EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2539

Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/2539 tat-13 ta’ Diċembru 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (BiH/34/2022)

ST/15456/2022/INIT

ĠU L 328, 22.12.2022, p. 99–100 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document No longer in force, Date of end of validity: 20/01/2024; Imħassar b' 32023D2130

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2539/oj

22.12.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 328/99


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2022/2539

tat-13 ta’ Diċembru 2022

dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (BiH/34/2022)

IL-KUMITAT POLITIKU U TA' SIGURTÀ,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b'mod partikolari l-Artikolu 38 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2004/570/PESK tat-12 ta' Lulju 2004 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 6(1) tagħha,

Billi:

(1)

Skont l-Artikolu 6(1) tal-Azzjoni Konġunta 2004/570/PESK, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà (KPS) biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (l-Operazzjoni Althea) (il-"Kmandant tal-Forza tal-UE").

(2)

Fl-10 ta' Jannar 2022, il-KPS adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 (2), li taħtar lill-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE.

(3)

Fit-13 ta' Ottubru 2022, l-awtoritajiet militari Awstrijaċi rrakkomandaw il-ħatra tal-Ġeneral Maġġur Helmut HABERMAYER biex jieħu post il-Ġeneral Maġġur Anton WESSELY bħala l-Kmandant tal-Forza tal-UE mill-20 ta' Jannar 2023.

(4)

Il-Kmandant tal-Operazzjoni għall-Operazzjoni ALTHEA appoġġa r-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi.

(5)

Fl-24 ta' Novembru 2022, il-Kumitat Militari tal-UE qabel mar-rakkomandazzjoni mill-awtoritajiet militari Awstrijaċi.

(6)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 titħassar.

(7)

Fit-12 u t-13 ta' Diċembru 2002, il-Kunsill Ewropew ta' Copenhagen adotta dikjarazzjoni li ssostni li l-arranġamenti "Berlin plus" u l-implimentazzjoni tagħhom ser japplikaw biss għal dawk l-Istati Membri tal-Unjoni li huma membri tan-NATO jew li jinsabu fil-programm "Sħubija għall-Paċi", u li konsegwentement ikkonkludew ftehimiet bilaterali dwar is-sigurtà man-NATO,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Il-Maġġur Ġeneral Helmut HABERMAYER huwa b'dan maħtur Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina (Operazzjoni ALTHEA) mill-20 ta' Jannar 2023.

Artikolu 2

Id-Deċiżjoni (PESK) 2022/59 hija mħassra.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fl-20 ta' Jannar 2023.

Magħmul fi Brussell, it-13 ta’ Diċembru 2022.

Għall-Kumitat Politiku u ta' Sigurtà

Il-President

D. PRONK


(1)  ĠU L 252, 28.7.2004, p. 10.

(2)  Deċiżjoni tal-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (PESK) 2022/59 tal-10 ta’ Jannar 2022 dwar il-ħatra tal-Kmandant tal-Forza tal-UE għall-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea fil-Bożnija-Ħerzegovina u li tħassar id-Deċiżjoni (PESK) 2021/5 (BiH/32/2022) (ĠU L 10, 17.1.2022, p. 77).


Top