|
Isem
|
Informazzjoni ta’ identifikazzjoni
|
Raġunijiet
|
Data tal-elenkar
|
“136.
|
JEBELLI Peyman
پیمان جبلی
|
Data tat-twelid: 25.1.1967
Post tat-twelid: Tehran, Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)
|
Peyman Jebelli huwa d-Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li għandha l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.
L-IRIB tillimita serjament u ċċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB hija involuta attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku. Bħala Direttur tal-IRIB, Jebelli huwa responsabbli mill-azzjonijiet tal-IRIB kif ukoll mill-kontenut tal-aħbarijiet.
|
12.12.2022
|
|
|
|
Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Jebelli jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu. Il-ħatra tiegħu bħala direttur tas-sors uffiċjali ewlieni tal-aħbarijiet tal-Iran ġiet awtorizzata mill-Mexxej Suprem Ali Khamenei u tindika prossimità ideoloġika mar-reġim.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
|
137.
|
REZVANI Ali
رضوانی علی
|
Data tat-twelid: 1984
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Reporter u preżentatur tal-aħbarijiet rigward affarijiet politiċi u ta' sigurtà tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)
|
Ali Rezvani huwa reporter għall-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) preżentatur tal-aħbarijiet fuq il-programm tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB.
L-IRIB hija organizzazzjoni tal-media Iranjana kkontrollata mill-istat u inkarigata mit-tixrid ta' informazzjoni mill-gvern. Ix-xandir tal-aħbarijiet ta' kull filgħaxija tat-20:30 tal-IRIB, li jiġi trażmess fuq il-Kanal 2, huwa l-programm ewlieni tal-aħbarijiet u huwa meqjus bħala l-pjattaforma ewlenija tal-IRIB għall-implimentazzjoni tal-aġendi tal-forzi tas-sigurtà, inkluż il-Ministeru għall-Intelligence (MOIS) u l-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC). Każijiet dokumentati juru li l-aħbarijiet tat-20:30 ixandru ammissjonijiet ta' ħtija furzati.
|
12.12.2022
|
|
|
|
Fil-kapaċità tiegħu bħala reporter tal-IRIB, Ali Rezvani jieħu sehem f'interrogazzjonijiet li jwasslu għal ammissjonijiet ta' ħtija furzati, b'hekk jinvolvi ruħu direttament u jiffaċilita ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem. Fil-kapaċità tiegħu bħala preżentatur tal-aħbarijiet tat-20:30, Rezvani jippromwovi l-aġenda tal-forzi tas-sigurtà Iranjani, li tiġġustifika l-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem bħat-tortura u l-arresti u d-detenzjonijiet arbitrarji. Rezvani jippromwovi wkoll b'mod persistenti l-propaganda kontra persuni li jikkritikaw ir-reġim sabiex jintimidahom u biex jiġġustifika u jħeġġeġ it-trattament ħażin tagħhom, u b'hekk jikser il-libertà tal-espressjoni ħielsa tagħhom.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
|
138.
|
ZABIHPOUR Ameneh Sadat
ذبیح پور آمنه سادات
|
Data tat-twelid: 7.8.1984
Post tat-twelid: Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: mara
Kariga: Reporter tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB) u kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB
Nru tal-passaport: 09324611
|
Ameneh Sadat Zabihpour hija l-kap tal-grupp tal-media barranija bil-lingwa Persjana fl-IRIB, li għandu l-fama ħażina ta' leħen ir-reġim.
L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lill-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.
Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022, Zabihpour tkompli taġixxi fil-pożizzjoni tagħha. Hija interrogat lil persuni li jikkritikaw ir-reġim u pproduċiet videos ta' ammissjonijiet ta' ħtija furzati.
Għalhekk iġġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
139.
|
KHATAMI Seyyed Ahmad
خاتمی سید احمد
|
Data tat-twelid: 8.5.1960
Post tat-twelid: Semnan, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Kariga: Imam għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa, membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija
|
Seyyed Ahmad Khatami huwa membru reliġjuż estremist u imam influwenti għat-talb ta' nhar ta' Ġimgħa f'Tehran. Khatami huwa wkoll membru tal-Assemblea ta' Esperti għat-Tmexxija, entità Iranjana li hija nnifisha tinsab involuta fi ksur tad-drittijiet tal-bniedem peress li żammet lura milli tirrispetta d-dispożizzjonijiet kostituzzjonali.
