EUR-Lex Access to European Union law

Back to EUR-Lex homepage

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2318

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2318 tal-25 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

ST/12484/2022/INIT

ĠU L 307, 28.11.2022, p. 133–134 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2318/oj

28.11.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 307/133


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2318

tal-25 ta’ Novembru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 42(4) u 43(2) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-12 ta’ Awwissu 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/452/PESK (1), li estendiet il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia (EUMM Georgia), stabbilita permezz tal-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK (2).

(2)

Fit-3 ta’ Diċembru 2020, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2020/1990 (3), li testendi l-EUMM Georgia sal-14 ta’ Diċembru 2022.

(3)

Wara rieżami strateġiku tal-Missjoni, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà rrakkomanda li l-mandat ta’ EUMM Georgia jiġi estiż sal-14 ta’ Diċembru 2024.

(4)

Għalhekk id-Deċiżjoni 2010/452/PESK jenħtieġ li tiġi emendata skont dan.

(5)

Il-Missjoni ser titmexxa fil-kuntest ta’ sitwazzjoni li tista’ tiddeterjora u li tista’ xxekkel il-kisba tal-objettivi tal-azzjoni esterna tal-Unjoni kif stabbilit fl-Artikolu 21 tat-Trattat,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/452/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

fl-Artikolu 14(1), jinżdied is-subparagrafu li ġej:

“L-ammont ta’ referenza finanzjarja maħsub biex ikopri n-nefqa marbuta mal-Missjoni bejn il-15 ta’ Diċembru 2022 u l-14 ta’ Diċembru 2024 għandu jkun ta’ EUR 47 141 684,02.”;

(2)

fl-Artikolu 18, it-tieni paragrafu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Hija għandha tiskadi fl-14 ta’ Diċembru 2024.”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Hija għandha tapplika mill-15 ta’ Diċembru 2022.

Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Novembru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

J. SÍKELA


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/452/PESK tat-12 ta’ Awwissu 2010 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 213, 13.8.2010, p. 43).

(2)  L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/736/PESK tal-15 ta’ Settembru 2008 dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Ġeorġja, EUMM Georgia (ĠU L 248, 17.9.2008, p. 26).

(3)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2020/1990 tat-3 ta’ Diċembru 2020 li temenda d-Deċiżjoni 2010/452/PESK dwar il-Missjoni ta’ Monitoraġġ tal-Unjoni Ewropea fil-Georgia, EUMM Georgia (ĠU L 411, 7.12.2020, p. 1).


Top