Marzu 2021 u Tħabbira tal-Qorti tal-Poplu li tikkonferma l-falliment ta’ Hope, ipprovduta minn Anhui Jinhe fis-Slajd 17 tas-Sottomissjoni Miftuħa tagħhom datata l-4 ta’ Marzu 2021.

    (75)  http://www.hzsanhe.com/default2.asp

    (76)  http://www.cninfo.com.cn/new/disclosure/detail?plate=sse&orgId=9900023704&stockCode=603968&announcementId=1209844300&announcementTime=2021-04-27%2018:00, p. 30.

    (77)  Is-sottomissjoni miftuħa tal-applikant datata t-8 ta’ Ġunju 2021 Anness I.

    (78)  Dan jinkludi l-aħjar stimi tal-kapaċità ta’ riżerva potenzjali għal żewġ kumpaniji abbażi ta’ informazzjoni f’sottomissjoni riċevuta u/jew f’formola ta’ kampjunar riċevuta minn produttur esportatur Ċiniż.

    (79)  Talba għal verżjoni mhux kunfidenzjali, paġna 41.

    (80)  Ara l-premessa (255).

    (81)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Lulju 2018 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni, li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1296/2013, (UE) Nru 1301/2013, (UE) Nru 1303/2013, (UE) Nru 1304/2013, (UE) Nru 1309/2013, (UE) Nru 1316/2013, (UE) Nru 223/2014, (UE) Nru 283/2014, u d-Deċiżjoni Nru 541/2014/UE u li jħassar ir-Regolament (UE, Euratom) Nru 966/2012 (ĠU L 193, 30.7.2018, p. 1).


    Top