Bħala membru reliġjuż qrib l-awtoritajiet statali u b'udjenza kbira, huwa juża l-pożizzjoni tiegħu biex jattakka verbalment u jxewwex il-vjolenza kontra d-dimostranti. Huwa mhux biss jiddefendi l-azzjonijiet repressivi tal-forzi tas-sigurtà tal-Iran iżda wkoll, f'diversi okkażjonijiet, ħeġġeġ trattament saħansitra aktar iebes tad-dimostranti, inkluż il-piena tal-mewt.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
140.
|
MIRAHMADI Seyyed Majid
مجید سید میراحمدی
|
Post tat-twelid: Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran
|
Il-Brigadier Ġeneral Seyyed Majid Mirahmadi huwa l-Viċi Ministru għall-Intern tal-Iran, responsabbli mill-monitoraġġ tal-forzi tas-sigurtà u tal-forzi tal-pulizija tal-Iran, atturi li huma involuti fil-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
Il-forzi tas-sigurtà u l-forzi tal-pulizija tal-Iran qed irażżnu l-protesti b'mod vjolenti, jisparaw direttament fuq id-dimostranti paċifiċi u jarrestaw b'mod arbitrarju lil persuni b'diżrispett totali għad-drittijiet tal-bniedem tagħhom.
Fid-dikjarazzjonijiet tiegħu, Mirahmadi jirreferi għall-protesti bħala rvellijiet li għandhom jintemmu, jikkriminalizza u jhedded lil dawk li jipparteċipaw fi protesti paċifiċi. Huwa personalment qed jaħbi deliberatament il-ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem imwettaq mill-forzi taħt l-awtorità tiegħu, pereżempju, billi jgħid li d-dimostranta ta' 16-il sena Nika Shakrami wettqet suwiċidju. Ir-rapporti jindikaw li huwa ferm probabbli li mietet f’idejn il-forzi tas-sigurtà.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
141.
|
MOUSAVI Sayyed Abdolrahim
موسوی سید عبدالرحیم
|
Data tat-twelid: 1959/1960
Post tat-twelid: Qom, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Maġġur Ġeneral
Kariga: Kap kmandant fl-armata Iranjana
|
Il-Maġġur Ġeneral Sayyed Abdolrahim Mousavi huwa l-Kap kmandant tal-Armata Iranjana. Fil-kapaċità tiegħu jġorr ir-responsabbiltà għall-involviment tal-Armata Iranjana fir-reazzjoni vjolenti tar-reġim għall-protesti tal-2022.
F'diversi okkażjonijiet, Mousavi ddeskriva l-protesti fl-Iran bħala rvellijiet organizzati u ppjanati mill-għedewwa tal-Iran u b'hekk ppreżenta l-protesti bħala theddida għas-sigurtà nazzjonali. Huwa uża lingwaġġ ta' theddid dirett lejn il-parteċipanti fil-moviment ta' protesta. Huwa faħħar ukoll ir-reazzjoni vjolenti tal-forzi tas-sigurtà Iranjani għad-dimostranti u ddeskriviha bħala mezz effettiv biex jiġu newtralizzati l-għedewwa tal-Iran.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
142.
|
BORMAHANI Mohsen
محسن برمهانی
|
Data tat-twelid: 24.5.1979
Post tat-twelid: Neishabur, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Nru tal-passaport: A54062245 (Iran), jiskadi fit-12.7.2026
Numru tal-identità nazzjonali: 1063893488 (Iran)
Kariga: Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB)
|
Mohsen Bormahani huwa l-Viċi Direttur tal-Islamic Republic of Iran Broadcasting (IRIB), li jaġixxi bħala leħen ir-reġim.
Fil-pożizzjoni tiegħu, Bormahani jġorr ir-responsabbiltà għall-kontenut tal-IRIB. L-IRIB jillimita serjament u jċaħħad il-fluss liberu tal-informazzjoni lejn il-poplu Iranjan. Barra minn hekk, l-IRIB huwa involut attivament fl-organizzazzjoni u x-xandir ta' "ammissjonijiet ta' ħtija" furzati minn persuni li jikkritikaw ir-reġim, miksuba permezz ta' intimidazzjoni u vjolenza ħarxa. Dawn l-"ammissjonijiet ta' ħtija" ta' spiss jixxandru wara protesti pubbliċi, jew qabel eżekuzzjoni bħala mezz biex jitnaqqsu r-reazzjonijiet mill-pubbliku.
Filwaqt li diversi membri tal-persunal tax-xandir statali ta' profil għoli rriżenjaw reċentement u ċaħdu r-reazzjoni vjolenti tar-reġim Iranjan għall-protesti tal-2022 fl-Iran, Bormahani jkompli jaġixxi fil-pożizzjoni tiegħu bħala Viċi Direttur u f’dikjarazzjonijiet reċenti tiegħu ddefenda r-reġim.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
143.
|
JOKAR Morteza
جوکار مرتضا
(magħruf ukoll bħala JOWKAR Morteza)
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi (LEF) tal-Iran fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Kurunell Morteza Jokar huwa l-viċi kap tal-Forzi tal-Infurzar tal-Liġi tal-Iran (LEF) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.
