This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2540
Council Decision (EU) 2022/2540 of 19 December 2022 appointing a member, proposed by the Kingdom of Belgium, of the European Economic and Social Committee
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2540 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2540 tad-19 ta’ Diċembru 2022 li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
ST/13291/2022/INIT
ĠU L 328, 22.12.2022, pp. 101–102
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 20/09/2025
|
22.12.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 328/101 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2540
tad-19 ta’ Diċembru 2022
li taħtar membru, propost mir-Renju tal-Belġju, fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 302 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/853 tal-21 ta' Mejju 2019 li tiddetermina l-kompożizzjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (1),
Filwaqt li kkunsidra l-proposta mill-Gvern Belġjan,
Wara li kkonsulta lill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
Skont l-Artikolu 300(2) tat-Trattat, il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali għandu jikkonsisti minn rappreżentanti ta' organizzazzjonijiet ta' min iħaddem, tal-impjegati, u ta' partijiet oħra li jirrappreżentaw is-soċjetà ċivili, b'mod partikolari fl-oqsma soċjoekonomiċi, ċiviċi, professjonali u kulturali. |
|
(2) |
Fit-2 ta' Ottubru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (UE) 2020/1392 (2), li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025. |
|
(3) |
Konsegwentement għar-riżenja tas-Sur Dominique MICHEL, sar vakanti s-siġġu ta' membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew. |
|
(4) |
Il-Gvern Belġjan ippropona lis-Sur Olivier JORIS, Executive Manager du Centre de compétence Europe et International de la Fédération des Entreprises de Belgique (FEB) (Maniġer Eżekuttiv, Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali, Federazzjoni tal-Intrapriżi fil-Belġju), bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2025, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Is-Sur Olivier JORIS, Executive Manager du Centre de compétence Europe et International de la Fédération des Entreprises de Belgique (FEB) (Maniġer Eżekuttiv, Dipartiment tal-Affarijiet Ewropej u Internazzjonali, Federazzjoni tal-Intrapriżi fil-Belġju), huwa b'dan maħtur bħala membru fil-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-bqija tal-mandat attwali, li jintemm fl-20 ta' Settembru 2025.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Diċembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
J. SÍKELA
(1) ĠU L 139, 27.5.2019, p. 15.
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1392 tat-2 ta' Ottubru 2020 li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025, u li tħassar u tissostitwixxi d-Deċiżjoni tal-Kunsill li taħtar il-membri tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew għall-perjodu mill-21 ta' Settembru 2020 sal-20 ta' Settembru 2025 adottata fit-18 ta' Settembru 2020 (ĠU L 322, 5.10.2020, p. 1).