Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2541

Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2541 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

ST/15567/2022/INIT

ĠU L 328, 22.12.2022, p. 103–104 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2541/oj

22.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/103


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2541

tad-19 ta’ Diċembru 2022

li taħtar membru, propost mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,

Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta’ Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),

Wara li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Ġermaniż,

Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta’ organizzazzjonijiet ta’ min iħaddem, tal-impjegati, u ta’ partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b’mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali.

(2)

Fit-2 ta’ Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025.

(3)

Konsegwentement għar-riżenja tas-Sa Gabriele MÜLLER-LIST, sar vakanti s-siġġu ta’ membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew.

(4)

Il-Gvern Ġermaniż ippropona lis-Sur Andreas KRUSE, Mitglied im Vorstand der Bundesarbeitsgemeinschaft der Seniorenorganisation e.V. (BAGSO) (Membru tal-Bord tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ġermaniża tal-Organizzazzjonijiet taċ-Ċittadini Anzjani (BAGSO)), bħala membru tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Is-Sur Andreas KRUSE, Mitglied im Vorstand der Bundesarbeitsgemeinschaft der Seniorenorganisation e.V. (BAGSO) (Membru tal-Bord tal-Assoċjazzjoni Nazzjonali Ġermaniża tal-Organizzazzjonijiet taċ-Ċittadini Anzjani (BAGSO)), huwa b’dan maħtur membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta’ Settembru 2025.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)   ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.

(2)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta’ Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta’ Settembru 2020 sal-20 ta’ Settembru 2025 adottata fit-18 ta’ Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).


Top