Fil-funzjoni tiegħu, huwa responsabbli li dderieġa r-repressjoni vjolenti tad-dimostranti ċivili fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan wara l-mewt ta' Mahsa Amini f'Settembru 2022. Il-forzi taħt il-kmand tiegħu huma responsabbli li sparaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti waqt il-massakru tat-30 ta' Settembru 2022 f'Zahedan u l-massakru tal-4 ta' Novembru 2022 f'Khash, fejn mietu u ndarbu għexieren ta' persuni. Twettqu wkoll repressjonijiet vjolenti oħra ta' protesti f'bliet provinċjali oħra (Saravan, Chabahar, Iranshahr, Rask, Sarbaz u oħrajn) taħt il-kontroll tiegħu matul il-ħarifa tal-2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
144.
|
SOURI Majid
سوری مجید
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan
|
Il-Kurunell Majid Souri huwa l-Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan.
Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022, speċjalment fil-belt ta' Khorramabad fejn inġabru l-persuni biex jibku l-mewt ta' Nika Shakrami, żagħżugħa Iranjana li għebet ftit wara l-mewt ta' Mahsa Amini.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
145.
|
KARIMI Mohsen
کریمی محصن
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Markazi
|
Il-Brigadier Ġeneral Mohsen Karimi huwa l-kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Markazi.
Huwa responsabbli mir-repressjoni vjolenti min-naħa tal-forzi tas-sigurtà tal-protesti fl-2022 li wasslet ukoll għall-mewt taż-żagħżugħ ta' 19-il sena Mehrshad Shahidi f'ċentru ta' detenzjoni tal-IRGC f'Arak.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
146.
|
HEYDARNIA Alireza
حیدرنیا علیرضا
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Alborz
|
Il-Brigadier Ġeneral Alireza Heydarnia huwa l-Kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta’ Alborz.
L-IRGC huwa responsabbli għar-repressjoni vjolenti tad-dimostranti, b'mod partikolari fil-belt ta' Karaj, f'Alborz fl-2022. F'dik il-belt, il-forzi tas-sigurtà rażżnu d-dimostranti fl-okkażjoni ta' manifestazzjonijiet f'ġieh il-vittmi tal-protesti fl-okkażjoni tal-40 jum mill-mewt tagħhom. Fis-17 ta' Ottubru 2022, il-forzi tas-sigurtà f'Karaj ħatfu mill-isptar u stupraw ripetutament lil Armita Abbasi, tfajla ta' 20 sena.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
147.
|
GARSHASBI Amanollah
گرشاسبی امانالله
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Viċi Kmandant tal-Korp tal-Gwardji Rivoluzzjonarji Iżlamiċi (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan
|
Il-Brigadier Ġeneral Amanollah Garshasbi huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan.Il-korp provinċjali ta' "Salaman" jinsab taħt il-kmand tiegħu.
Il-provinċji ta’ Sistan u Baluchestan raw xi wħud mill-aktar repressjonijiet vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Fit-30 ta’ Settembru 2022, il-kapitali tal-provinċja ta’ Zahedan rat “il-Ġimgħa mdemmija”, meta l-forzi tas-sigurtà fetħu n-nar fuq protesta li ffurmat madwar it-talb tal-Ġimgħa. Huwa stmat li sparaw fuq mill-inqas 70 dimostrant u dawn sfaw maqtula. Minn dakinhar ’l hawn, kompliet il-vjolenza kontra l-parteċipanti fi protesti.
Garshasbi għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
148.
|
REYHANI Bahman
بهمن ریحانی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah.
|
Il-Brigadier Ġeneral Bahman Reyhani huwa l-viċi kmandant tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Punent tal-Iran, responsabbli mill-provinċja ta' Kermanshah. Il-korp provinċjali ta' "Hazrat Nabi Akram" jinsab taħt il-kmand tiegħu.
Il-provinċja ta' Kermanshah rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-IRGC, matul il-protesti tal-2022. Reyhani huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza tal-IRGC kontra d-dimostranti fil-provinċja ta' Kermanshah.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
149.
|
SHAHSAVARI Habib
شهسواری حبیب
|
Data tat-twelid: 1963/1964
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ “Shohada” tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan
|
Il-Brigadier Ġeneral Habib Shahsavari huwa l-kmandant tal-korp tat-truppi tal-art ta’ "Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) għall-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan.
It-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan fil-Punent tal-Ażerbajġan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC fil-bliet ta' Mahabad u Bukan qatlu erba' u tnax-il persuna rispettivament.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
150.
|
ABDOLLAHPOUR Mohammad
عبدللاهپور محمد
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan
|
Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Abdollahpour huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Quds tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Gilan.
