Choose the experimental features you want to try

This document is an excerpt from the EUR-Lex website

Document 32022D2052

Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2052 tal-24 ta’ Ottubru 2022 li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

ST/13167/2022/INIT

ĠU L 275, 25.10.2022, p. 74–74 (BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)

Legal status of the document In force

ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2052/oj

25.10.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 275/74


DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2022/2052

tal-24 ta’ Ottubru 2022

li temenda d-Deċiżjoni 2010/638/PESK dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 29 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta mir-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fil-25 ta’ Ottubru 2010, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni 2010/638/PESK (1), dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea.

(2)

Abbażi ta’ rieżami tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK, dawk il-miżuri restrittivi jenħtieġ li jiġu estiżi sas-27 ta’ Ottubru 2023.

(3)

Il-Kunsill iqis li t-titlu tad-Deċiżjoni 2010/638/PESK jenħtieġ li jiġi emendat.

(4)

Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni 2010/638/PESK tiġi emendata skont dan,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Id-Deċiżjoni 2010/638/PESK hija emendata kif ġej:

(1)

it-titlu huwa sostitwit b’dan li ġej:

“Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi fid-dawl tas-sitwazzjoni fil-Guinea”;

(2)

Fl-Artikolu 8, paragrafu (2) huwa sostitwit b’dan li ġej:

“2.   Din id-Deċiżjoni għandha tapplika sas-27 ta’ Ottubru 2023. Hija għandha tinżamm taħt rieżami kostanti. Hija għandha tiġġedded jew tiġi emendata, kif xieraq, jekk il-Kunsill iqis li l-objettivi tagħha ma jkunux intlaħqu.".

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fil-Lussemburgu, l-24 ta’ Ottubru 2022.

Għall-Kunsill

Il-President

A. HUBÁČKOVÁ


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill 2010/638/PESK tal-25 ta’ Ottubru 2010 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika tal-Guinea (ĠU L 280, 26.10.2010, p. 10).


Top