This document is an excerpt from the EUR-Lex website
Document 32022D1995
Council Decision (EU) 2022/1995 of 17 October 2022 appointing three representatives of Member States as members and alternate members of the Management Board of the European Food Safety Authority
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1995 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li taħtar tliet rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2022/1995 tas-17 ta’ Ottubru 2022 li taħtar tliet rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
ST/12888/2022/INIT
ĠU L 273, 21.10.2022, pp. 22–23
(BG, ES, CS, DA, DE, ET, EL, EN, FR, GA, HR, IT, LV, LT, HU, MT, NL, PL, PT, RO, SK, SL, FI, SV)
No longer in force, Date of end of validity: 30/06/2026
|
21.10.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 273/22 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2022/1995
tas-17 ta’ Ottubru 2022
li taħtar tliet rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament (KE) Nru 178/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-28 ta’ Jannar 2002 li jistabbilixxi l-prinċipji ġenerali u r-rekwiżiti tal-liġi dwar l-ikel, li jistabbilixxi l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel u jistabbilixxi l-proċeduri fi kwistjonijiet ta’ sigurtà tal-ikel (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 25(1) tiegħu,
Wara li kkunsidra n-nomini ppreżentati lill-Kunsill mill-Bulgarija, iċ-Ċekja u l-Irlanda,
Billi:
|
(1) |
Huwa essenzjali li jiġu żgurati l-indipendenza, il-kwalità xjentifika għolja, it-trasparenza u l-effiċjenza tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (EFSA). Huwa wkoll indispensabbli li tiġi żgurata l-kooperazzjoni tal-EFSA mal-Istati Membri. |
|
(2) |
L-Artikolu 25(1) tar-Regolament (KE) Nru 178/2002 jirrikjedi li kull Stat Membru jinnomina membru u membru supplenti bħala r-rappreżentanti tiegħu għall-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA. Il-membri u l-membri supplenti hekk innominati jinħatru mill-Kunsill għal perjodu ta’ erba’ snin, li jista’ jiġġedded, u għandhom id-dritt tal-vot. |
|
(3) |
Il-Kunsill, permezz tad-Deċiżjoni tiegħu tas-7 ta’ April 2022 (2), ħatar rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA għall-perjodu mill-1 ta’ Lulju 2022 sat-30 ta’ Ġunju 2026. |
|
(4) |
Fl-1 ta’ Mejju 2022, ġie nieqes is-Sur Georgi GEORGIEV, il-membru għall-Bulgarija. |
|
(5) |
Permezz ta’ ittra datata t-23 ta’ Awwissu 2022, is-Sa Patricia REILLY, il-membru supplenti għall-Irlanda, tat ir-riżenja tagħha. |
|
(6) |
Permezz ta’ ittra datata l-15 ta’ Settembru 2022, is-Sa Jitka GÖTZOVÁ, il-membru supplenti għaċ-Ċekja, tat ir-riżenja tagħha. |
|
(7) |
Għalhekk jenħtieġ li jinħatru tliet rappreżentanti ġodda biex iservu għall-bqija tal-mandat tal-predeċessuri rispettivi tagħhom. |
|
(8) |
Ir-rappreżentanti li ġew innominati mill-Bulgarija, iċ-Ċekja u l-Irlanda għandhom esperjenza u għarfien espert rilevanti u estensivi fil-qasam tal-liġi u l-politika tal-katina alimentari, inkluż il-valutazzjoni tar-riskju, kif ukoll fl-oqsma ta’ kwistjonijiet maniġerjali, amministrattivi, finanzjarji u legali. Għaldaqstant, il-ħatra tagħhom tiżgura l-ogħla standards ta’ kompetenza u l-aktar firxa wiesgħa ta’ esperjenza rilevanti disponibbli fi ħdan il-Bord ta’ Ġestjoni tal-EFSA, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuna li ġejja hija b’dan maħtura membru tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sat-30 ta’ Ġunju 2026:
|
— |
Is-Sur Koycho Koev (il-Bulgarija). |
Artikolu 2
Il-persuni li ġejjin huma b’dan maħturin bħala membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel sat-30 ta’ Ġunju 2026:
|
— |
Is-Sur Martin ŠTĚPÁNEK (iċ-Ċekja), |
|
— |
Is-Sa Geraldine DUFFY (l-Irlanda). |
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fil-Lussemburgu, is-17 ta’ Ottubru 2022.
Għall-Kunsill
Il-President
Z. NEKULA
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-7 ta’ April 2022 li taħtar rappreżentanti tal-Istati Membri bħala membri u membri supplenti tal-Bord ta’ Ġestjoni tal-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (ĠU C 159, 12.4.2022, p. 6).