Il-provinċja ta' Gilan rat repressjoni vjolenti mill-forzi tas-sigurtà Iranjani, inkluż mill-forzi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Abdollahpour, matul il-protesti tal-2022.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
151.
|
MOSLEMI Siavash
مسلمی سیاوش
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran
|
Il-Brigadier Ġeneral Siavash Moslemi ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Karbala tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Mazandaran minn Ġunju 2020.
Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti u f'dawk l-operazzjonijiet użaw forza sproporzjonata. Bħala kmandant tat-truppi impenjati, Moslemi huwa fost dawk responsabbli għall-vjolenza kontra d-dimostranti.
Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
152.
|
ZULQADR Ahmad
ذوالقدر احمد
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada" tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran
|
Il-Brigadier Ġeneral Ahmad Zulqadr ilu l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Seyyed al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Tehran minn Novembru 2020. Huwa wkoll il-viċi kmandant tal-korp tal-IRGC fil-belt ta' Tehran.
Skont ir-rapporti tal-media, Zulqadr intgħażel għall-kariga tiegħu speċjalment minħabba li huwa espert fir-repressjoni tal-protesti. Fl-2022, ir-repressjoni tad-dimostranti f'Tehran kienet partikularment vjolenti.
Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC impenjati f'din il-vjolenza fuq id-dimostranti, huwa għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
153.
|
KASHKOULI Morteza
کشکولی مرتضی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan
|
Il-Brigadier Ġeneral Morteza Kashkouli huwa l-kmandant tal-korp provinċjali ta’ Hazrat Abulfazl tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-provinċja ta' Lorestan.
Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, twettqu operazzjonijiet fil-belt ta' Khorramabad ta' Lorestan. It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet u użaw munizzjon attiv fuq id-dimostranti.
Bħala kmandant ta' dawk il-forzi tal-IRGC, Kashkouli huwa fost dawk responsabbli għal dik il-vjolenza. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
154.
|
BAYAT Isa
بیات عیسی
|
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Kurunell
Kariga: Kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan
|
Il-Kurunell Isa Bayat ilu kmandant tat-364 brigata tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) (Shahid Nasirzadeh) f'Mahabad, fil-provinċja tal-Punent tal-Ażerbajġan, minn Ġunju 2022.
Fl-2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand tiegħu wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, tali operazzjonijiet twettqu kontra dimostranti f'Mahabad, bl-użu ta' forza sproporzjonata u wasslu għall-qtil ta' erba' persuni.
Bħala kmandant ta' unità tal-IRGC li wettqet dawn l-operazzjonijiet, Bayat huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022
|
155.
|
ASANLOO Mohammad Taghi
آصانلو محمد تقی
|
Post tat-twelid: Provinċja ta' Zanjan, l-Iran
Nazzjonalità: Iranjana
Sess: raġel
Grad: Brigadier Ġeneral
Kariga: Kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran
|
Il-Brigadier Ġeneral Mohammad Taghi Asanloo huwa l-kmandant tal-kwartieri ġenerali reġjonali Hamzeh Seyyed Al-Shohada tal-Korp tal-Gwardjani tar-Rivoluzzjoni Iżlamika (IRGC) fil-Majjistral tal-Iran, responsabbli għall-provinċji ta' Kordestan u l-Punent tal-Ażerbajġan.
Il-kwartieri ġenerali ta' “Hamzeh Seyed Al-Shohada” għandhom il-missjoni speċifika li jwaqqfu l-inkwiet fir-reġjuni Kurdi fil-Majjistral tal-Iran. Fl-2022, taħt il-kmand ta' Asanloo, it-truppi tal-IRGC f'din iż-żona wettqu operazzjonijiet militari kontra d-dimostranti fir-reġjun Kurd tal-Iran. B'mod partikolari, mill-15 ta' Novembru 2022, it-truppi tal-IRGC taħt il-kmand ta' Asanloo wettqu tali operazzjonijiet kontra dimostranti fil-bliet ta' Piranshahr, Mahabad u Bukan.
It-truppi tal-IRGC użaw forza sproporzjonata f'dawn l-operazzjonijiet. Skont l-istimi tal-NGO, l-operazzjonijiet tal-IRGC kontra d-dimostranti fir-reġjuni Kurdi wasslu għall-qtil ta' 42 persuna mill-15 ta' Novembru 2022.
Bħala kmandant tat-truppi tal-IRGC fir-reġjun, Asanloo huwa responsabbli għall-vjolenza fuq id-dimostranti mwettqa mit-truppi tiegħu. Għalhekk iġorr responsabbiltà għal ksur serju tad-drittijiet tal-bniedem fl-Iran.
|
12.12.2022”.
|