This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D2101
Council Decision (EU) 2022/2101 of 13 October 2022 on the position to be taken on behalf of the European Union within the Council of Members of the International Olive Council as regards the conditions for the accession of the Government of the Kingdom of Saudi Arabia to the International Agreement on Olive Oil and Table Olives, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2101 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija mal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/2101 tat-13 ta’ Ottubru 2022 dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija mal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
ST/12503/2022/INIT
ĠU L 283, 3.11.2022, p. 7–9
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
In force
3.11.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 283/7 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/2101
tat-13 ta’ Ottubru 2022
dwar il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni Ewropea fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ fir-rigward tal-kondizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija mal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 207(4), l-ewwel subparagrafu, flimkien mal-Artikolu 218(9) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
(1) |
Il-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (“il-Ftehim”) ġie ffirmat f’isem l-Unjoni f’konformità mad-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 (1) fit-18 ta’ Novembru 2016, soġġett għall-konklużjoni tiegħu f’data aktar tard. Il-Ftehim daħal fis-seħħ b’mod proviżorju fl-1 ta’ Jannar 2017 f’konformità mal-Artikolu 31(2) tiegħu. |
(2) |
Il-Ftehim ġie konkluż fis-17 ta’ Mejju 2019 bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 (2). |
(3) |
Skont l-Artikolu 29 tal-Ftehim, il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ (“il-Kunsill tal-Membri”) għandu jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni ta’ Gvern mal-Ftehim. |
(4) |
Il-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija applika formalment biex jaċċedi għall-Ftehim. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Kunsill tal-Membri jiġi mistieden, matul sessjoni futura tiegħu, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, li jistabbilixxi l-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija, fir-rigward tal-ishma ta’ parteċipazzjoni fil-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ u l-limitu ta’ żmien għad-depożitu tal-istrument ta’ adeżjoni. |
(5) |
Billi r-Renju tal-Arabja Sawdija qed jiżviluppa s-settur taż-żebbuġ tiegħu fir-rigward tal-konsum u biħsiebu jiżviluppa l-produzzjoni tiegħu, l-adeżjoni tiegħu taħt ċerti kundizzjonijiet tista’ ssaħħaħ il-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ, b’mod partikolari fir-rigward tal-kisba ta’ uniformità fil-liġi nazzjonali u internazzjonali relatata mal-karatteristiċi tal-prodotti taż-żebbuġ, sabiex jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għall-kummerċ. |
(6) |
Jixraq li tiġi stabbilita l-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fil-Kunsill tal-Membri, peress li d-deċiżjonijiet li għandhom jiġu adottati se jkollhom effetti legali fuq l-Unjoni billi jħallu impatt fuq il-bilanċ deċiżjonali fil-Kunsill tal-Membri meta d-deċiżjonijiet ma jiġux adottati b’kunsens f’konformità mal-Artikolu 10(4) tal-Ftehim, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-pożizzjoni li għandha tittieħed f’isem l-Unjoni fi ħdan il-Kunsill tal-Membri tal-Kunsill Internazzjonali taż-Żebbuġ matul sessjoni futura tiegħu, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta’ deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, fir-rigward tal-kundizzjonijiet għall-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tas-Sawdi Arabja mal-Ftehim, hija stabbilita fl-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, it-13 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
P. BLAŽEK
(1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2016/1892 tal-10 ta’ Ottubru 2016 dwar l-iffirmar, f’isem l-Unjoni Ewropea, u l-applikazzjoni provviżorja tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (ĠU L 293, 28.10.2016, p. 2).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2019/848 tas-17 ta’ Mejju 2019 dwar il-konklużjoni f’isem l-Unjoni Ewropea tal-Ftehim Internazzjonali dwar iż-Żejt taż-Żebbuġa u ż-Żebbuġ tal-Mejda, 2015 (ĠU L 139, 27.5.2019, p. 1).
ANNESS
L-Unjoni għandha tappoġġa l-adeżjoni tal-Gvern tar-Renju tal-Arabja Sawdija mal-Ftehim, matul sessjoni futura tal-Kunsill tal-Membri, jew fil-qafas ta’ proċedura għall-adozzjoni ta' deċiżjonijiet mill-Kunsill tal-Membri permezz ta’ skambju ta’ korrispondenza, dment li l-ishma ta’ parteċipazzjoni tar-Renju tal-Arabja Sawdija jiġu kkalkulati skont il-formula speċifikata fl-Artikolu 11 tal-Ftehim. L-Unjoni ser tappoġġa kwalunkwe limitu ta’ żmien għad-depożitu tal-istrument ta’ adeżjoni li jippermetti lir-Renju tal-Arabja Sawdija jaderixxi mal-Ftehim malajr. Jekk id-depożitu tal-istrument jiġi jittardja, l-Unjoni, f’deċiżjonijiet sussegwenti li jridu jiġu adottati mill-Kunsill tal-Membri, tista’ tappoġġa l-estensjoni tal-perjodu għad-depożitu tal-istrument.