This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2184
Council Decision (CFSP) 2022/2184 of 8 November 2022 amending Decision (CFSP) 2019/1296 in support of strengthening biological safety and security in Ukraine in line with the implementation of United Nations Security Council Resolution 1540 (2004) on non-proliferation of weapons of mass destruction and their means of delivery
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2184 tat-8 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom
Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2184 tat-8 ta’ Novembru 2022 li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom
ST/12073/2022/INIT
ĠU L 288, 9.11.2022, pp. 78–79
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 14/07/2024
|
9.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 288/78 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2184
tat-8 ta’ Novembru 2022
li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 28(1) u 31(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fil-31 ta’ Lulju 2019, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 (1), li tipprevedi perjodu ta’ implimentazzjoni ta’ 36 xahar għall-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) ta’ dik id-Deċiżjoni (il-’perjodu ta’ implimentazzjoni’), mill-konklużjoni tal-ftehim ta’ finanzjament imsemmi fl-Artikolu 3(3) tagħha. |
|
(2) |
Il-perjodu ta’ implimentazzjoni għandu jintemm fl-14 ta’ Diċembru 2022 mal-iskadenza tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296. |
|
(3) |
Fit-12 ta’ Awwissu 2022, iċ-Ċentru għall-Prevenzjoni tal-Konflitti tas-Segretarjat tal-Organizzazzjoni għas-Sigurtà u l-Kooperazzjoni fl-Ewropa (OSKE), li huwa responsabbli mill-implimentazzjoni teknika tal-proġetti msemmija fl-Artikolu 1(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296, talab estensjoni mingħajr spejjeż ta’ 13-il xahar tal-perjodu ta’ implimentazzjoni. Dik l-estensjoni tippermetti lill-OSKE twettaq l-implimentazzjoni ta’ bosta minn dawk il-proġetti, li kienet ġiet interrotta mill-pandemija tal-COVID-19 u s-sitwazzjoni tas-sigurtà fl-Ukrajna. |
|
(4) |
L-estensjoni tal-perjodu ta’ implimentazzjoni sal-14 ta’ Jannar 2024 ma għandha ebda implikazzjoni fir-rigward ta’ riżorsi finanzjarji. |
|
(5) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Artikolu 5(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2019/1296 huwa sostitwit b’dan li ġej:
“2. Din id-Deċiżjoni għandha tiskadi fl-14 ta’ Jannar 2024.”.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Novembru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. STANJURA
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2019/1296 tal-31 ta’ Lulju 2019 b’appoġġ għat-tisħiħ tas-sigurtà u s-sikurezza bijoloġiċi fl-Ukrajna f’konformità mal-implimentazzjoni tar-Riżoluzzjoni 1540 (2004) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti dwar in-nonproliferazzjoni ta’ armi ta’ qerda massiva u l-mezzi ta’ twassil tagħhom (ĠU L 204, 2.8.2019, p. 29).