This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2336
Commission Implementing Decision (EU) 2022/2336 of 28 November 2022 on the publication of a list indicating certain CO2 emissions values per manufacturer as well as average specific CO2 emissions of all new heavy-duty vehicles registered in the Union pursuant to Regulation (EU) 2019/1242 of the European Parliament and of the Council for the reporting period of the year 2020 (notified under document C(2022) 8428) (Only the Dutch, English, French, German, Italian and Swedish texts are authentic) (Text with EEA relevance)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2336 tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2020 (notifikata bid-dokument C(2022) 8428) (It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2022/2336 tat-28 ta’ Novembru 2022 dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2020 (notifikata bid-dokument C(2022) 8428) (It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi) (Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
C/2022/8428
ĠU L 309, 30.11.2022, p. 8–11
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
30.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 309/8 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/2336
tat-28 ta’ Novembru 2022
dwar il-pubblikazzjoni ta’ lista li tindika ċerti valuri ta’ emissjonijiet tas-CO2 għal kull manifattur kif ukoll emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni skont ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill għall-perjodu tar-rapportar tas-sena 2020
(notifikata bid-dokument C(2022) 8428)
(It-testi bl-Olandiż, bl-Ingliż, bil-Franċiż, bil-Ġermaniż, bit-Taljan u bl-Iżvediż biss huma awtentiċi)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2019/1242 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Ġunju 2019 li jistabbilixxi standards tal-prestazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 għall-vetturi tqal ġodda u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 595/2009 u (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kunsill 96/53/KE (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(1), l-ewwel subparagrafu, il-punti (a), (b), (d) u (f) tiegħu,
Billi:
(1) |
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 ta’ manifattur jenħtieġ li jkunu ddeterminati abbażi tad-data rrappurtata mill-Istati Membri u mill-manifatturi skont ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (2) għall-vetturi ta’ dak il-manifattur. |
(2) |
Jenħtieġ li l-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni jkunu bbażati fuq dik id-data rrappurtata għall-vetturi mill-manifatturi kollha. |
(3) |
Jenħtieġ li l-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi jkun iddeterminat għal kull manifattur filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, irrapportati b’dan il-mod. |
(4) |
Jenħtieġ li t-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet ikunu ddeterminati għal kull manifattur abbażi tan-numru ta’ vetturi tqal ġodda minbarra l-vetturi vokazzjonali rrappurtati b’dan il-mod. |
(5) |
Id-data ppreżentata fl-Anness għal din id-Deċiżjoni hija bbażata fuq id-data disponibbli għall-Kummissjoni fl-1 ta’ Awwissu 2022. |
(6) |
Jista’ jkun li l-Kummissjoni jkollha taġġorna d-data pubblika, jekk tirċievi data addizzjonali li tkun taffettwa r-riżultati ta’ dawk il-kalkoli, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huma indikati fit-tieni kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 2
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur
Il-fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huwa indikat fit-tielet kolonna tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 3
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur
It-trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2 u l-krediti tal-emissjonijiet għal kull manifattur, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, huma indikati fir-raba’ u l-ħames kolonni rispettivament, tat-tabella tal-Anness ta’ din id-Deċiżjoni.
Artikolu 4
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha
L-emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2 tal-vetturi tqal ġodda kollha rreġistrati fl-Unjoni fil-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020, kif ikkalkulati permezz tal-applikazzjoni tal-formula tal-Anness I, il-punt 2.7, tar-Regolament (UE) 2019/1242 filwaqt li jitqiesu l-vetturi tqal ġodda tal-manifatturi kollha, huma: 52,46 g/tkm.
Artikolu 5
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-manifatturi li ġejjin:
(1) |
|
||||
(2) |
|
||||
(3) |
|
||||
(4) |
|
||||
(5) |
|
||||
(6) |
|
||||
(7) |
|
||||
(8) |
|
||||
(9) |
|
Magħmul fi Brussell, it-28 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kummissjoni
Frans TIMMERMANS
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU L 198, 25.7.2019, p. 202.
(2) Ir-Regolament (UE) 2018/956 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Ġunju 2018 dwar il-monitoraġġ u r-rappurtar tal-emissjonijiet ta’ CO2 u tal-konsum ta’ fjuwil minn vetturi heavy-duty ġodda (ĠU L 173, 9.7.2018, p. 1).
ANNESS
L-entrati kollha jirreferu għall-perjodu ta’ rapportar tas-sena 2020 kif iddefinit fl-Artikolu 3(3) tar-Regolament (UE) 2019/1242.
Manifattur |
Emissjonijiet speċifiċi medji tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Fattur ta’ mingħajr emissjonijiet jew emissjonijiet baxxi, kif imsemmi fl-Artikolu 5(1) tar-Regolament (UE) 2019/1242 |
Trajettorja tat-tnaqqis tal-emissjonijiet tas-CO2, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242, fi g/tkm |
Krediti tal-emissjonijiet, kif imsemmi fl-Artikolu 7 tar-Regolament (UE) 2019/1242 fi g/tkm |
DAIMLER TRUCK AG |
52,65 |
0,999 |
51,35 |
- |
DAF NV |
55,05 |
1,000 |
54,21 |
- |
Iveco Magirus-AG |
54,81 |
1,000 |
52,01 |
- |
IVECO SPA |
33,00 |
0,998 |
29,69 |
- |
Ford Otomotiv Sanayi AS |
55,09 |
1,000 |
51,28 |
- |
MAN TRUCK AND BUS SE |
50,79 |
0,998 |
50,83 |
1 011 |
RENAULT TRUCK SA |
50,61 |
0,998 |
48,67 |
- |
SCANIA CV AB |
50,23 |
1,000 |
51,86 |
49 534 |
VOLVO TRUCK CORPORATION |
53,53 |
0,999 |
52,79 |
- |